1993L0074 — MT — 05.06.2003 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 93/74/KEE

tat-13 ta’ Settembru 1993

dwar l-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għal għanijiet nutrijenti partikolari

(ĠU L 237, 22.9.1993, p.23)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 96/25/KE tad-29 ta' April 1996

  L 125

35

23.5.1996

►M3

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 1999/29/KE tat-22 ta’ April 1999

  L 115

32

4.5.1999

►M4

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 806/2003 ta' l-14 ta' April 2003

  L 122

1

16.5.2003




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 93/74/KEE

tat-13 ta’ Settembru 1993

dwar l-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għal għanijiet nutrijenti partikolari



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropeja, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi l-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għal għanijiet partikolari tan-nutriment qegħdin jilagħbu parti importanti fid-dieta ta’ l-annimali tal-gost; billi dawn il-prodotti huma wżati wkoll fit-tkabbir tal-bhejjem produttivi ta’ l-oqsma;

Billi, f’uħud mill-Istati Membri, il-għalf kopert b’din id-Direttiva diġà jitqiegħdu fis-suq hekk illi jiġbdu l-attenzjoni ta’ l-utenti dwar il-kompożizzjoni partikolari tagħhom;

Billi għandha tiġi stabbilita definizzjoni komuni għall-prodotti interessati; billi din id-definizzjoni trid tipprovdi illi l-prodotti ppreżentati kif maħsuba għalbiex jilħqu ċerti ħtiġiet tan-nutriment irid ikollhom kompożizzjoni speċifika u/jew iridu jiġu ffabbrikati billi jintużaw metodi speċjali; billi huwa essenzjali li jiġi stabbilit il-prinċipju illi dan il-għalf irid jiġi magħruf biċ-ċar wieħed mill-ieħor, fil-karatteristiċi u fil-għanijiet tiegħu, kemm mill-għalf ordinarju u kemm mill-għalf immedikat;

Billi l-kompożizzjoni u t-tħejjija tal-għalf maħsub għal għanijiet partikolari tan-nutriment irid ikun iddisinjat b’mod speċjali għalbiex jilħaq il-ħtiġiet partikolari tan-nutriment tal-kategoriji ta’ l-annimali tal-gost jew tal-bhejjem produttivi ta’ l-oqsma illi l-proċess tagħhom ta’ l-assimilazzjoni, l-assorbiment jew il-metaboliżmu jista’ jiġi ddanneġġjat għal ftit taż-żmien jew iddanneġġjat temporanjament jew b’mod irriversibbli;

Billi, meta jkunu qegħdin jiġu stabbiliti r-regoli għat-tqegħid fis-suq tal-għalf maħsub għal għanijiet partikolari nazzjonali, għandha tingħata attenzjoni sabiex jiġi żgurat illi dan il-għalf ikollu effett benefiċjali fuq l-annimali li jibilgħuh; billi l-għalf irid għalhekk ikun dejjem tal-kwalità li jista’ jiġi kkummerċjat; billi għalhekk la jrid jippreżenta perikolu għas-saħħa ta’ l-annimali jew ta’ l-ambjent u lanqas ma jitqiegħed fis-suq b’manjiera x’aktarx qarrieqa;

Billi din id-Direttiva tapplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra Komunitarji dwar il-għalf, u b’mod partikolaru għar-regoli li japplikaw għall-għalf kompost;

Billi l-utent tal-għalf maħsub għal għanijiet partikolari tan-nutriment jeħtieġ illi jiġi pprovvdut b’tagħrif eżatt u li jkun fih tifsira;

Billi sabiex il-għalf jiġi magħruf minn bejn il-għalf li jilħaq il-kriterji stabbiliti f’din id-Direttiva u bejn għalf ieħor, espressjoni waħdiena ta’ kwalifika, “dietetiku”, trid takkumpanja d-deskrizzjoni tal-għalf;

Billi, bħal fil-każ tal-għalf ordinarju, għandhom jiġu ddikjarati mill-inqas il-livelli tal-kostitwenti analitiċi li jkollhom effett dirett fuq il-kwalità tal-għalf; billi għandha ssir dispożizzjoni għad-dikjazzjoni ta’ ċerti kostitwenti analitiċi miżjuda li jagħtu lill-għalf il-proprjetajiet dietetiċi tiegħu;

Billi l-produtturi kollha tal-għalf maħsub għal għanijiet partikolari tan-nutriment irid ikollu l-għażla li jindika fuq it-tikketta ċerti partikolaritajiet ta’ ħtieġa għall-utent;

Billi mhux meħtieġ illi l-provvista tal-għalf maħsub għal għanijiet partikolari tan-nutriment ikun bla ħsara għall-preżentazzjoni ta’ preskrizzjoni veterinarja ġaladarba dawn il-prodotti ma fihom l-ebda sustanza kimika fit-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 65/65/KEE tas-26 ta’ Jannar 1965 dwar l-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġijiet, ir-regolamenti jew l-azzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti mediċinali ppatentjati ( 4 ), iżda, sabiex jiġi żgurat l-użu approprjat tal-għalf b’karattru speċifiku ħafna, l-utent għandu jiġi mwissi illi jkun mixtieq li titfittex l-opinjoni ta’ speċjalista qabel ma jintuża;

Billi, madankollu, għall-għalf iddisinjat sabiex jissodisfa l-ħtiġiet nutrijenti ta’ l-annimali bi proċessi ta’ dannu mhux irriversibbli fl-assimilazzjoni, l-assorbiment jew il-metaboliżmu jew li jkunu fi stat patoloġiku li jeħtieġ is-sorveljanza medika, għandha tiġi pprovvduta l-possibbiltà li jiġu stabbiliti regoli addizzjonali tat-tikkettjar li jipprovdu illi għandha tingħata rakkommandazzjoni lill-utent sabiex jitlob l-opinjoni minn qabel ta’ veterinarju minflok ir-rakkommandazzjoni ġenerali li jikkonsulta speċjalista;

Billi għandha wkoll tiġi mfassla lista pożittiva fil-livell Komunitarju dwar l-użi maħsuba għall-għalf ta’ l-annimali għal għanijiet partikolari tan-numtriment, li tindika l-użu preċiż tagħhom, il-karatteristiċi essenzjali tan-nutriment, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji jew bil-għażla u l-ħtiġiet speċjali tat-tikkettjar; billi, filwaqt li tinżamm fil-moħħ l-importanza ta’ din il-lista sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva, din il-lista għandha tiġi adottata fi żmien f’waqtu;

Billi t-tqegħid fis-suq tal-għalf maħsub għal għanijiet partikolari tan-nutriment li jissodisfa l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva ma jrid ikun bla ħsara għall-ebda restrizzjoni għal raġunijiet ta’ kontenut, metodi tal-fabbrikazzjoni, preżentazzjoni jew tikkettjar;

Billi, fil-każijiet meta prodott jippreżenta riskju għas-saħħa ta’ l-annimali jew tal-bniedem jew għall-ambjent, għandha ssir dispożizzjoni għal kull Stat Membru li jitlob illi l-Kummissjoni tieħu l-azzjonijiet approprjati, fuq raġunijiet iġġustifikati;

Billi, fil-każijiet meta l-Kunsill jagħti l-poteri lill-Kummssjoni għalbiex tapplika r-regoli stabbiliti rigward il-għalf maħsub għal għanijiet partikolari tan-nutriment, għandha tiġi pprovvduta proċedura għall-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti tal-Għalf stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 70/372/KEE ( 5 );

Billi jrid jiġi żgurat l-ispezzjoni ffettiv tal-għalf masub għal għanijiet partikolari tan-numtriment; billi f’ċerti ċirkostanzi l-mezzi tas-soltu għad-dispożizzjoni tas-servizzi ta’ l-ispezzjon jistgħu ma jkunux biżżejjed sabiex jippermettu l-verifika illi għalf attwalment jippossjiedi l-proprjetajiet partikolari tan-nutriment attribwiti lilu; billi għandu għalhekk jiġi pprovvdut illi, fejn meħtieġ, il-persuna responsabbli mit-tqegħid fis-suq tal-prodott għandha tassisti lis-servizz ta’ l-ispezzjon fid-dmirijiet tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

1.  Din id-Direttiva tirrigwarda l-għalf maħsub għal għanijiet partikolari tan-nutriment.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu illi l-għalf maħsub għal għanijiet partikolari tan-nutriment jista jitqiegħed fis-suq biss jekk:

 iwettaq il-kondizzjonijiet riferiti fl-Artikolu 3,

 ikun ittikkettjat skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5,

 l-użu maħsub għalih jiġi inkluż fil-lista mfassla skond l-Artikolu 6 u jwettaq id-dispożizzjonijiet l-oħra stabbiliti f’din il-lista.

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id- definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “għalf”għandu jfisser il-prodotti ta’ oriġini mill-ħxejjex ta’ l-ikel jew mill-annimali fl-istat naturali tagħhom, friski jew ippriservati, u l-prodotti dderivati mill-proċessar industrijali tagħhom, u s-sustanzi organiċi jew inorganiċi, użati għal rashom jew f’taħlitiet, sewwa jekk ikun fihom l-addittivi u sewwa jekk le, sabiex jitimgħu lill-annimal bil-fomm;

▼M1

(b) “prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem komposti” taħlit ta’ materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem, ikollhom jew ma jkollhomx adittivi, li jkunu maħsuba għat-tmiegħ orali ta’ l-annimali bħala prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem kompluti jew kumplimentari;

▼B

(ċ) “għalf maħsub għal għanijiet partikolari tan-nutriment” għandu jfisser għalf kompost li, bis-saħħa tal-kompożizzjoni partikolari tiegħu jew il-metodu tal-fabbrikazzjoni, jista’ jingħaraf sewwa kemm mill-għalf ordinarju u kemm mill-prodotti ddefiniti fid-Direttiva tal-Kunsill 90/167/KEE tas-26 ta’ Marzu 1990 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li jirregolaw it-tħejjija, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-għalf immedikat fil-Komunità ( 6 ), u jiġi ppreżentat kif maħsub sabiex jilħaq ħtiġiet speċifiċi tan-nutriment;

(d) “għan partikolari tan-nutriment” għandu jfiser il-għan li jissodisfa l-ħtiġiet speċifiċi tan-nutriment ta’ ċerti annimali tal-gost jew tal-bhejjem produttivi fuq l-oqsma li l-proċess ta’ l-assimilazzjoni, l-assorbiment u l-metaboliżmu tagħhom jista’ jiġi jew iddanneġġjat temporanjament jew iddanneġġjat b’mod irriversibbli u għalhekk ikunu kapaċi li jidderivaw benefiċċju mill-inġestjoni tal-għalf approprjat skond il-kondizzjoni li jkunu fiha.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi n-natura tal-kompożizzjoni tal-għalf riferit fl-Artikolu 1(1) tkun hekk illi l-prodott ikun approprjat għall-għan maħsub tan-nutriment.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tapplika, bla ħsara għad-disposizjonijiet speċifiċi stabbiliti fiha, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar:

(a) il-għalf kompost;

(b) l-addittivi fil-għalf;

(ċ) is-sustanzi u l-prodotti mhux fin-nutriment ta’ l-annimali;

(d) ċerti prodotti wżati fin-nutriment ta’ l-annimali.

Artikolu 5

B’żieda mad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettjar fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 79/373/KEE of 2 April 1979 dwar it-tqegħid is-suq tal-għalf kompost ( 7 ) l-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi:

1. l-indikazzjonijiet addizzjonali li ġejjin jidhru fl-ispazju pprovvdut bil-għan tal-pakkeġġjar, fuq il-kontenitur jew fuq it-tabella tal-għalf riferita fl-Artikolu 1(1):

(a) l-espressjoni ta’ kwalifika “dietetiku” flimkien mad-deskrizzjoni tal-għalf;

(b) l-użu preċiż, jiġifieri l-użu partikolari tan-nutriment;

(ċ) l-indikazzjoni tal-karatteristiċi essenzjali tan-nutriment tal-għalf;

(d) id-dikjarazzjonijiet stabbiliti fil-kolonna 4 fl-Anness li jirrigwardaw il-għan partikolari tan-nutriment;

(e) it-tul taż-żmien irrakkommandat għall-użu tal-għalf.

L-indikazzjonijiet riferiti fil-punti (a) sa (e) iridu jikkonformaw mal-kontenut tal-lista ta’ l-użi maħsuba fl-Anness u d-dispożizzjonijiet ġenerali stabbiliti skond l-Artikolu 6(b);

2. jistgħu jiġu forniti indikazzjonijiet oħra għajr dawk riferiti fil-paragrafu 1 fl-ispazju pprovvdut għal dan il-għan, safejn u sakemm ikunu koperti bl-Artikolu 6(a);

3. mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5e tad-Direttiva 79/373/KEE, it-tikkettjar tal-għalf kif riferit fl-Artikolu 1(1) jista’ jagħmel referenza għal kondizzjoni speċifika patoloġika safejn u sakemm din il-kondizzjoni tikkorrespondi mal-għan tan-nutriment stabbilit fil-lista ta’ l-użi mfassla skond l-Artikolu 6(a);

4. it-tikketta jew l-istruzzjonijiet għall-użu tal-għalf riferit fl-Artikolu 1(1) iridu jġorru l-indikazzjoni “Huwa rrakkommandat illi titifittex l-opinoni ta’ speċjalista qabel l-użu.”

Madankollu, jista’ jiġi pprovvdut fil-lista ta’ l-użi maħsuba fl-Anness illi din id-dikjarazzjoni għandha tiġi mibdula għal għalf speċifiku tan-nutriment b’rakkommandazzjoni li titlob l-opinjoni minn qabel ta’ veterinarju;

5. id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5c (5) tad-Direttiva 79/373/KEE għandhom japplikaw ukoll għall-għalf riferit fl-Artikolu 1(1) u maħsub għal annimali oħra għajr l-annimali tal-gost;

6. it-tikkettjar tal-għalf riferit fl-Artikolu 1(1) jista’ wkoll jagħti prominenza lill-preżenza jew lil-livell baxx ta’ kostitwent analitiku jew iktar li jkunu essenzjali għad-deskrizzjoni tal-għalf. F’dawn il-każijiet, il-livell minimu jew massimu tal-kostitwenti analitiċi espressi bħala perċentwal tal-piż tal-għalf iridu jkunu indikati biċ-ċar fil-lista tal-kostitwenti analitiċi ddikjarati;

7. -espressjoni ta’ kwalifika “dietitiku” għandha tiġi rriservata biss għall-għalf riferit fl-Artikolu 1(1).

Espressjonijiet oħra ta’ kwalifika għajr “dietitiku” għandhomn jiġu pprojbiti fit-tikkettjar u l-preżentazzjoni ta’ dan il-għalf;

8. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5c (3) tad-Direttiva 79/373/KEE, id-dikjarazzjoni ta’ ►M1  materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem ◄ tista’ ssir fil-għamla ta’ raggruppament tal-kategorija ta’ numru ta’ ►M1  materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem ◄ , saħansitra meta tkun meħtieġa d-dikjarazzjoni ta’ ċerti ►M1  materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem ◄ skond l-isem speċifiku tagħhom sabiex jiġu ġġustifikati l-karatteristiċi nutrijenti tal-għalf.

Artikolu 6

Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9:

(a) għandha tiġi stabbilita lista ta’ l-użi maħsuba skond l-Anness mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 1994. Din il-lista għandu jkun fiha:

 l-indikazzjonijiet riferiti fl-Artikolu 5(1)(b), (ċ), (d) u (e), u

 meta approprjat, l-indikazzjonijiet riferiti fl-Artikolu 5(2) u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(4);

(b) jistgħu jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet ġenerali li jirrigwardaw l-applikazzjoni ta’ l-indikazzjonijiet riferiti fil-(a), li jinkludu t-tolleranzi applikabbli;

(ċ) il-miżuri adottati skond il-(a) u l-(b) jistgħu jiġu mmodifikati, wara l-iżviluppi fil-għerf xjentifiku u tekniku.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-għalf kif riferit fl-Artikolu 1(1) ma jkunx, għal raġunijiet li jirrigwardaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, bla ħsara għal restrizzjonijiet oħra tat-tqegħid fis-suq għajr dawk ipprovvduti f’din id-Direttiva.

Artikolu 8

1.  Meta Stat Membru jistabbilixxi illi l-użu ta’ għalf kif riferit fl-Artikolu 1(1) jew l-użu tiegħu fil-kondizzjonijiet stabbiliti jippreżenta riskju għas-saħħa ta’ l-annimali jew tal-bniedem jew għall-ambjent, għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

2.  Il-Kummissjoni għadha tiftaħ malajr kemm jista’ jkun il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9 bil-ħsieb li tadotta kull miżura approprjata.

▼M4

Artikolu 9

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanentri tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbili skond l-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 ( 8 ).

2.  Meta jsir riferiment għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 9 ).

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tiegħu ta' Proċedura.

▼B

Artikolu 10

Sabiex jippermettu l-ispezzjon uffiċjali tal-għalf kif riferit fl-Artikolu 1(1), għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġejjin:

1. l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa għall-ispezzjon uffiċjali matul il-fabbrikazzjoni jew it-tqegħid fis-suq, għall-inqas bit-teħid tal-kampjuni. Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva;

2. meta approprjat, l-awtorità kompetenti għandha tingħata l-poteri li teħtieġ illi l-persuna responsabli mit-tqegħid fis-suq tal-prodott tipproduċi l-informazzjoni u t-tagħrif li jistabbilixxu l-konformità tal-għalf ma’ din id-Direttiva

Jekk din l-informazzjoni tkun ġiet ippubblikata f’għamla aċċesibbli bla xkiel, tkun biżżejjed referenza għall-pubblikazzjoni.

Artikolu 11

Id-Direttivi li ġejjin huma hawnhekk emendati kif speċifikat:

▼M3 —————

▼B

2. fid-Direttiva 79/373/KEE:

(a) dan li ġej għandu jiġi miżjud ma’ l-Artikolu 1(2):

“(h) il-għalf għal għanijiet partikolari tan-nutriment;”

(b) l-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5e għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“— jista’ ma jkunx iddisinjat sabiex jindika l-preżenza jew il-kontenut tal-kostitwenti analitiċi l-oħra għajr dawk li d-dikjarazzjoni tagħhom hija pprovvduta fl-Artikolu 5 ta’ din id-Direttuiva jew fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/74/KEE tat-13 ta’ Settembru 1993 dwar il-għalf maħsub għal għanijie partikolari tan-nutriment ( 10 );

3. dan li ġej għandu jiġu miżjud ma’ l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1982 li tirrigwarda ċerti prodotti wżati fin-nutriment ta’ l-annimali ( 11 ):

“(f) il-għalf għal għanijiet partikolari tan-nutriment;.”

Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għalihom sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttuva mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 1995. Għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom jinkludu r-referenzi għal din id-Direttiva jew għandhom jakkumpanjawhom b’dawn ir-referenzi fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-manjiera li biha għandhom isiru dawn ir-referenzi.

Artikolu 13

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS

image



( 1 ) ĠU C 231, tad-9.9.1992, p. 6.

( 2 ) ĠU C 21, tal-25.1.1993, p. 73.

( 3 ) ĠU C 73, tal-15.3.1993, p. 25.

( 4 ) ĠU C 22, tad-9.2.1965, p. 369/65.

( 5 ) ĠU L 170, tat-3.8.1970, p. 1.

( 6 ) ĠU L 92, tas-7.4.1990, p. 42.

( 7 ) ĠU L 86, tas-6.4.1979, p. 30.

( 8 ) ĠU L 31, ta' l-1.2.2002, p. 1.

( 9 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23

( 10 ) ĠU L 237, tat-22.9.1993, p. 23.”

( 11 ) ĠU L 213, tal-21.7.1982, p. 8.