1992R2137 — MT — 01.05.2004 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 2137/92

tat-23 ta’ Lulju 1992

li jikkonċerna l-iskala tal-Komunità għall-klassifika tal-karkassi tan-nagħaġ u li jistabilixxi l-livell ta’ kwalità Komunitarja tal-karkassi tan-nagħaġ friski jew imkessħa u li jestendi r-Regolament (KEE) Nru 338/91

(ĠU L 214, 30.7.1992, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1278/94 tat-30 ta' Mejju 1994

  L 140

5

3.6.1994

►M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2536/97 tas-16 ta’ Diċembru 1997

  L 347

6

18.12.1997


Emendat bi:

►A1

  L 236

33

23.9.2003




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 2137/92

tat-23 ta’ Lulju 1992

li jikkonċerna l-iskala tal-Komunità għall-klassifika tal-karkassi tan-nagħaġ u li jistabilixxi l-livell ta’ kwalità Komunitarja tal-karkassi tan-nagħaġ friski jew imkessħa u li jestendi r-Regolament (KEE) Nru 338/91



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż ( 1 ) u partikolarment l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-istandard tal-klassifikazzjoni tal-karkassi hija meħtieġa sabiex tittejjeb it-trasparenza tas-suq f’dan is-settur;

Billi l-klassifikazzjoni għandha issir fuq bażi tal-għamla u ta’ l-ammont tax-xaħam; billi dawn iż-żewġ kriterji flimkien jippermettu li l-karkassi tan-nagħaġ jiġu maqsuma f’tipi; billi l-karkassi iklassifikati għandhom ikunu identifikati;

Billi, b’dana kollu, kriterji oħra, partikolarment il-piż, il-kulur tal-laħam u l-ammont tal-kisja tax-xaħam, jistgħu jintużaw għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-ħrief li jiżnu inqas minn 13 kg; billi l-Istati Membri li jixtiequ jużaw dawn il-kriterji għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra;

Billi, sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament fil-Komunità, dispożizzjoni għandha ssir għal spezzjonijiet fuq il-post minn Grupp ta’ Ispezzjoni tal-Komunità;

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 338/91 tal-5 ta’ Frar 1991 li jiddetermina l-istandard Komunitarju tal-kwalità tal-karkassi tan-nagħaġ friski jew iffriżati ( 2 ) applikati fis-snin tal-marketing 1991 u 1992, sakemm ikunu stabbiliti l-istandards Komunitarji tal-klassifikazzjoni tal-karkassi;

Billi mhux xieraq li fil-preżent jkunu stabbiliti l-livelli aċċettabli f’dan il-każ; billi ikun aħjar jekk l-ewwel tinġabar ċerta esperjenza, akwistata matul perjodu ta’ żmien twil biż-żejjed fir-rigward ta’ l-applikazzjoni tal-iskala tal-klassifikazzjoni li hemm provvediment dwarha f’dan ir-Regolament; billi huwa għalhekk meħtieġ li tkun estiża l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 338/91 b’sena, b’ l-eċċezzjoni għall-miżuri li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 7 fir-Regolament (KEE) Nru 3013/89, li dwarhom l-estensjoni għandha tkun estiża sat-30 ta’ Ġunju 1994;

Billi jidher xieraq li jkun stabbilit bħala objettiv l-applikazzjoni obbligatorja tal-iskala tal-Komunità wara perjodi rappreżentati u transitorji suffiċenti għall-biċċeriji kollha, kif approvati għall-kummerċ intra-Komunitarju; billi, b’dana kollu għal raġunijiet ta’ amministrazzjoni tajba, din l-applikazzjoni obligatorja m’għandhiex għalfejn tapplika għal biċċeriji ż-żgħar li jinsabu f’reġjuni meta l-impatt fuq il-prezz tas-suq prodott bil-volum tal-qatla f’dawn il-biċċeriji jkun negliġibbli,

ADOTTA DAN IL-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Dan ir-Regolament jirregola id-dispożizzjonijiet jikkonċernaw l-iskala Komunitarja tal-klassifikazzjoni tal-karkassi tan-nagħaġ.

Artikolu 2

Għall-iskop tal-klassifikazzjoni tal-karkassi, dan li ġej għandu japplika:

(a) karkassa: il-ġisem sħiħ ta’ l-annimal maqtul, kif ipprezentat wara li jkun żvenat, eviskerat u mqaxxar, preżentat mingħajr ras (li tkun tneħħiet mil-ġonta ta’ l-atlanto-oċċipitali), is-saqajn (li jkunu tneħħew mill-ġonot tal-carpo-metacarpal jew mit-tarso-metatarsal), id-denb (li jkun tneħħa bejn is-sitt u s-seba’ caudal vertebrae), is-sider, il-ġenitali, il-fwied u l-ġewwieni. Il-kliewi u x-xaħam tal-kliewi huma nklużi fil-karkassa;

(b) nofs-karkassa: il-prodott miksub meta l-karkassa tkun separata b’mod simetriku minn nofs ta’ kull parti ta’ l-għonq, tad-dahar, mill-ġembejn u l-ossu sakru u ma tul l-għadma ta’ nofs is-sider u l-ischiopublic symphysis.

B’danakollu, l-Istati Memrbi għandhom ikunu awtorizzati li jippermettu preżentazzjoni differenti meta l-preżentazzjoni tar-referenza ma tkunx użata. F’każi bħal dawn, l-aġġustament meħtieġa għall-progress minn dawk il-preżentazzjonijiet għall-preżentazzjonijiet tar-referenza għandu jkun iddeterminat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KEE) Nru 3013/89.

Artikolu 3

1.  Il-karkassi ta’ l-annimali ovini għandhom jinqasmu fil-kategoriji li ġejjin:

 Il-karkassi tan-nagħaġ li għandhom inqas minn tnax-il xahar,

 Il-karkassi ta’ nagħaġ oħra.

2.  Il-karkassi tan-nagħaġ għandhom ikunu kklassifikati b’analiżi rispettivament ta’:

(a) il-konformità,

(b) l-kisja tax-xaħam,

kif identifikat fl-Annessi I u II rispettivament.

Il-konformazzjoni tal-klassi kif innominata fl-Anness I bl-ittra S tista tintuża mill-Istati Membri voluntarjament sabiex tinkludi l-klassi tal-konformazzjoni għolja (‘tip tal-karkassa b’muskoli-doppji’). L-Istati Membri li jkollhom l-intenzjoni li jgħamlu użu minn din l-għażla għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

B’dankollu, għall-karkassa tal-ħrief li jiżnu anqas minn 13 kg, l-Istati Membri jistgħu jkunu awtorizzati sabiex jużaw il-kriterji ta’ klassifikazzjoni li ġejjin:

(a) użin tal-karkassa:

(b) kulur tal-laħam,

(ċ) kisja tax-xaħam,

kif definit fl-Anness III. L-Istati Membri li biħsiebhom jużaw din l-awtorizzazzjoni għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Pajjizi Membri l-oħra b’dan, sal-5 ta’ April 1993.

▼A1

Jekk ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja jew is-Slovakkja jkun bi ħsiebhom jużaw din l-awtorizzazzjoni, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra mhux aktar tard minn sena wara d-data ta' l-adeżjoni.

▼B

3.  L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jissuddividu kull waħda mill-klassijiet li hemm provvediment dwarhom fl-Annessi I u II f’massimu ta’ tlett subklassijiet.

▼M2

L-Istati Membri li jagħmlu użu mis-sistema tal-klassifikazzjoni li hemm provvediment dwarha fl-Anness III għandhom ikunu awtorizzati li jissuddividu l-kategorija Ċ f’żewġ subkategoriji.

▼B

Artikolu 4

1.  Il-klassifikazzjoni tal-karkassi jew tan-nofs karkassi għandha issir kemm jista’ jkun malajr wara l-qatla u għanda titwettaq fil-biċċerija stess.

2.  Il-karkassi kklassifikati jew in-nofs karkassi għandhom ikunu identifikati.

3.  Ir-regoli dettaljati biex ikun applikat dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati sal-31 ta’ Diċembru 1992 skond il-proċeduri stabbilita fl-Artikolu 30 tar-Regolamnet (KEE) Nru 3013/89.

Artikolu 5

Ispezzjonijiet fuq il-post għandhom isiru, b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, minn grupp ta’ spezzjoni tal-Komunità kompost minn esperti mill-Kummissjoni u esperti maħtura mill-Istati Membri. Dan il-grupp għandu jirraporta lura lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar l-eżamijiet li jkunu twettqu.

Jekk ikun xieraq, il-miżuri meħtieġa għall-iskop tal-klassifikazzjoni għandhom jittieħdu skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KEE) Nru 3013/89.

L-ispezzjonijiet għandhom isiru f’isem il-Komunità, li għandha terfha l-ispejjeż.

Ir-regoli dettaljati biex ikun applikat dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skond il-proċeduri stabbilita fl-Artikolu 30 tar-Regolamnet (KEE) Nru 3013/89.

Artikolu 6

Dispożizzjonijiet addizzjonali li jispeċifikaw id-definizzjoni tal-klassijiet tal-konformazzjoni, kisja tax-xaħam, il-piż tal-karkassa u l-kulur tal-laħam għandhom ikunu adottati mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1992 skond il-proċeduri stabbilita fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KEE) Nru 3013/89.

Artikolu 7

1.  Mill-5 ta’April 1993 u sakemm tiġi introdotta definizzjoni ġdida ta’ l-istandard tal-kwalità, l-Istati Memrbi għandhom kull ġimgħa jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-prezzijiet irrekordjati fis-suq għall-klassijiet differenti fl-iskala tal-klassifikazzjoni.

2.  Ir-regoli dettaljati biex ikun implimentat dan l-artikolu, u b’mod partikolari il-frekwenza u l-kobor tal-irrekordjar, għandhom ikunu adottati skond il-proċeduri stabbilita fl-Artikolu 30 tar-Regolamnet (KEE) Nru 3013/89.

3.  L-informazzjoni innotifikata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri għandha tintuża għall-preparazzjoni tar-rapport u tal-proposti li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 8(2).

▼M1 —————

▼M2

Artikolu 9

Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Kunsill, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2002, dwar l-operazzjoni ta’ dawn l-arranġament, flimkien ma’, fejn meħtieġ, proposti xierqa, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-iskali tal-klassifikazzjoni tal-karkassi, bl-għan li fejn possibbli, jagħmlu l-applikazzjoni obbligatorja.

▼B

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mis-sena tas-suq 1993.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I



KOMFORMAZZJONI

Ævilupp tal-profili tal-karkassi, partikolarment il-partijiet essenzjali (il-kwarti tal-koxxa, id-dahar, l-ispalla)

Il-klassi tal-konformazzjoni

Deskrizzjoni

S

Superjuri

Kull profil estremament imbuzzat; żvilupp muskolari eċċezjonali (tat-tip tal-karkassi b'żewġ muskoli)

E

Eċċellenti

Il-profili kollha mbuzzati għall-estremament imbuzzati; żvilupp tal-muskoli eċċezjonali

U

Tajbin Ħafna

Profili tajbin ħafna fuq kollox mbuzzati; żvilupp tal-muskoli eċċezjonali

R

Tajjeb

Profili tajbin ħafna fuq kollox dritti; żvilupp tal-muskoli tajjeb

O

Mhux Ħażin

Profili tajbin, dritti għall-imbuzzati; żvilupp muskolari medju

P

Batuti

Profili batuti imħaffra għal imħaffra ħafna: żvilupp muskolari batut




ANNESS II



GRAD TAL-KISJA TAX-XAĦAM

Ammont ta' xaħam fuq il-barra tal-karkassa u fuq is-sider

Klassi tal-kisja tax-xaħam

Deskrizzjoni

1

baxx

Xejn jew sa kisja baxxa ta' xaħam

2

kemm xejn

Kemm xejn kisja ta' xaħam, il-laħam viżibli kważi kullimkien

3

medju

Laħam, bl-eċċezzjoni tal-kwarti tal-koxxa u ta' l-ispalla, kważi kullimkien miksi bix-xaħam; depositi ħfief ta' xaħam fil-kavità ta' l-għonq

4

għoli

Il-laħam miksi bix-xaħam, imma mhux fuq il-kwarti tal-koxxa u għandu jkun parzjalment viżibbli; xi depositi distintivi ta' xaħam fil-kavità ta' l-għonq

5

għoli ħafna

Il-karkassa b'kisja ħoxna ta' xaħam; depositi qawwija ta' xaħam fil-kavità ta' l-għonq

▼M1




ANNESS III

It-tabella tal-klassifikazzjoni tal-karkassi skond Artikolu 3(2), it-tielet paragrafu



Kategorija

A

B

Ċ

Piż

≤ 7 kg

7,1 — 10 kg

10,1 — 13 kg

Kwalità

Prima

Sekonda

Prima

Sekonda

Prima

Sekonda

Il-kulur tal-laħam

Roża ċar

Kulur ieħor jew livel ieħor tax-xaħam

Roża ċar jew roża

Kulur ieħor jew livel ieħor tax-xaħam

Roża ċar jew roża

Kulur ieħor jew livel ieħor tax-xaħam

Klasi tax-xaħam (1)

(2) (3)

(2) (3)

(2) (3)

(1)   Kif definit f'Anness II.



( 1 ) ĠU No L 289, tas-7.10.1989, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1741/91 (ĠU No L 163, tat-13.6.1991, p.41).

( 2 ) ĠU No L 41, ta’ l-14.2.1991, p.1.