01993L0013 — MT — 28.05.2022 — 002.006
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 095 21.4.1993, p. 29) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DIRETTIVA 2011/83/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Ottubru 2011 |
L 304 |
64 |
22.11.2011 |
|
|
DIRETTIVA (UE) 2019/2161 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-27 ta’ Novembru 2019 |
L 328 |
7 |
18.12.2019 |
|
Ikkoreġuta bi:
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 93/13 KEE
tal-5 ta’ April 1993
dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur
Artikolu 1
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
“klawżoli inġusti” tfisser il-klawżoli kuntrattwali stabbiliti fl-Artikolu 3;
“konsumatur” tfisser kull persuna naturali li, f’kuntratti koperti minn din id-Direttiva, tkun qiegħda taġixxi għal skopjiet li jkunu barra s-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha;
“bejjiegħ jew fornitur” tfisser kull persuna naturali jew legali li, f’kuntratti koperti minn din id-Direttiva, tkun qiegħda taġixxi għal skopijiet relatati mas-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha, sew jekk proprjetà pubblika u sew jekk propjetà privata.
Artikolu 3
Il-fatt li ċerti aspetti ta’ klawżola jew klawżola speċifika waħda tkun ġiet innegozjata individwalment m’għandux jeskludi l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għall-bqija ta’ kuntratt jekk stima globali tal-kuntratt tindika li dan ikun madankollu kuntratt standard ippreparat minn qabel.
Meta xi bejjiegħ jew fornitur jippretendi li klawżola standard ikun ġie nnegozjat b’mod individwali, il-piż tal-prova f’dan ir-rigward għandu jaqa’ fuqu.
Artikolu 4
Artikolu 5
Fil-każ ta’ kuntratti fejn ċerti klawżoli jew il-klawżoli kollha offruti lill-konsumatur ikunu bil-miktub, dawn il-klawżoli għandhom ikunu abbozzati b’lingwaġġ sempliċi u ċar. Fejn ikun hemm dubju dwar it-tifsir ta’ klawżola, għandha tirbaħ l-interpretazzjoni l-aktar favorevoli għall-konsumatur. Din ir-regola dwar l-interpretazzjoni m’għandhiex tgħodd fil-kuntest tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 7(2).
Artikolu 6
Artikolu 7
Artikolu 8
L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu l-aktar disposizzjonijiet stretti kompatibbli mat-Trattat fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, biex jiżguraw grad massimu ta’ protezzjoni għall-konsumatur.
Artikolu 8a
Meta Stat Membru jadotta dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 8, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan, kif ukoll bi kwalunkwe modifika sussegwenti, b’mod partikolari fejn dawk id-dispożizzjonijiet:
Artikolu 8b
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitqiesu l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:
in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ta’ żmien tal-ksur;
kwalunkwe azzjoni meħuda mill-bejjiegħ jew fornitur biex itaffi jew jirrimedja d-dannu mġarrab mill-konsumaturi;
kwalunkwe ksur preċedenti mill-bejjiegħ jew fornitur;
il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-bejjiegħ jew fornitur dovuti għall-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli;
penali imposti fuq il-bejjiegħ jew fornitur għall-istess ksur fi Stati Membri oħra f’każijiet transfruntiera fejn informazzjoni dwar tali penali tkun disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.
Artikolu 9
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 10(1).
Artikolu 10
Dawn id-disposizzjonijiet għandhom jgħoddu għall-kuntratti kollha konklużi wara l-31 ta’ Diċembru 1994.
Artikolu 11
Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
KLAWŻOLI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(3)
1. Klawżoli li għandhom l-għan jew l-effett li:
jeskludu jew jillimitaw ir-responsabbiltà legali ta’ bejjiegħ jew fornitur f’każ ta’mewt ta’ konsumatur jew korriment personali tiegħu li jirriżulta minn att jew omissjoni ta’ dak il-bejjiegħ jew fornitur;
jeskludu jew jillimitaw b’mod mhux xieraq id-drittijiet legali tal-konsumatur vis-a-vis il-bejjiegħ jew il-fornitur ta’ parti oħra fil-każ ta’ nuqqas totali jew parzjali ta’ twettieq jew twettieq mhux adegwat mill-bejjiegħ jew mill-fornitur ta’ kull wieħed mill-obbligi kuntrattwali, inkluża l-għażla li jitpaċa dejn dovut lill-bejjiegħ jew lill-fornitur kontra pretensjoni li l-konsumatur jista’ jkollu kontrih;
jagħmlu ftehim li jorbot lill-konsumatur billi l-provvista tas-servizzi mill-bejjiegħ jew il-konsumatur ikunu bla ħsara għal kondizzjoni li biex isseħħ tiddependi mir-rieda tiegħu biss;
jippermettu lill-bejjiegħ jew lill-fornitur li jżomm somom imħallsa mill-konsumatur fejn dan ta’ l-aħħar jiddeċiedi li ma’ jikkonkludix jew ma jwettaqx il-kuntratt, mingħajr ma jipprovdi biex il-konsumatur jirċievi kumpens ta’ ammont ekwivalenti mingħand il-bejjiegħ jew il-fornitur fejn dan ta’ l-aħħar ikun il-parti li tkun qed iħassar il-kuntratt;
jeħtieġu lill xi konsumatur li jonqos milli jwettaq l-obbligazzjoni li jħallas somma sproporzjonatament għolja bħala kumpens;
jawtorizzaw lill-bejjiegħ jew lill-fornitur li jxolji l-kuntratt fuq bażi diskrezzjonali meta l-istess faċilità ma tingħatax lill-konsumatur, jew jippermettu lill-bejjiegħ jew lill-fornitur li jżomm is-somom imħallsa għas-servizzi li jkunu għadhom ma ġewx ipprovduti lilu fil-każ li jkun il-bejjiegħ jew il-fornitur stess li jxolji l-kuntratt;
jawtorizzaw lill-bejjiegħ jew lill-fornitur li jtemm kuntratt ta’ tul ta’ żmien mhux stabbilit mingħajr twissija raġonevoli ħlief fejn ikun hemm raġunijiet serji sabiex dan isir:
awtomatikament jestendu kuntratt ta’ tul ta’ żmien fiss fejn il-konsumatur ma jindikax mod ieħor, fejn l-iskadenza ffissata għall-konsumatur li jesprimi x-xewqa tiegħu li ma jestendix il-kuntratt tkun kmieni b’mod mhux raġonevoli;
jorbtu lill-konsumatur b’mod irrevokabbli b’klawżoli li ma kellu l-ebda opportunità vera li jsir jafhom qabel il-konklużjoni tal-kuntratt;
jawtorizzaw lill-bejjiegħ jew lill-fornitur li jibdel il-klawżoli ta’ kuntratt minn naħa waħda biss mingħajr raġuni valida li tkun speċifikata fil-kuntratt;
jawtorizzaw lill-bejjiegħ jew lill-fornitur li jibdel minn naħa waħda biss mingħajr raġuni valida xi karatteristiċi tal-prodott jew tas-servizz li ser jiġi pprovdut;
jipprovdu biex il-prezz tal-merkanzija jiġi stabbilit fil-ħin tal-provvista jew jippermettu lil bejjiegħ ta’ merkanzija jew lil fornitur ta’ servizzi jżid il-prezz tagħhom mingħajr ma’ jagħti lill-konsumatur fiż-żewġ każi d-dritt korrispondenti li jikkanċella l-kuntratt jekk l-aħħar prezz ikun għoli wisq f’relazzjoni mal-prezz miftiehem meta l-kuntratt ikun ġie konkluż;
jagħtu lill-bejjiegħ jew lill-fornitur id-dritt li jistabbilixxi jekk il-merkanzija jew is-servizzi pprovduti jkunux konformi mal-kuntratt, jew jagħtuh id-dritt esklussiv li jinterpreta kwalunkwe klawżola fil-kuntratt;
jillimitaw l-obbligazzjoni tal-bejjiegħ jew tal-fornitur li jirrispetta l-impenn meħud mill-aġenti tiegħu jew jagħmlu l-impenji tiegħu suġġetti għall-konformità ma’ formalità partikolari;
jobbligaw lill-konsumatur li jaqdi l-obbligi tiegħu kollha fejn il-bejjiegħ jew il-fornitur ma jaqdix tiegħu stess;
jagħtu lill-bejjiegħ jew lill-fornitur il-possibbiltà li jittrasferixxi d-drittijiet u l-obbligi tiegħu taħt il-kuntratt, fejn dan jista’ jservi biex inaqqas il-garanziji għall-konsumatur, mingħajr il-kunsens ta’ dan ta’l-aħħar;
jeskludu jew ifixklu d-dritt tal-konsumatur li jieħu azzjon legali jew jeżerċita kull rimedju legali ieħor, b’mod partikolari billi jeħtieġ lill-konsumatur li jieħu kwistjoni esklussivament għall-arbitraġġ mhux kopert b’disposizzjonijiet legali, biex b’hekk jirristrinġu l-evidenza disponibbli għalih b’mod esaġerat jew jimponu fuqu l-oneru tal-prova li, skond il-liġi applikabbli, għandu jkun fuq parti oħra tal-kuntratt.
2. L-ambitu tas-subparagrafi (g), (j) u (l)
Is-subparagrafu (g) huwa mingħajr xkiel għal klawżoli li bihom fornitur ta’ servizzi finanzjarji jirriserva d-dritt li jtemm minn naħa l-waħda kuntratt ta’ żmien mhux stabbilit mingħajr avviż fejn ikun hemm raġuni valida, sakemm il-fornitur ikun meħtieġ li jinforma lill-parti jew lill-partijiet kontraenti l-oħra dwar dan minnufih.
Is-subparagrafu (j) huwa mingħajr xkiel għal klawżoli li taħthom fornitur ta’ servizzi finanzjarji jirriserva d-dritt li jibdel ir-rata ta’ imgħaxijiet pagabbli mill-konsumatur jew dovuti lilu, jew l-ammont ta’ imposti oħra għal servizzi finanzjarji bla avviż fejn ikun hemm raġuni valida, sakemm dak il-fornitur ikun meħtieġ jinforma lil parti jew partijiet kontraenti oħra tagħhom fl-opportunità l-aktar kmieni u li dawn ta’ l-aħħar ikunu liberi li jxolju l-kuntratt immedjatament.
Is-subparagrafu (j) huwa wkoll mingħajr xkiel għal klawżoli li taħthom bejjiegħ jew fornitur jirriserva d-dritt li jbiddel minn naħa l-waħda l-kondizzjonijiet ta’ kuntratt ta’ żmien mhux stabilit, sakemm dan ikun meħtieġ jinforma lill-konsumatur b’avviż xieraq u l-konsumatur ikun ħieles li jxolji l-kuntratt.
Is-subparagrafi (g), (j) u (l) ma jgħoddux għal:
Is-subparagrafu (1) huwa mingħajr xkiel għal klawsoli ta’l-indiċjar tal-prezzijiet, fejn legali, sakemm il-metodu li bih ivarjaw il-prezzijiet jiġi deskritt b’mod espliċitu.
( 1 ) Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).