01993L0061 — MT — 16.02.2020 — 001.003
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 93/61/KEE tat-2 ta’ Lulju 1993 ►C2 li tistabbilixxi l-pjani li jindikaw il-kondizzjonijiet li jridu jiġu mħarsa mill-materjal propagattiv u mill-materjal għat-tħawwil tal-ħaxix, barra miż-żerriegħa skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE ◄ (ĠU L 250 7.10.1993, p. 19) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 41 |
1 |
13.2.2020 |
Ikkoreġuta bi:
ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 93/61/KEE
tat-2 ta’ Lulju 1993
li tistabbilixxi l-pjani li jindikaw il-kondizzjonijiet li jridu jiġu mħarsa mill-materjal propagattiv u mill-materjal għat-tħawwil tal-ħaxix, barra miż-żerriegħa skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE
L- Artikolu 1
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi l-pjani imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/33/KEE u tistabbilixxi r-rikjesti rigward tikkettjar msemmija fl-Artikolu 11 ta’ dik id-Direttiva.
2. Il-pjani japplikaw għal uċuh li jikbru u ►C2 materjal propagattiv tal-ħaxix (inklużi zkuk bl-għeruq), u materjal għat-tħawwil derivati minnhom, ◄ tal-ġeneri u speċi kollha msemmija fl-Anness II għad-Direttiva 92/33/KEE, u għal għeruq ta’ ġeneri u speċi oħra msemmija fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva, irrispettivament mis-sistema ta’ propagazzjoni applikata, dawn l-oġġetti hawn isfel msemmija bħala “il-materjal”.
3. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom igħoddu progressivament, wara li jitqiesu ċ-ċikli ta’ produzzjoni tal-materjal msemmi fil-paragrafu 2.
L- Artikolu 2
Il-materjal, fejn applikabbli, għandu jħares il-kondizzjonijiet li jgħoddu għas-saħħa tal-pjanti kif imniżżla fid-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE ( 1 ).
Artikolu 3
Il-materjal propagattiv u l-materjal għat-tħawwil tal-ħaxix fil-post tal-produzzjoni għandu jinsab prattikament ħieles mill-pesti kollha elenkati fl-Anness rigward il-materjal propagattiv rispettiv u l-materjal għat-tħawwil rispettiv, għallinqas meta jiġi spezzjonat b’mod viżiv.
Il-preżenza ta’ pesti rregolati mhux ta’ kwarantina (RNQPs) fuq ►C1 il-materjal propagattiv u l-materjal għat-tħawwil tal-ħaxix ◄ li jiġu kkummerċjalizzati ma għandhiex taqbeż il-limiti stabbiliti rispettivi stipulati fl-Anness, għallinqas meta dan jiġi spezzjonat b’mod viżiv.
Meta l-materjal propagattiv u l-materjal għat-tħawwil tal-ħaxix issirilhom spezzjoni viżiva, iridu jinsabu prattikament ħielsa minn kull pest li jnaqqas is-siwi u l-kwalità tagħhom, għajr il-pesti elenkati fl-Anness rigward ►C1 il-materjal propagattiv u l-materjal għat-tħawwil tal-ħaxix ◄ rispettivi.
►C1 Il-materjal propagattiv u l-materjal għat-tħawwil tal-ħaxix ◄ għandhom jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni, il-pesti ta’ kwarantina fiż-żoni protetti u l-pesti rregolati mhux ta’ kwarantina previsti fir-Regolament (UE) 2016/2031 ( 2 ) u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont dak ir-Regolament, u mal-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) ta’ dak ir-Regolament.
L- Artikolu 4
1. Il-materjal ikollu identità u purità rigward ġeneri jew speċi u jkollu wkoll identità u purità tal-varjetà.
L- Artikolu 5
1. ►C2 Il-materjal ikun sostanzjalment ħieles minn kull difett li jista’ jnaqqas il-kwalità tiegħu bħala materjal propagattiv jew materjal għat-tħawwil. ◄
2. ►C2 Il-qawwa u l-qisien tal-materjal ikunu sodisfaċenti rigward it-tjubija tiegħu bħala materjal propagattiv u materjal għat-tħawwil tal-ħaxix. ◄ Barra minn hekk, ikun assigurat bilanċ tajjeb bejn għeruq, zkuk u weraq.
L- Artikolu 6
1. Id-dokument ta’ min jipprovdi l-materjal msemmi fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/33/KEE irid ikun ta’ materjal adattat li ma jkunx intuża qabel u jkun stampat f’almenu waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Ikollu fih dawn it-titli informattivi:
l-indikazzjoni “kwalità KEE”;
l-indikazzjoni tal-kodiċi tal-iStati Membri tal-KEE;
l-indikazzjoni tal-korp uffiċjali responsabbli jew il-kodiċi distintiv tiegħu;
numru ta’ reġistrazzjoni jew akkreditament;
isem ta’ min qed jipprovdi l-materjal;
numru individwali tas-serje, ġimgħa jew grupp;
data ta’ ħruġ tad-dokumenti ta’ min jipprovdi l-materjal;
numru ta’ riferenza tal-lott ta’ żerriegħa fil-każ ta’ xtieli żgħar mtella’ direttament miż-żerriegħa u fis-suq skond id-Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE ( 3 ). Dan in-numru ta’ riferenza ikun disponibbli jekk mitlub għall-korp uffiċjali responsabbli;
isem komuni u, jekk il-materjal hu akkumpanjat b’passaport tal-pjanti skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE ( 4 ), isem botaniku;
isem il-varjetà. Fil-każ ta’ zkuk għat-tkabbir, isem il-varjetà jew deskrizzjoni tagħha.
kwantità;
fil-każ ta’ importazzjoni minn pajjiżi terzi skond l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 92/33/KEE, isem il-pajjiż fejn sar il-ħsad.
2. Fejn il-materjal hu akkumpanjat minn passaport ta’ pjanti skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE(3) dan il-passaport jista’, jekk il-provveditur jixtieq, iservi ta’ dokument tal-provveditur kif imsemmi fil-paragrafu 1. Iżda n-nota “kwalità KEE” u indikazzjoni tal-korp uffiċjali responsabbli taħt Direttiva 92/33/KEE trid tingħata flimkien ma riferenza għal isem il-varjetà. Fil-każ ta’ importazzjoni minn pajjiżi terzi skond l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 92/33/KEE, isem il-pajjiż tal-ħsad irid jingħata wkoll. Din l-informazzjoni tista’ tkun fl-istess dokument bħal passaport ta’ pjanti imma separata b’mod ċar.
L- Artikolu 7
1. L-iStati Membri għandhom jimplementaw liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi biex iħarsu din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1993. Huma għandhom jinformaw malajr b’dan lill-Kummissjoni.
Meta l-iStati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn ikollhom riferiment għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’riferiment bħal dan meta jkunu ppubblikati uffiċjalment. Il-proċedura għal riferiment bħal dan tkun adottata mill-iStati Membri.
2. L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li huma jkollhom fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
L- Artikolu 8
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
RNQPs li jikkonċernaw il-materjal propagattiv u l-materjal għat-tħawwil tal-ħaxix
Batterji |
||
RNQPs jew sintomi kkawżati mill-RNQPs |
Materjal propagattiv u l-materjal għat-tħawwil tal-ħaxix (ġeneru jew speċi) |
Limitu stabbilit għall-preżenza tal-RNQPs fuq il-materjal propagattiv u l-materjal għat-tħawwil tal-ħaxix |
Clavibacter michiganensis ssp. michiganensis (Smith) Davis et al. [CORBMI] |
Solanum lycopersicum L. |
0 % |
Xanthomonas euvesicatoria Jones et al. [XANTEU] |
Capsicum annuum L., Solanum lycopersicum L. |
0 % |
Xanthomonas gardneri (ex Šutič 1957) Jones et al. [XANTGA] |
Capsicum annuum L., Solanum lycopersicum L. |
0 % |
Xanthomonas perforans Jones et al. [XANTPF] |
Capsicum annuum L., Solanum lycopersicum L. |
0 % |
Xanthomonas vesicatoria (ex Doidge) Vauterin et al. [XANTVE] |
Capsicum annuum L., Solanum lycopersicum L. |
0 % |
Fungi u oomiċeti |
||
RNQPs jew sintomi kkawżati mill-RNQPs |
Materjal propagattiv u l-materjal għat-tħawwil tal-ħaxix (ġeneru jew speċi) |
Limitu stabbilit għall-preżenza tal-RNQPs fuq il-materjal propagattiv u l-materjal għat-tħawwil tal-ħaxix |
Fusarium Link (ġeneru anamorfiku) [1FUSAG] għajr il-Fusarium oxysporum f. sp. albedinis (Kill. & Maire) W.L. Gordon [FUSAAL]u Fusarium circinatum Nirenberg & O’Donnell [GIBBCI] |
Asparagus officinalis L. |
0 % |
Helicobasidium brebissonii (Desm.) Donk [HLCBBR] |
Asparagus officinalis L. |
0 % |
Stromatinia cepivora Berk. [SCLOCE] |
Allium cepa L., Allium fistulosum L., Allium porrum L., Allium sativum L. |
0 % |
Verticillium dahliae Kleb. [VERTDA] |
Cynara cardunculus L. |
0 % |
Nematodi |
||
RNQPs jew sintomi kkawżati mill-RNQPs |
Materjal propagattiv u l-materjal għat-tħawwil tal-ħaxix (ġeneru jew speċi) |
Limitu stabbilit għall-preżenza tal-RNQPs fuq il-materjal propagattiv u l-materjal għat-tħawwil tal-ħaxix |
Ditylenchus dipsaci (Kuehn) Filipjev [DITYDI] |
Allium cepa L., Allium sativum L. |
0 % |
Viruses, virojdi, mard li jixbaħ il-viruses u fitoplażmi |
||
RNQPs jew sintomi kkawżati mill-RNQPs |
Materjal propagattiv u l-materjal għat-tħawwil tal-ħaxix (ġeneru jew speċi) |
Limitu stabbilit għall-preżenza tal-RNQPs fuq il-materjal propagattiv u l-materjal għat-tħawwil tal-ħaxix |
Leek yellow stripe virus [LYSV00] |
Allium sativum L. |
1 % |
Onion yellow dwarf virus [OYDV00] |
Allium cepa L., Allium sativum L. |
1 % |
Potato spindle tuber viroid [PSTVD0] |
Capsicum annuum L., Solanum lycopersicum L. |
0 % |
Tomato spotted wilt tospovirus [TSWV00] |
Capsicum annuum L., Lactuca sativa L., Solanum lycopersicum L., Solanum melongena L. |
0 % |
Tomato yellow leaf curl virus [TYLCV0] |
Solanum lycopersicum L. |
0 % |
( ) ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 20.
( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).
( 1 ) ĠU L 225,tat- 12.10.1970,p.7.
( 1 ) ĠU L 4,tat- 8.1.1993,p.22.