1991R1601 — MT — 20.01.2009 — 007.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 1601/91

ta’ l-10 ta’ Ġunju 1991

li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti ta’ l-inbid

(ĠU L 149, 14.6.1991, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 3279/92 tad- 9 ta’ Novembru 1992

  L 327

1

13.11.1992

►M2

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 3378/94 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Diċembru 1994

  L 366

1

31.12.1994

►M3

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 2061/96 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-8 ta’ Ottubru tal-1996

  L 277

1

30.10.1996

►M4

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003

  L 284

1

31.10.2003

►M5

REGOLAMENT (KE) Nru 1334/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta’ Diċembru 2008

  L 354

34

31.12.2008


Emendat bi:

►A1

  C 241

21

29.8.1994

►A2

  L 157

203

21.6.2005




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 1601/91

ta’ l-10 ta’ Ġunju 1991

li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti ta’ l-inbid



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari Artikoli 43 u 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

B’koperazjoni mal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi ma hemm fil-preżent ebda regoli speċifiċi Komunitarji li jirregolaw l-inbejjed aromatizzati, ix-xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat u l-cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjħa “xorb aromatizzat”, b’mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni ta’ xorb bħal dan u r-rekwiżiti li jirrigwardaw id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tagħhom; billi, minħabba l-importanza ekonomika ta’ dan ix-xorb, huwa meħtieġ, sabiex tiġi megħjuna l-ħidma tas-suq komuni, li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet komuni dwar dan is-suġġett;

Billi dan ix-xorb aromatizzat jikkostitwixxi suq ewlieni għall-agrikultura tal-Komunità; billi dan is-suq huwa prinċipalment ir-riżultat tar-reputazzjoni li ftit minn dan ix-xorb akkwista madwar il-Komunità u fis-suq globali; billi din ir-reputazzjoni tista’ tkun attribwita għall-kwalità tax-xorb in kwistjoni; billi sabiex jiġi mħares dan is-suq għandu jinżamm ċertu standard ta’ kwalità għax-xorb in kwistjoni; billi l-mezz approprjat sabiex jinżamm dan l-istandard ta’ kwalità huwa li dan ix-xorb jiġi definit, waqt li wieħed iqis il-metodi tradizzjonali li fuqha hija msejsa ir-reputazzjoni tagħhom; billi, barra minn hekk, it-termini definiti b’dan il-mod għandhom jintużaw biss għal xorb tal-istess kwalità bħax-xorb tradizzjonali sabiex jiġi evitat li dawn jitilfu l-preġju tagħhom;

Billi huwa approprjat illi jinħoloq qafas xieraq għax-xorb aromatizzat li fil-biċċa l-kbira jikkonsisti f’inbejjed u most tal-għeneb, waqt li jitħalla spazju għall-iżvilupp u l-innovazzjoni fir-rigward ta’ dan ix-xorb; billi din l-mira tista’ iktar faċilment jekk jinħalqu tliet kategoriji ta’ xorb fuq il-bażi tal-kontenut ta’ nbid tagħhom, il-qawwa alkoħolika u jekk fihomx alkoħol miżjud jew le;

Billi huwa xieraq illi r-regoli Komunitarji għandhom jirriservaw, għal ċerti territorji, l-użu ta’ denominazzjonijiet ġeografiċi li jirreferu għalihom, kemm-il darba dawk l-istadji tal-produzzjoni li matulhom il-prodott finali jakkwista l-karatteristiċi tiegħu u l-propjetajiet definittivi iseħħu kollha fiż-żona ġeografika in kwistjoni;

Billi skond il-konswetudini l-mezz kif il-konsumatur jiġi mgħarraf huwa permezz ta’ ċertu tagħrif fuq it-tikketta; billi l-ittikkettjar ta’ xorb aromattizzat huwa suġġett għar-regoli ġenerali stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-tikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ prodotti tal-ikel li jkunu għall-bejgħ lill-konsumatur finali ( 4 ), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 89/395/KEE ( 5 ); billi, minħabba n-natura tax-xorb in kwistjoni u sabiex il-konsumatur ikun jista’ jkollu tagħrif aktar sħiħ, għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet addizzjonali għal dawn ir-regoli ġenerali;

Billi, fil-moħħ tal-konsumatur, ir-reputazzjoni ta’ ċertu xorb aromatizzat hija marbuta mill-qrib ma’ l-oriġini tradizzjonali; billi sabiex jiġi żgurat illi l-konsumatur jiġi mgħarraf kif jixraq u sabiex jiġu meqjusa dawn il-każijiet speċifiċi, huwa approprjat illi ssir obbligatorja li jkun indikat l-oriġini f’każijiet meta x-xarba ma tkunx ġejja mir-reġjun tradizzjonali tal-produzzjoni;

Billi, sabiex issir ikun jista’ jingħata tagħrif xieraq dwar il-kompożizzjoni tax-xarba, għandhom jiġu adottati ċerti regoli dwar l-ittikkettjar li għandhom x’jaqsmu max-xorta ta’ alkoħol użat;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 80/778/KEE tal-15 ta’ Lulju 1980 dwar il-kwalità ta’ ilma maħsub għall-konsum tal-bniedem ( 6 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 81/858/KEE ( 7 ), u d-Direttiva tal-Kunsill 80/777/KEE tal-15 ta’ Lulju 1980 l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-isfruttar u t-tqegħid fuq is-suq ta’ ilma minerali naturali ( 8 ), kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 85/7/KEE ( 9 ), tistabbilixxi l-karatteristiċi tal-ilma li jista’ jintuża fil-prodotti tal-ikel; billi għandha ssir referenza għalihom;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-essenza li tintuża fil-prodotti tal-ikel u fil-materja prima għall-produzzjoni tagħhom ( 10 ) tistabbilixxi definizzjonijiet għal diversi termini li jkollhom jintużaw b’rabta ma’ l-essenza; billi l-istess terminoloġija għandha tintuża f’dan ir-Regolament;

Billi għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi dwar id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni għal xorb aromattizzat importat, waqt li ma jintesewx l-impennji tal-Komunità fir-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi terzi;

Billi, sabiex tiġi mħarsa r-reputazzjoni ta’ xorb aromatizzat tal-Komunità fis-suq dinji, l-istess regoli għandhom jiġu estiżi għax-xorb esportati, minbarra fejn ikun hemm dispożizzjonijiet kuntrarji, waqt li jiġu meqjusa l-użanzi u l-prattiċi tradizzjonali;

Billi huwa preferibbli li tittieħed azzjoni permezz ta’ Regolament sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi u simultanja tal-miżuri in kwistjoni;

Billi, sabiex tiġi simplifikata u mħaffa l-proċedura, il-Kummissjoni għandha tintalab tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni ta’ natura teknika; billi, għal dan l-iskop, għandha tiġi stabbilita proċedura li permezz tagħha l-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jikkooperaw mill-qrib f’Kumitat ta’ Implimentazzjoni;

Billi huma meħtieġa miżuri transitorji sabiex tiġi mħaffa l-bidla għas-sistema ntrodotta b’dan ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromattizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid aromattizzat.

Artikolu 2

1.  Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a) inbid aromattizzat għandha tfisser:

xarba:

▼M3

 miksub minn prodott wieħed jew aktar ta’ l-inbid definiti fil-punti 5 u 12 sa 18 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 822/87 ( 11 ), inklużi l-inbejjed ta’ kwalità magħmula f’reġjuni speċifiċi definiti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Nru 823/87 ( 12 ) u bl-eċċezzjoni ta’ l-inbid tal-mejda retsina, possibilment b’most ta’ l-għeneb miżjud u/jew most ta’ l-għeneb fl-istadju tal-fermentazzjoni,

▼B

 li miegħu jkun ġie miżjud l-alkoħol kif imsemmi f’Artikolu 3(d), u

 li jkun ingħata togħma bl-għajnuna ta’:

 

▼M5

 sustanzi aromatizzanti u/jew preparazzjonijiet aromatizzanti kif definiti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-aromatizzanti u ċertu ingredjenti ta’ l-ikel bi propjetajiet aromatizzanti għall-użu fi u fuq l-ikel ( 13 ), u/jew

▼B

 ħwawar aromatiċi u/jew ħwawar oħra u/jew prodotti tal-ikel li jagħtu togħma,

 li ġeneralment il-ħlewwa tiegħu tkun ġiet miżjuda u, mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, x’aktarx ikun ingħata lewn permezz tal-karamella,

 li għandu qawwa alkoħolika attwali minima skond il-volum ta’ 14,5 % vol jew aktar u qawwa alkoħolika massima attwali b’volum ta’ anqas minn 22 % vol u qawwa alkoħolika totali minima b’volum ta’ 17,5 % vol jew aktar; madankollu, għal dawk il-prodotti li, skond il-paragrafu 5, iġibu d-deskrizzjoni “sec” jew “sec ħafna”, il-qawwa alkoħolika totali minima skond il-volum għandha tiġI stabbilita għal 16 % vol u 15 % vol rispettivament.

L-inbid u/jew most ta’ l-għeneb bil-fermentazzjoni mwaqqfa biż-żjieda ta’ l-alkoħol, użati fil-preparazzjoni ta’ inbid aromatizzat għandhom ikunu preżenti fil-prodott finali fi proporzjon ta’ mhux inqas minn 75 %. Minkejja l-Artikolu 5, il-qawwa alkoħolika minima u naturali skond il-volum tal-prodotti wżati għandha tkun dik stabbilità fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KEE) Nru 822/87.

Id-deskrizzjoni “inbid aromattizzat” tista’ tinbidel b’“aperitif b’ bażi ta’ nbid”. L-użu tat-terminu “aperitif” f’ din il-konnessjoni hija mingħajr preġudizzju għall-użu tat-terminu biex jiġu definiti prodotti li ma jaqgħux taħt dan ir-Regolament;

(b) xorb b’bażi ta’ inbid aromattizat għandu jfisser:

xarba :

▼M3

 miksub minn wieħed jew aktar mill-inbejjed definiti fil-punti 11 sa 13 u 15 sa 18 ta’ l-Anness 1 tar-Regolament (KEE) Nru 822/87, inklużi l-inbejjed ta’ kwalità magħmula f’reġjuni speċifikati u definiti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Nru 823/87 u bl-eċċezzjoni ta’ nbejjed magħmula biż-żjieda ta’ alkoħol u inbid tal-mejda tar-retsina, possibilment biż-żjieda ta’ most ta’ l-għeneb u/jew most ta’ l-għeneb iffermentat parzjalment,

▼B

 li jkun ingħata togħma permezz ta’:

 

▼M5

 sustanzi aromatizzanti u/jew preparazzjonijiet aromatizzanti kif definiti fl-Artikolu 3(2)(b) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, u/jew

▼B

 ħwawar aromatiċi u/jew ħwawar oħrajn u/jew prodotti tal-ikel li jagħtu togħma,

 li l-ħlewwa tiegħu tkun x’aktarx ġiet miżjuda,

 li miegħu ma jkun ġie miżjud ebda alkoħol, bla ħsara għall-eċċezzjonijiet imsemmijia fid-definizzjoni tal-prodott mogħti f’dan ir-Regolament jew li dwarhom tkun ittieħdet deċiżjoni skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 14,

 li għandu qawwa alkoħolika attwali skond il-volum ta’ 7 % vol jew aktar u anqas minn 14,5 % vol.

L-inbejjed użati fil-preparazzjoni ta’ xarba aromatizzata b’bażi ta’ nbid għandhom ikunu preżenti fil-prodott finali fi proporzjon ta’ mhux anqas minn 50 %. Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 5, il-qawwa alkoħolika minima naturali skond il-volum tal-prodotti wżati għandha tkun dik stabbilita f’Artikolu 18(1) tar-Regolament (KEE) Nru 822/87;

(ċ) cocktail aromatizzat magħmul minn prodott tal-inbid għandu jfisser xarba:

 miksuba minn inbid u/jew most tal-għeneb:

 li ngħatat togħma bl-għajnuna ta’:

 

▼M5

 sustanzi aromatizzanti u/jew preparazzjonijiet aromatizzanti kif definiti fl-Artikolu 3(2)(b) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, u/jew

▼B

 u/jew ħwawar aromatiċi u/jew ħwawar oħrajn u/jew prodotti tal-ikel li jagħtu t-togħma,

 li x’aktarx il-ħlewwa tagħhom tkun ġiet miżjuda u li x’aktarx ikunu ngħataw il-kulur,

 li miegħu ma jkun ġie miżjud ebda alkoħol,

 li għandu qawwa alkoħolika attwali skond il-volum ta’ inqas minn 7 % vol.

L-inbid u/jew most tal-għeneb użat fil-preparazzjoni ta’ cocktail aromatizzat magħmul minn prodotti tal-inbid għandu jkun preżenti fil-prodott finali fi proporzjon ta’ mhux anqas minn 50 %. Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 5, il-qawwa alkoħolika naturali minima skond il-volum tal-prodotti wżati għandha tkun dik stabbilita f’Artikolu 18(1) tar-Regolament (KEE) Nru 822/87.

Tista’ titieħed deċiżjoni dwar deskrizzjonijiet speċifiċi skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 13.

L-użu tat-terminu “cocktail” f’din il-konnessjoni huwa mingħajr preġudizzju għall-użu tiegħu sabiex jiġu definiti prodotti li ma jaqgħux taħt dan ir-Regolament.

2.  Definizzjoni tad-diversi kategoriji ta’ nbid aromattizzat li d-deskrizzjoni tiegħu tista’ tissostitwixxi “inbid aromattizzat”:

(a) Vermut:

inbid aromattizzat li magħmul mill-inbid kif imsemmi fil-paragrafu 1 (a), li t-togħma karatteristika tiegħu tkun miksuba mill-użu ta’ sustanzi derivati approprjati, b’mod partikolari tal-ispeċi Artemisia, li jridu jintużaw dejjem; il-ħlewwa ta’ din ix-xarba tista’ tiġi miżjuda biss permezz ta’ zokkor ikkaramelizzat, sukrożju, most tal-għeneb, most tal-għeneb ikkonċentrat u rettifikat u most tal-għeneb konċentrat.

(b) Inbid morr aromatizzat:

inbid aromattizzat b’togħma karrateristika morra. Id-deskrizzjoni “inbid aromattizzat morr” għandha tkun segwita bl-isem tas-sustanza prinċipali li tagħti t-togħma morra, mingħajr preġudizzju għal Artikolu 8(3).

L-espressjonijiet li ġejjin, jew espressjonijiet ekwivalenti f’lingwi uffiċjali oħra tal-Komunitajiet, jistgħu jintużaw biex jissuplimentaw jew ibiddlu din id-deskrizzjoni:

 Inbid “Quinquina”, fejn it-togħma prinċipali hija togħma naturali ta’ kinina,

 “Vino morr”, fejn it-togħma prinċipali hija togħma naturali ta’ ġenzjana u x-xarba ġiet kkulurita b’sustanza tal-kulur awtorizzata safra jew ħamra; l-użu tal-kelma “morr” f’din il-konnessjoni għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-użu tiegħu biex jiġu definiti prodotti li ma’ jaqgħux fl-ambitu tal-iskop ta’ dan ir-Regolament,

 “Americano”, meta t-togħma hija dovuta għall-presenza ta’ sustanzi li jagħtu togħma naturali ġejjin mill-assenzju u l-ġenzjana u x-xarba tkun ġiet kulurita b’sustanza tal-kulur awtorizzata safra jew ħamra.

(ċ) inbid aromattizzat b’bażi ta’ bajd:

Inbid aromattizzat li miegħu jkunu ġew miżjuda l-isfar tal-bajd ta’ kwalità tajba jew il-kuntratti minnu u li għandu kontenut ta’ zokkor mogħti bħala zokkor invers jew aktar minn 200 grams u kontenut ta’ abjad tal-bajd minimu ta’ 10 grammi kull litru ta’ prodott lest.

It-terminu “cremovo” jista’ jakkompanja it-terminu “inbid b’bażi ta’ bajd arromatizzat” meta l-inbid bħal dan jikkonsisti f’inbid Marsala fi proporzjon ta’ mhux anqas minn 80 %.

It-terminu “cremovo zabaione” jista’ jakkumpanja t-terminu “inbid b’bażi ta’ bajd aromattizzat” meta l-inbid bħal dan ikun jikkonsisti f’inbid Marsala fi proporzjon ta’ mhux anqas minn 80 % u jkollu kontenut tal-abjad tal-bajd ta’ mhux anqas minn 60 gramma kull litru.

▼A1

(d) Väkevä viiniglögi/Starkvinsglögg

L-Inbid aromatiżżat li kien ġie ippreparat minn inbid li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 (a), li t-togħma karatteristika tiegħu hija akkwistata bl-użu ta' msiemer tal-qronfol u/jew kannella li għandhom dejjem ikunu wżati flimkien ma' ħwawar oħra; dan ix-xorb jista' jiġi adolċit skond l-Artikolu 3 (a).

▼B

3.  Definizzjonijiet tad-diversi kategoriji ta’ xorb aromatizzat b’bażi ta’ nbid li d-deskrizzjoni tiegħu tista’:

 tissostitwixxi d-deskrizzjoni “xorb b’bażi ta’ nbid aromattizzat” fl-Istat Membru ta’ produzzjoni,

 tintuża biex jissuplimenta “xarba bbażata fuq inbid aromattizzat” fl-Istati Membri l-oħra:

 

▼M1

(a) Sangria:

xarba miksuba mill-inbid:

 aromatizzata biż-żjieda ta’ estratti jew essenzi tal-frott taċ-ċitru naturali,

 bil-meraq ta’ dan il-frott jew mingħajr,

 possibbilment:

 

 miżjuda bil-ħwawar,

 biz-zokkor,

 bil-CO2,

 u li jkollu qawwa ta’ alkoħol akkwistata skond il-volum ta’ inqas minn12 % vol.

Ix-xarba tista’ tikkonsisti f’partiċelli solidi ta’ polpa tal-frott taċ-ċitru jew qoxra u l-kulur tagħha irid jiġi esklussivament mill-materja prima wżata.

Id-deskrizzjoni “Sangria” trid tkun akkompanjata bil-kliem “magħmul…” segwiti bl-isem tal-Istat Membru ta’ produzzjoni jew ta’ reġjun aktar ristrett ħlief meta l-prodott jkun magħmul fl-Ispanja jew fil-Portugall.

Id-deskrizzjoni “Sangria” tista’ tissostitwixxi d-deskrizzjoni “xarba b’bażi ta’ nbid aromattizzat” meta x-xarba hija tkun magħmula fl-Ispanja jew fil-Portugal;

(b) Clarea:

xarba magħmula minn inbid abjad taħt l-istess kundizzjonijiet bħal f(a).

Id-deskrizzjoni “Clarea” għandha tkun akkumpanjata bil-kliem “magħmul…” segwiti bl-isem tal-Istat Membru ta’ produzzjoni jew ta’ reġjun aktar ristrett għajr meta l-prodott jkun magħmul l-Ispanja.

Id-deskrizzjoni “Clarea” tista tissostitwixxi d-deskrizzjoni “xarba b’bażi ta’ nbid aromatizzat” biss meta x-xarba tkun manifatturata l-Ispanja;

(ċ) Zurra:

xarba magħmula biż-żjieda ta’ brandi jew xorb alkoħoliku mill-inbid kif spjegat fir-Regolament (KEE) Nru 1576/89 ( 14 ) max-xorb spjegat f’(a) u (b), possibilment biż-żjieda ta’ biċċiet tal-frott. Il-qawwa alkoħolika attwali skond il-volum għandha jkun ta’ 9 % vol jew aktar u anqas minn 14 % vol;

(d) Soda morra:

xarba aromattizzata miksuba minn vino morr li l-kontenut tiegħu fil-prodott finali ma jridx ikun anqas minn 50 % skond il-volum, b’CO2 jew ilma bil-gass miżjud u possibilment l-istess sustanzi koloranti bħal vino morr. Il-qawwa alkoħolika attwali skond il-volum għandha tkun ta’ 8 % jew aktar u anqas minn 10,5 % vol. L-użu tal-kelma “morr” f’dan il-kuntest għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-użu tagħha fid-definizzjoni ta’ prodotti li ma’ jaqgħux fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament;

▼M1

(e) Kalte Ente:

xarba aromatizzata b’bażi ta’ inbid, miksuba bit-taħlita ta’ inbid semi-spumanti jew inbid semi-spumanti bil-CO2 miżjud ma’ inbid spumanti jew inbid spumanti miżjud bil-CO2, u biż-żieda ta’ sustanzi jew estratt ta’ lumi naturali ►M3  ————— ◄ . Il-prodott finali għandu jkun fih mhux anqas minn 25 % bil-volum ta’ inbid spumanti jew inbid spumanti bis-CO2 miżjud;

▼B

(f) Gluehwein:

►M3  xarba aromatizzata miksuba esklussivament minn inbid aħmar jew abjad, imħawwra l-aktar biċ-ċikwejra u/jew imsiemer tal-qronfol; mingħajr preġudizzju għall-kwantitajiet ta’ ilma li jirriżultaw mill-Artikolu 3(a), iż-żjieda ta’ l-ilma hija projbita. ◄ Meta tkun saret minn inbid abjad, mad-deskrizzjoni tal-bejgħ “Gluehwein” għandu jkun hemm il-kliem “inbid abjad”;

▼A1

(f)a Viiniglögi/Vinglögg

►M3  xarba aromatika miksuba esklussivament minn inbid aħmar jew abjad, imħawwra l-aktar biċ-ċikwejra u/jew bl-imsiemer tal-qronfol. ◄ Meta dan ikun ġie ippreparat minn inbid abjad, id-deskrizzjoni kummerċjali “Viiniglögi/Vinglögg” għandha tkun issuplimentata bil-kliem “inbid abjad”;

▼B

(g) Maiwein:

xarba aromattizzata magħmula minn inbid miżjud bi tal-ispeċi asperula odorata jew estratti minnhom sabiex tiġi żgurata togħma li fil-predominanza tagħha tkun tal-asperula odorata;

(h) Maitrank:

xarba aromattizzata magħmula minn inbid abjad xott li fih il-pjanti tal-asperula odorata ikunu ġew ikmaċerati jew li magħhom ikunu ġew miżjuda estratti tal-asperula odorata, b’żjieda ta’ larinġ u/jew frott ieħor, possibilment fil-forma ta’ meraq, konċentrat jew estratti, b’massimu ta’ 5 % zokkor li jagħti l-ħlewwa;

▼A2

(i) Pelin: xarba aromatizzata bbażata fuq l-inbid prodotta minn inbid abjad jew aħmar, konċentrat ta' most ta' l-għeneb, ġulepp ta' l-għeneb (jew zokkor tal-pitravi) u traċċa speċifika ta' ħxejjex, li għandha saħħa alkoħolika ta' mhux inqas minn 8.5 % bil volum, kontenut ta' zokkor espress f'zokkor mibdul ta' 45-50 gramma kull litru, u aċidità totali ta' mhux inqas minn 3 grammi kull litru espressa f'aċidu tartariku;

▼B

►A2  (j) ◄  Definizzjonijiet oħra:

definizzjonijiet oħra għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 13.

4.  Definizzjoni tal-kategoriji ta’ cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid li d-deskrizzjoni tagħhom tista:

 tissostitwixxi d-deskrizzjoni “cocktail aromatizzat magħmul mill-prodotti tal-inbid” fl-Istat tal- produzzjoni,

 tintuża biex tissuplimenta “cocktail aromatizzat magħmul mill-prodotti tal-inbid” fl-Istati Membri l-oħra;

 

(a)  “Cocktail aromatizzat b’bażi ta’ inbid”:

Xarba aromatizzata li fiha:

 il-proporzjon ta’ most tal-għeneb ikkonċentrat ma jistax jaqbeż l-10 % tal-volum totali tal-prodott finali,

 il-kontenut ta’ zokkor, mogħti bħala zokkor invers, huwa anqas minn 30 gramma kull litru;

(b)  Cocktail aromatizzat b’bażi ta’ għeneb bi ftit gass:

xarba:

 magħmula esklussivament minn most tal-għeneb,

 il-qawwa alkoħolika attwali b’volum li huwa anqas minn 4 % vol,

 li tikkonsisti f’karbonju diossidu miksub essklussivament mill-fermentazzjoni tal-prodotti wżati;

(ċ)  Definizzjonijiet oħra:

għandhom jiġu adottati definizzjonijiet oħra skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 13.

5.  Id-deskrizzjonijiet msemmija fil-paragrafi 1 (a) u (b), 2 u 3 jistgħu jinkludu wkoll id-dettalji li ġejjin, bil-kontenut ta’ zokkor indikat fis-subparagrafu rispettiv mogħti bħala zokkor invers:

(a) “sec ħafna”: fil-każ ta’ prodotti b’kontenut ta’ zokkor ta’ anqas minn 30 gramma kull litru;

(b) “sec”: fil-każ ta’ prodotti b’kontenut ta’ zokkor ta’ anqas minn 50 gramma kull litru;

(ċ) “ftit sec”: fil-każ ta’ prodotti b’kontenut ta’ zokkor ta’ bejn il-50 u 90 gramma kull litru;

(d) “ftit ħelu”: fil-każ ta’ prodotti b’kontenut ta’ zokkor ta’ bejn 90 u 130 gramma kull litru;

(e) “ħelu”: fil-każ ta’ prodotti b’kontenut ta’ zokkor ta’ aktar minn 130 gramma kull litru.

It-termini “ftit ħelu” u “ħelu” jistgħu jkunu sostitwiti b’indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor, mogħtija fi grammi ta’ zokkor invers għal kull litru.

6.  Meta d-deskrizzjoni ta’ bejgħ ta’ xorb b’bażi ta’ inbid aromattizzat tinkludi t-terminu “bil-gass”, il-kwantità ta’ nbid bil-gass użat ma tistax tkun anqas minn 95 %.

7.  Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċeduri stabbiliti f’Artikolu 14.

Artikolu 3

Definizzjonijiet sussidjarji

Għall- iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a) “tingħata l-ħlewwa” għandha tfisser:

l-użu ta’ wieħed jew aktar mill-prodotti li ġejjin fil-preparazzjoni ta’ nbejjed aromattizzati, xorb aromatizzat b’bażi ta’ inbid u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid:

zokkor ftit abjad, zokkor abjad, zokkor abjad irfinat, destrożju, fruttożju, ġulepp tal-glukożju, zokkor likwidu, zokkor likwidu invers, ġulepp taz-zokkor invers, most tal-għeneb rettifikat u konċentrat, most tal-għeneb konċentrat, most tal-għeneb frisk, zokkor maħruq, għasel, ġulepp talħarrub, jew sustanzi oħra naturali karboidrati li għandhom effett simili għall-prodotti hawn fuq imsemmija.

“Zokkor maħruq” ifisser il-prodott miksub esklussivament mit-tisħin ikkontrollat tas-sukrożju mingħajr ebda bażi, aċidi minerali jew adittivi kimiċi oħra;

(b) “tingħata togħma” tfisser:

l-użu ta’ wieħed jew aktar mis-sustanzi li jagħtu t-togħma definiti f’Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 88/388/KEE u/jew ħwawar aromatizzati u/jew ħwawar oħra u/jew prodotti tal-ikel li li jagħtu togħma fil-preparazzjoni ta’ nbejjed aromattizzati, xorb aromatizzat b’bażi ta’ nbid u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid.

Iż-żjieda ta’ sustanzi bħal dawn tagħti lill-prodott finali karratteristiċi organolettiċi minbarra dawk tal-inbid;

(ċ) “jingħata l-kulur” tfisser:

l-użu ta’ sustanza koloranti waħda jew aktar fil-preparazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati jew cocktails aromatizzati magħmula mill-inbid;

(d) “żjieda ta’ alkoħol” tfisser:

l-użu ta’ wieħed jew aktar mill-prodotti li ġejjin fil-preparazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati u, fejn ikun approprjat, xorb b’bażi ta’ nbid aromatizzat:

 alcoħol etile li joriġina mill-vitikultura,

 alkoħol tal-inbid jew alkoħol tal-għeneb imqadded,

 alkohol etile ta’ oriġini agrikola,

 distillate tal-inbid jew distillate tal-għeneb imqadded,

 distillate ta’ oriġini agrikola,

 alkoħol mill-inbid jew alkoħol mill-karfa tal-għeneb magħsur,

 alkoħol tal-għeneb imqadded,

li jikkonforma mal-karatteristiċi stabbiliti mid-dispożizzjonijiet Komunitarji, b’mod partikolari, il-karatteristiċi tal-alkoħol etile jridu jkunu konformi ma’ dawk stabbiliti f’Anness I;

(e) “qawwa alkoħolika attwali skond il- volum” tfisser:

in-numru ta’ volumi ta’ alkoħol pur f’20 °C li jkun jinsab f’100 volum tal-prodott bl-istess temperatura;

(f) “qawwa alkoħolika potenzjali skond il-volum” tfisser:

in-numru ta’ volumi ta’ alkoħol pur f’20 °C li jinħalqu mill-fermentazzjoni totali taz-zokkor li jinsab f’100 volum tal-prodott fl-istess temperatura;

(ġ) “qawwa alkoħolika totali skond il-volum” tfisser:

it-total tal-qawwa attwali u dik potenzjali skond il-volum;

(ħ) “qawwa alkoħolika naturali skond il-volum” tfisser:

il-qawwa alkoħolika totali skond il-volum tal-prodott qabel kull arrikkament.

Artikolu 4

1.  Għax-xarbiet imsemmija f’dan ir-Regolament il-lista ta’ ikel awtorriżat żjidiet, id-direzzjonijiet għal-użu tagħhom u l-prodotti kkonċernati ser ikunu determinati skond il-proċedura mniżżla f’Direttiva 89/107/KEE ( 15 ).

2.  Għall-preparazzjoni ta’ dan ix-xorb, iż-żjieda ta’ ilma, possibilment iddistillat jew demineralizzat, għandha tkun awtorizzatz sakemm il-kwalità tal-ilma tkun konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond id-Direttivi 90/777/KEE u 80/778/KEE u l-ilma miżjud ma jbiddilx in-natura tax-xarba.

3.  L-alkoħol etile wżat biex jiddilwa u jdewweb is-sustanzi koloranti, is-sustanzi li jagħtu togħma jew kull addittivi awtorizzati oħra wżati fil-preparazzjoni tal-imsemmija prodotti aromattizzati jridu jkunu ta’ oriġini agrikola u jridu jintużaw fid-doża li hija strettament neċessarja biex jiġu dilwiti jew imdewba s-sustanzi koloranti, is-sustanz li jagħtu togħma jew kull addittivi oħra awtorizzati.

4.  Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati, inklużi l-metodi li għandhom jintużaw għall-analiżi tal-prodotti li jaqgħu taħt dan ir-Regolament, skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 13.

▼M3

Artikolu 5

1.  Il-proċessi u l-prattiċi enoloġiċi stabbiliti skond ir-Regolament (KEE) Nru 822/87 għandhom japplikaw għall-inbejjed u l-most li huma nklużi fil-komposizzjoni tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1.

2.  Il-proċessi għall-prodotti li jkunu qegħdin jiġu mħejjija sabiex jinkisbu wieħed mill-prodotti finali msemmija f’dan ir-Regolament għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 14.

▼B

Artikolu 6

1.  L-użu tad-deskrizzjonijiet msemmija f’Artikolu 2 u f’dan l-Artikolu għandhom ikunu ristretti għax-xorb msemmi fihom, waqt li jitqiesu r-rekwiżiti stabbiliti f’Artikolu 2 u 4. Dawn id-deskrizzjonijiet għandhom jintużaw sabiex jiġi deskritt l-imsemmi xorb fil-Komunità.

Ix-xorb li ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti għax-xorb definit f’Artikolu 2 ma jistax iġib d-deskrizzjonijiet assenjati għal-dawn tal-aħħar fl-imsemmi Artikolu.

2.  

(a) Id-deskrizzjonijiet ġeografiċi elenkati f’Anness II jistgħu jissostitwixxu d-deskrizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 jew iżidu magħhom, b’mod li jiffurmaw deskrizzjonijiet imżewwqa.

(b) Dawn id-deskrizzjonijiet ġeografiċi għandhom ikunu riżervati għal xorb li matul l-istadju tal-produzzjoni ikunu akkwistaw il-karattru u l-kwalitajiet definittivi tagħhom fiż-żona ġeografika ndikata, sakemm il-konsumatur ma jiġix mqarraq fir-rigward tal-materja prima wżata.

3.  Id-deskrizzjonijiet ta’ bejgħ imsemmija fil-paragrafu 1 ma jistgħux jiġu miżjuda bl-attribuzzjonijiet ġeografiċi awtorizzati għall-prodotti tal-inbid.

4.  L-Istati Membri jistgħu japplikaw regoli nazzjonali speċifiċi dwar il-produzzjoni, il-moviment ġewwa Stat Membru, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tax-xorb imsemmi f’Anness II fabbrikat fit-territorji tagħhom, kemm-il darba dawn ir-regoli jkunu kumpattibbli mal-liġi Komunitarja.

Artikolu 7

1.  Id-deskrizzjoni tal-bejgħ ta’ xorb aromattizzat li jikkonsisti fi prodotti tal-inbid u sustanzi li jagħtu togħma b’qawwa alkoħolika minima skond il-volum ta’ 1,2 % vol li ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament m’għandu jinkludi ebda referenza għal prodotti tas-settur tal-inbid.

2.  Xorb aromatizzat li ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament ma jistax jiġi preżentat għall-bejgħ għall-konsum tal-bniedem b’tali mod li jiġu assoċjati kliem jew frażijiet “bħal xorta”, “tip”, “stil”, “għamla”, “togħma” jew kull indikazzjoni oħra simili ma xi waħda mid-deskrizzjonijiet imsemmija f’dan ir-Regolament.

3.  Sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill proposta approprjata dwar ix-xorb aromatizzat li jkun fih prodotti tas-settur tal-inbid, li jsir permezz taż-żjieda tal-alkoħol u li ma jaqax taħt dan ir-Regolament.

L-użu tal-kliem użat biex jiddeskrivi xorb magħruf bħala “wine cooler” għandu jkun awtorizzat għal xorb bħal dan sakemm il-Kunsill ikun ħa deċiżjoni dwar il-proposta hawn fuq imsemmija.

Artikolu 8

1.  Minbarra li jridu jikkonformaw mar-regoli nazzjonali adottati skond id-Direttiva 79/112/KEE, it-tikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tax-xorb imsemmi fArtikolu 2 għandu jikkonforma ma’ dan l-Artikolu.

2.  Id-deskrizzjoni tal-bejgħ tal-prodotti msemmija f’Artikolu 2 għandha tkun waħda mid-deskrizzjonijiet li għandhom jintużaw esklussivament għalprodotti bħal dawn taħt Artikolu 6.

3.  Id-deskrizzjonijiet imsemmija f’Artikolu 2 jistgħu jiġu miżjuda b’referenza għas-sustanza prinċipali li tagħti togħma wżata.

4.  Meta l-alkoħol użat fil-manifaturra tax-xorb li jaqa’ taħt dan ir-Regolament jkun joriġina minn materja prima waħda biss (per eżempju, alkoħol tal-inbid biss, alkoħol tal-molassi jew alkoħol tal-qamħa), ix-xorta ta’ alkoħol tista tiġi ndikata fuq it-tikketta.

Jekk l-alkoħol jkun joriġina minn iktar minn materja prima waħda, ebda indikazzjoni speċjali marbuta max-xorta ta’ alkoħol m’għandha tidher fuq it-tikketta.

L-alkoħol etile wżat fil-preparazzjoni ta’ xorb li jaqa’ taħt dan ir-Regolament sabiex jiġi dilwiti jew imdewwba s-sustanzi koloranti, is-sustanzi li jagħtu togħma jew kull addittivi awtorizzati oħra m’għandux jitqies bħala ingredjent.

▼M1

4a.  Sa mill-1 ta’ Jannar 1993, il-prodotti fil-fliexken msemmija f’dan ir-Regolament ma jistgħux jiġu maħzuna bil-għan li jinbiegħu jew jitpoġġew fuq is-suq f’reċipjenti b’mekkaniżmi ta’ għeluq mgħottija b’kapsuli jew fojl b’bazi ta’ ċomb. Madanakollu, il-bejgħ ta’ prodotti fil-fliexken li qabel dik id-data kellhom kapsuli bħal dawn jew fojl għandu jitħalla jsir sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

▼B

5.  Id-deskrizzjonijiet ġeografiċi msemmija f’Anness II ma jistgħux jinqalbu f’lingwa oħra.

6.  Id-dettalji smsemmija f’dan ir-Regolament għandhom jingħataw f’lingwa uffiċjali waħda jew iżjed tal-Komunità b’tali mod illi l-konsumatur aħħari jkun jista’ jifhem kull parti, ħlief jekk ix-xerrejja jingħataw dan it-tagħrif permezz ta’ mezzi oħra.

7.  Fil-każ ta’ xorb li joriġina minn pajjiżi terzi, l-użu ta’ lingwa uffiċjali tal-pajjiż terz fejn sar il-prodott għandu jkun awtorizzat jekk id-dettalji msemmija f’dan ir-Regolament jingħataw ukoll f’lingwa uffiċjali tal-Komunità b’tali mod illi l-konsumatur aħħari jkun jista’ jifhem malajr kull parti.

8.  Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 11, fil-każ ta’ xorb li joriġina mill-Komunità u li huwa maħsub għall-esportazzjoni, id-dettalji msemmija f’dan ir-Regolament jistgħu jiġu repetuti f’lingwa oħra; dan ma japplikax għad-deskrizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 5.

9.  Fil-każ tax-xorb imsemmi f’Artikolu 2, dan li ġej jista’ jiġi stabbilit skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 13:

(a) id-dispożizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-użu tat-termini li jirreferu għal ċerti karatteristiċi tal-prodott, bħall-istorju tiegħu jew il-metodu kif dan ikun sar;

(b) ir-regoli li jirregolaw l-ittikettjar ta’ prodotti f’kontenituri li m’humiex maħsuba għall-konsumatur aħħari.

Artikolu 9

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jagħmlu ċert li d-dispożizzjonijiet Komunitarji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-inbejjed aromatizzati, ix-xorb aromatizzat b’bażi ta’ nbid u l-cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid jiġu mħarsa. Huma għandhom jaħtru aġenzija waħda jew iżjed sabiex jissorveljaw il-konformità ma dawn id-dispożizzjonijiet.

Fil-każ tax-xorb elenkat f’Anness II, tista’ tittieħed deċisjoni skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 13 illi din is-sorveljanza u l-protezzjoni titwettaq, għall-iskopijiet ta’ moviment fil-Komunità, permezz ta’ dokumenti kummerċjali vverifikati permezz tal-amministrazzjoni u ż-żamma ta’ reġistri approprjati.

2.  Fir-rigward tax-xorb elenkat f’Anness II li jiġi esportat, tista’ tiġi stabbilita sistema ta’ dokumenti ta’ awtentikazzjoni sabiex jiġu eliminati prassi qarrieqa u falsifikazzjonijiet skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 13.

Jekk is-sistema msemmija fl-ewwel subparagrafu ma tiġix introdotta, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw is-sistemi ta’ awtentikazzjoni tagħhom, sakemm dawn ikunu konformi mar-regoli Komunitarji.

3.  Il-Kunsill, waqt li jaġġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta il-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet Komunitarji fis-settur tal-inbejjed aromatizzati, ix-xorb aromatizzat b’bażi ta’ nbid u l-cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kontrolli u relazzjonijiet bejn il-korpi kompetenti tal-Istati Membri.

4.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati dwar il-komunikazzjoni u t-tixrid ta’ din l-informazzjoni skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 13.

Artikolu 10

Sabiex ikun jista’ jiġi preżentat għall-bejgħ għall-konsum tal-bniedem, ix-xorb importat li huwa definit minn dan ir-Regolament u li jġib attribuzzjoni ġeografika jista’, bla ħsara għall-arranġamenti reċiproċi, jikkwalifika għas-sorveljanza u l-protezzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 9(1).

L-ewwel subparagrafu għandu jiġi implimentat permezz ta’ diversi ftehim negozjati u konklużi mal-pajjiżi terzi nvoluti skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 113 tat-Trattat.

Ir-regoli ta’ implimentazzjoni u l-lista ta’ prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 14.

▼M2

Artikolu 10a

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-persuni nteressati jkunu jistgħu jwaqqfu, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'Artikoli 23 u 24 tal-Ftehim dwar Aspetti li għandhom x'jaqsmu mal-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, l-użu ġewwa l-Komunità ta' deskrizzjoni ġeografika li tidentifika prodotti li jaqgħu taħt dan ir-Regolament għal prodotti li ma joriġinawx fil-post li għalih issir referenza fl-isem ġeografiku in kwestjoni, inklużi każijiet meta l-oriġini attwali tkun indikata jew metad-deskrizzjoni ġeografika tingħata fi traduzzjoni jew tkun akkumpanjata b'espressjonijiet bħal “xorta”, “tip”, “stil”, “imitazzjoni” jew oħrajn.

Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, “deskrizzjoni ġeografika” għandha tfisser kull indikazzjoni li tidentifika prodott bħala li joriġina fit-territorju ta' pajjiż terz li huwa membru ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, jew f'reġjun jew lokalità ta' dak it-territorju, meta xi karatteristika speċjali tal-kwalità, tar-reputazzjoni jew xi karatteristika speċifika oħra ta' dan il-prodott jistgħu essenzjalment jiġu attribwiti għal dan l-oriġini ġeografiku.

2.  Il-paragrafu 1 għandu japplika minkejja Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet l-oħra tal-leġislazzjoni Komunitarja li jistabbilixxu regoli dwar id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt dan ir-Regolament.

3.  Fejn ikun meħtieġ, għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu, b'mod konformi mal-proċedura stabbilità f'Artikolu 14.

▼B

Artikolu 11

Minbarra fil-każ ta’ eċċezzjonijiet li għandhom jiġu deċiżi skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 13, l-inbejjed aromatizzati, ix-xorb aromatizzat b’bażi ta’ nbid aromattizzat u l-cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid maħsuba għall-esportazzjoni għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

▼M4

Artikolu 12

1.  Kumitat ta' l-Implementazzjoni tax- Xorb referut f'dan ir-Regolament għandu jkun stabbilit, minn hawn il-quddiem referut bħala “il-Kumitat”.

2.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

Artikolu 13

Meta ssir referenza għal dan l-Artikolu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 16 ) għandhom ikunu applikabbli, wara li jkunu meqjusa d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 4 (3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu ta' xahar wieħed.

Artikolu 14

Meta ssir referenza għal dan l-Artikolu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 17 ) għandhom ikunu applikabbli, wara li jkunu meqjusa d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

▼B

Artikolu 15

Il-Kumitat jista’ jikkonsidra kull mistoqsija oħra mibgħuta lilu mill-president tiegħu, jew fuq l-inizzjattiva tiegħu stess jew fuq talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

Artikolu 16

1.  Sabiex tiġi mħaffa l-bidla mill-arranġamenti preżenti għal dawk introdotti minn dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati miżuri transitorji skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 13.

2.  Dawn il-miżuri transitorji għandhom ikunu applikabbli għal mhux aktar minn sentejn mid-data ta’ implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil — Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mis-17 ta’ Diċembru 1991, ħlief għal Artikoli 12 sa 15, li għandhom japplikaw mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Madanakollu, ix-xorb li jkun laħaq sar u ġie ttikkettjat qabel dik id-data jista’ jinbiegħ sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




L-ANNESS I

Karatteristiċi ta’ alkoħol etile kif imsemmija f’Artikolu 3(d)



1.  Karrateristiċi organolettiċi:

Ebda togħma ma nstabet minbarra dik tal-materja prima

2.  Qawwa alkoħolika minima skond il-volum:

96,0 % vol

3.  Livell massimu ta’ fdalijiet

 

—  Aċidità totali mogħtija fi g ta’ aċtu aċetiku għal kull hl ta’ alkoħol ta’100 % vol:

1,5

—  Esteri mogħtija fi g ta’ etile aċetat għal kull hl ta’ alkoħol ta’ 100 % vol:

1,3

—  Aledhydes mogħtija fi g ta’ acetaldehyde għal kull hl ta’ alkoħol 100 % vol:

0,5

—  Alkoħol ogħla mogħtija fi g ta’ metil-2 propanol-1 għal kull hl ta’ alkoħol ta’ 100 % vol:

0,5

—  Methanol mogħti fi g għal kull hl ta’ alkoħol ta’ 100 %- vol:

50

—  Estratt niexef mogħti fi g għal kull hl ta’ alkoħol ta’ 100 % vol:

1,5

—  Bażi volatili li jkun fihom in-nitroġenu mogħtija fi g ta’ nitroġenu għal kull hl ta’ alkoħol ta’ 100 % vol:

0,1

—  Furfural:

Ma jistax jinstab




L-ANNESS II

Xorb aromattizzat ibbażati fuq

prodotti ta’ l-inbid deskrizzjonijiet ġeografiċi

msemmija f’Artikolu 6(2)

Nuernberger Gluehwein

▼M3

Thüringer Glühwein

▼B

Vermouth de Chambéry

Vermouth di Torino



( 1 ) ĠU Ċ 269, tal-25.10.1986, p. 15.

( 2 ) ĠU Ċ 127, tal-14.5.1984, p. 185 u ĠU Ċ 129, tal-20.5.1991.

( 3 ) ĠU Ċ 124, tad-9.5.1983, p. 16.

( 4 ) ĠU L 33, tat-8.2.1979, p.1.

( 5 ) ĠU L 186, tat-30.6.1989, p. 17.

( 6 ) ĠU L 229, tat-30.8.1980, p. 11

( 7 ) ĠU L 319, tas-7.11.1981, p. 19.

( 8 ) ĠU L 229, tat-30.8.1980, p. 1

( 9 ) ĠU L 2, tat-3.1.1985, p. 22

( 10 ) ĠU L 184, tal-15.7.1988, p. 61.

( 11 ) ĠU L 84, tas-27.3.1987, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1544/95 (ĠU L 148, tat-30.6.1995, p. 31).

( 12 ) ĠU L 84, tas-27.3.1987, p. 59. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3011/95 (ĠU L 314, tat-28.12.1995, p. 14).

( 13 ) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34

( 14 ) ĠU L 160, tat-12.6.1989, p. 1

( 15 ) ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27.

( 16 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta' l-implementazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23)

( 17 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta' l-implementazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).