1991L0630 — MT — 05.06.2003 — 003.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL tad-19 ta’ Novembru 1991 li tniżżel il-livelli minimi għall-protezzjoni tal-ħnieżer (ĠU L 340, 11.12.1991, p.33) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2001/88/KE tat-23 ta’ Ottubru ta’ l-2001 |
L 316 |
1 |
1.12.2001 |
|
|
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2001/93/KE tad-9 ta’ Novembru ta’ l-2001 |
L 316 |
36 |
1.12.2001 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 806/2003 ta' l-14 ta' April 2003 |
L 122 |
1 |
16.5.2003 |
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL
tad-19 ta’ Novembru 1991
li tniżżel il-livelli minimi għall-protezzjoni tal-ħnieżer
(91/630/KEE)
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 li joħroġ minnu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),
Billi l-Istati Membri kollha rratifikaw il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta’ l-annimali miżmuma għall-iskopijiet tal-biedja; billi l-Komunità wkoll approvat din il-Konvenzjoni bid-Deċiżjoni 78/923/KEE ( 4 ) u ddepożitat l-istrument ta’ l-approvazzjoni tagħha;
Billi l-Parlament Ewropew, bir-riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-20 ta’ Frar 1987 fuq il-politika tas-saħħa ta’ l-annimali ( 5 ), sejjaħ lill-Kummissjoni biex tagħmel proposti fuq il-livelli minimi għall-biedja intensiva tal-ħnieżer;
Billi l-ħnieżer, li huma annimali ħajjin, huma inklużi fil-lista tal-prodotti preżentati fl-Anness II tat-Trattat;
Billi ż-żamma tal-ħnieżer hija parti integrali ta’ l-agrikoltura; billi tikkostitwixxi sors ta’ introjtu għal parti mill-popolazzjoni agrikola;
Billi d-differenzi li jistgħu jħarbtu l-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni jfixklu l-operat tajjeb ta’ l-organiazzjoni tas-suq komuni tal-ħnieżer u l-prodotti tal-ħnieżer;
Billi għalhekk hemm il-bżonn li jkunu stabiliti livelli komuni minimi għall-protezzjoni tal-ħnieżer miżmuma għat-trobbija u għas-simna sabiex ikun żgurat l-iżvilupp razzjonali tal-produzzjoni;
Billi hemm bżonn li s-servizzi uffiċjali, il-produtturi, il-konsumaturi u oħrajn jinżammu aġġornati bl-iżviluppi f’dan il-qasam; billi l-Kummissjoni għandha għalhekk, fuq il-bażi ta’ rapport mill-Kumitat Veterinarju Xjentifiku, timxi lejn riċerka xjentifika attiva fis-sistema(i) ta’ l-aħjar trobbija tal-ħnieżer min-naħa ta’ l-aħjar għall-ħnieżer; billi dispożizzjonijiet għandhom għalhekk isiru f’perjodu proviżorju biex il-Kummissjoni tlesti dan l-inkarigu b’suċċess,
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
L-Artikolu 1
Din id-Direttiva tippreżenta l-livelli minimi għall-protezzjoni tal-ħnieżer li jinżammu għat-trobbija u li jissemmnu.
L-Artikolu 2
Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, d-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:
1. “ħanżir”: annimal ta’ l-ispeċi tal-ħanżir, ta’ kull età, miżmum għat-trobbija jew għas-simna;
2. “ħanżir selvaġġ”: ħanżir wara l-pubertà, maħsub għat-trobbija;
3. “gilt”: ħanżira wara l-pubertà u qabel twelled il-qżieqeż;
4. “ħanżira”: ħanżira wara li twelled l-ewwel qżieqeż;
5. “ħanżira li twelled il-qżieqeż”: ħanżira femminili bejn il-perjodu tat-twelid u li ma tibqax tredda’ l-qżieqeż;
6. “ħanżira tqila xotta”: ħanżira bejn li ma tibqax tredda’ l-qżieqeż tagħha u l-perjodu tat-tqala;
7. “qażquż”: ħanżir mit-twelid sa meta jieqaf jerda’;
8. “weaner”: ħanżir minn meta jieqaf jerda’ sa l-età ta’ għaxar ġimgħat;
9. “ħanżir tat-trobbija”: ħanżir minn għaxar ġimgħat sal-qatla jew is-servizz;
10. “l-awtorità kompetenti”: awtorità kompetenti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(6), tad-Direttiva 90/425/KEE ( 6 ).
L-Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jassiguraw is-segwenti:
1. l. l-oqsma kollha għandhom ikunu konformi mal-ħtiġiet segwenti:
(a) il-wisa’ ta’ l-art mhux imfixkel li huwa disponibbli għal kull majjal li qiegħed jinfatam jew jikber miżmum f’kull grupp, apparti minn majjali mġammra wara s-servizz u majjali nisa, għandhom ikunu għall-anqas:
|
Piż ħaj, kg |
m2 |
|
Sa 10 |
0,15 |
|
’l fuq minn 10 sa 20 |
0,20 |
|
’l fuq minn 20 sa 30 |
0,30 |
|
’l fuq minn 30 sa 50 |
0,40 |
|
’l fuq minn 50 sa 85 |
0,55 |
|
’l fuq minn 85 sa 110 |
0,65 |
|
Aktar minn 110 |
1,00 |
(b) il-wisa’ totali ta’ l-art mhux imfixkel disponibbli għal kull majjala mgħammra wara s-servizz u għal kull majjali meta dawk mgħammra u/jew majjali nisa ma humiex miżmuma fi gruppi għandhom ikunu għall-anqas 1,64 m2 u 2,25 m2 rispettivament. Meta dawn l-annimali huma miżmuma fi gruppi ta’ anqas minn 6 individwi, il-wisa’ ta’ art mhux ostakolata għandha tkun miżjuda b’10 %. Meta dawn l-annimali huma miżmuma fi gruppi ta’ 40 jew aktar individwi, il-wisa’ ta’ art mhux ostakolata tista’ tkun imnaqqsa b’10 %;
2. Uċuh ta’ l-art għandhom ikunu konformi mas-segwenti:
(a) għall-majjali mgħammra wara s-servizz u l-majjali tqal: parti mill-wisa’ meħtieġa f’1(b), egwali għal mill-anqas 0,95 m2 għal kull majjala mġammra u għal mill-anqas 1,3 m2 għal kull majjala, għandhom ikunu ta’ art solida kontinwa liema minnhha massimu ta’ 15 % tkun irriservata għall-ftuħ tad-dranaġġ;
(b) meta jkunu użati artijiet magħmula minn strixxi tal-konkrit għall-majjali li jkunu miżmuma fi gruppi:
(i) Il-wisa’ massima ta' l-ispazju għandha tkun:
— 11 mm għal majjalini,
— 14 mm għal dawk li qiegħdin jinfatmu,
— 18 mm għall-ħnieżer li qegħdin jitkabbru,
— 20 mm għall-majjali mgħammra wara s-servizz u għall-majjali nisa;
(ii) il-wisa’ minima ta' l-istrixxi għandha tkun:
— 50 mm għall-majjalini u dawk li qegħdin jinfatmu, u
— 80 mm għall-majjali tat-trobbija, majjali mgħammra wara servizz u majjali nisa;
3. il-kostruzzjoni ta’ jew il-konverżjoni ta' l-istallazzjonijiet li fihom jinżammu marbuta l-majjali nisa u l-majjali mgħammra hija pprojbita. Mill-1 ta’ Jannar 2006 l-użu ta’ rbit għall-majjali nisa u majjali mgħammra għandu jkun ipprojbit;
(a) majjali nisa u majjali mgħammra għandhom jiġi miżmuma fi gruppi waqt il-perjodu li jibda minn 4 ġimgħat wara s-servizz sa ġimgħa qabel iż-żmien mistenni ta’ meta jkollhom iż-żgħar. Il-mandra fejn il-grupp ikun miżmum għandha jkollha l-ġnub akbar minn 2,8 m fit-tul. Meta anqas minn 6 individwi jkunu miżmuma fi grupp, il-mandra fejn il-grupp ikun miżmum għandha jkollha l-ġnub akbar minn 2,4 m fit-tul;
(b) permezz ta’ derogi mid-disposizzjonijiet ta’ (a), majjali nisa u majjali mgħammra imkabbra f'qasam ta’ anqas minn 10 majjali jistgħu jkunu miżmuma individwalment matul il-perjodu msemmi f’(a), basta li jkunu jistgħu jduru mingħajr tbgħatija fil-kaxxi tagħhom;
5. mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness, majjali nisa u majjali mgħammra għandhom ikollhom aċċeess permanenti għal materjal manipulabbli li mill-inqas ikun konformi mal-ħtiġiet relevanti ta’ dak l-Anness;
6. il-majjali nisa u l-majjali mgħammra miżmuma fi gruppi għandhom ikunu mogħtija jieklu permezz ta’ sistema li tassigura li kull individwu jista’ jakkwista ikel biżżejjed anki meta l-kompetituri għall-ikel ikunu preżenti;
7. biex jissodisfaw il-ġuħ tagħhom u meqjusa l-ħrieġa li jomogħdu, il-majjali xotti nisa tqal u l-majjali mgħammra kollha għandhom ikunu mogħtija kwantità biżżejjed ta’ ikel ta' ċerta massa u b’fibra għolja kif ukoll ikel b’enerġija qawwija;
8. il-majjali li għandhom jinżammu fi gruppi, li huma partikolarment aggressuri, li ġew attakkati minn majjali oħra jew dawk li huma morda jew imweġġa’, jistgħu jkunu miżmuma temporanjament f’mandri individwali. F’dan il-każ il-mandra individwali użata għandha tippremetti lill-annimal sabiex idur mingħajr tbgħatija sa kemm dan ma jmurx kontra l-parir veterinarju speċifiku;
9. mill-1 ta’ Jannar 2003 id-disposizzjonijiet stabbiliti fil-punti 1(b), 2, 4, 5 u l-aħħar sentenza tal-punt 8 għandhom japplikaw għall-oqsma kollha li ġew mibnija ġodda jew mill-ġdid jew miġjuba għall-użu għall-ewwel darba wara dik id-data. Mill-1 ta’ Jannar 2001 dawn id-disposizzjonijiet għandhom japplikaw għall-oqsma kollha.
Id-disposizzjonijiet stabbiliti fil-punt 4(a) m'għandhomx japplikaw għall-oqsma b'anqas minn għaxart iħnieżer.
L-Artikolu 4
1. L-Istati Membri jiżguraw li l-kondizzjonijiet għat-trobbija tal-ħnieżer jimxu mad-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Anness.
Iżda, sat-30 ta’ Ġunju 1995, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistgħu jawtoriżżaw derogi mill-paragrafi 3, 5, 8 u 11 tal-Kapitolu I ta’ l-Anness.
2. Barra minn hekk, qabel din id-Direttiva tidħol fis-seħħ, il-Kummissjoni, bil-kooperazzjoni ta’ l-Istati Membri, għandha toħroġ rakkomandazzjoni li tiddefinixxi xi livelli minimi għall-protezzjoni tal-ħnieżer li tissupplimenta dawk fl-Anness.
L-Artikolu 5
Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness jistgħu jkunu emendati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 10, sabiex tikkunsidra l-progress xjentifiku.
L-Artikolu 5a
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:
1. kull persuna li timpjega jew tingaġġa persuni sabiex jattendu għall-majjali, jassiguraw li l-persuna li qiegħda tattendi għall-annimali tkun irċeviet l-istruzzjonijiet u l-gwida dwar id-disposizzjonijiet relevanti ta’ l-Artikolu 3 u ta' l-Anness;
2. l-korsijiet ta’ tagħlim adekwat ikunu disponibbli. B’mod partikolari tali korsijiet ta' tagħlim għandhom jiffukaw dwar l-aspetti tal-benessere.
L-Artikolu 6
1. Preferibilment qabel l-1 ta’ Jannar 2005 u f’kwalunkwe eventwalità sa l-1 ta’ Lulju 2005, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kunsill rapport, mħejji fuq il-bażi ta’ l-opinjoni mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa u l-benessere ta’ l-Annimal. Ir-rapport għandu jkun imħejji billi tittieħed konsiderazzjoni tal-konsegwenzi soċjo-ekonomiċi, il-konsegwenzi sanitarji, l-effetti fuq l-ambjent u kondizzjonijiet differenti ta’ klima. Għandha tittieħed ukoll konsiderazzjoni ta’ l-iżvilupp ta’ tekniki u sistemi tal-produzzjoni tal-majjali u ta' l-ipproċessar tal-laħam li jista’ jnaqqas il-ħtieġa ta’ kastrazzjoni kirurġika. Jekk hemm bżonn, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti leġislattivi adekwati dwar l-effetti ta’ konċessjoni ta’ spazju differenti u tipi ta’ art applikabbli għall-benessere tal-majjali li jkunu jinfatmu u dawk li qegħdin jitkabbru. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq dawn il-proposti permezz ta’ maġġoranza kwalifikata.
2. Mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2008 il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kunsill rapport, imħejji fuq il-bażi ta’ l-opinjoni mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Saħħa u l-benessere ta’ l-Annimal.
Ir-rapport għandu jkopri b’mod partikolari:
(a) l-effetti tad-densità ta’ l-annimali, inkluż il-qies tal-grupp u l-metodi tal-gruppi ta’ l-annimali, is-sistemi differenti tat-trobbija dwar il-benessere, inkluża is-saħħa tal-majjali;
(b) l-impatt tad-disinn tat-tqasim tal-mandra u t-tipi differenti ta’ l-artijiet dwar il-benessere, inkluża saħħa, tal-majjali, li jieħdu konsiderazzjoni tal-kondizzjonijiet differenti tal-klima;
(ċ) il-fatturi ta’ riskju assoċjati mal-gdim tad-denb u r-rakkommandazzjoni sabiex jitnaqqas il-bżonn ta’ qtugħ tad-denb;
(d) aktar żviluppi tas-sistemi tal-gruppi f’postijiet għall-majjali tqal, li jieħdu konsiderazzjoni kemm ta' l-aspetti patoloġiċi, żootekniċi, fiżjoloġiċi u etoloġiċi tas-sistemi differenti u ta’ l-impatt tas-saħħa tagħhom u ta’ l-ambjent u l-kondizzjonijiet differenti tal-klima;
(e) id-determinazzjoni tal-ħtiġiet ta’spazju, inkluża l-wisa’ tas-servizz għall-majjali adulti li qegħdin jinfatmu u li huma miżmuma individwalment;
(f) aktar żviluppi tas-sistemi ta’ mandri liberi għal majjali nisa fiż-żona tas-servizz u għall-majjali li qegħdin iwelldu, li jilħqu mal-ħtiġiet tal-majjala mingħajr kompromess għas-sopra vivenza tal-majjalini;
(g) l-atitudni tal-konsumaturi u l-imġieba lejn il-laħam tal-majjali fl-eventwalità ta’ livelli differenti tat-titjib fil-benessere ta’ l-annimali;
(h) l-implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi tas-sistemi differenti tal-majjali li qegħdin jitkabbru u l-effetti tagħhom fuq is-sieħba ekonomiċi tal-Komunità.
Ir-rapport jista’, jekk meħtieġ, ikun akkumpanjat minn proposti leġislattivi adekwati.
L-Artikolu 7
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet isiru taħt ir-responsabbiltà ta’ l-awtorità kompetenti sabiex jivverifikaw li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u l-Anness tagħha huma mħarsa.
Dawn l-ispezzjonijiet, li jistgħu jsiru fl-okkażjoni ta’ l-ispezzjonijiet li saru għal skopijiet oħra, kull sena jkopru kampjun statistikament rappreżentattiv tas-sistemi differenti tat-trobbija użati f’kull Stat Membru.
2. Il-Kummissjoni, skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 10, għandha tħejji kodiċi tar-regoli li għandhom ikunu applikati meta jsiru l-ispezzjonijiet li hemm provduti fil-paragrafu 1.
3. Kull sentejn, sa l-aħħar ġurnata xogħol ta’April u għall-ewwel darba sat-30 t’April 1996, l-Istati Membri javżaw lill-Kummissjoni bir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet li saru matul is-sentejn ta’ qabel skond dan l-Artikolu, inklużi n-numri ta’ l-ispezzjonijiet li saru fil-proporzjon tan-numru ta’ rżieżet fit-territorju tagħhom.
L-Artikolu 8
L-annimali importati minn pajjiżi mhux membri jridu, rigward il-ħtiġiet ta’ l-istat ta’ saħħa tagħhom, matul it-trobbija, jirċievu trattament mill-inqas ekwivalenti għal dak garantit b’din id-Direttiva lill-annimali li ġejjin mill-Komunità. Din il-ħtieġa trid titniżżel fuq iċ-ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż mhux membru konċernat.
L-Artikolu 9
Esperti veterinari mill-Kummissjoni jistgħu, fejn meħtieġ għall-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, iwettqu spezzjonijiet fuq il-post bil-kooperazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti. Il-persuni li qed iwettqu dawn l-ispezzjonijiet jimplimentaw il-miżuri personali speċjali ta’ l-iġjene meħtieġa biex jeskludu kull riskju li jinfirex il-mard.
L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu qed issir spezzjoni għandu jagħti l-assistenza kollha li hemm bżonn lill-esperti biex iwettqu dmirijiethom. Il-Kummissjoni għandha tavża lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membru konċerant bir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet.
L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru konċernat għandha tieħu l-miżuri kollha li jistgħu jkunu meħtieġa biex jikkunsidraw ir-riżultati ta’ l-ispezzjoni.
Rigward ir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi li mhumiex membri, għandhom jgħoddu d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva 91/496/KEE ( 7 ).
Ir-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 10.
L-Artikolu 10
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilit skond l-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 ( 8 ).
2. Meta jsir riferiment għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 9 ).
Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.
3. Il-Kumitat għandu jadotta re-Regoli tiegħu ta' Proċedura.
L-Artikolu 11
1. L-Istati Membri għandhom jġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi, inklużi xi sanzjonijiet, meħtieġa biex jimxu ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1994. Għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni dwar dan.
Fejn l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, ta’ l-aħħar għandhom jinkludu riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-riferenza fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Id-dettalji ta’ din ir-riferenza għandhom ikunu adottati mill-Istati Membri.
2. Iżda, mid-data preskritta fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, b’konformità mar-regoli ġenerali tat-Trattat, iżommu jew japplikaw ġewwa t-territorji tagħhom dispożizzjonijiet aktar stretti għall-protezzjoni tal-ħnieżer minn dawk imniżżla f’din id-Direttiva. Huma għandhom javżaw lill-Kummissjoni b’kull miżura bħal din.
L-Artikolu 12
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
KAPITOLU I
KONDIZZJONIJIET ĠENERALI
Mad-disposizzjonijiet relevanti ta’ l-Anness tad-Direttiva 98/58/KE, il-ħtiġiet segwenti għandhom japplikaw:
1. Fil-parti tal-bini fejn il-majjali huma miżmuma l-livelli ta’ ħsejjes kontinwi għolja sa 85 dBA għandhom ikunu evitati. Ħoss kontinwu jew għall-għarrieda għandu jkun evitat.
2. Il-majjali għandhom ikunu miżmuma f’dawl b’intensità ta’ mill-anqas 40 lux għall-perjodu minimu ta’ tminn sigħat kuljum.
3. L-akkomodazzjoni tal-majjali għandha tkunu mibnija b’tali mod hekk li tippermetti l-annimali sabiex:
— ikollhom aċċess fiżiku u termali għall-spazju komdu ta' fejn jimteddu kif ukoll li jiskula sewwa u imnaddaf li jippermetti li l-annimali kollha sabiex jimteddu fl-istess ħin,
— jistrieħu u jqumu b’mod normali,
— li jaraw majjali oħra; b'dana kollu, fil-ġimgħa qabel iż-żmien mistenni għat-tifrigħ u waqt it-tifrigħ, il-majjali nisa jkunu jistgħu jinżammu ’l bogħod mid-deher ta' majjali simili oħrajn.
4. B'danakollu l-Artikolu 3(5), il-majjali għandhom ikollhom aċċess permanenti għall-kwantità adekwata ta’ materjal sabiex jassiguraw l-investigazzjoni adekwata u l-attivatijiet tal-manipulazzjoni, bħal ma hu t-tiben, il-ħuxlief, l-injam, is-serratura, id-demel tal-faqqiegħ, demel mill-ħxejjex jew taħlita tagħhom, li ma jikkompromettux is-saħħa ta’ l-annimali.
5. L-artijiet għandhom ikunu lixxi iżda ma jiżolqux sabiex jipprevenu d-disgrazzji u hekk iddisinjati, mibnija u miżmuma sabiex ma jseħħux disgrazzji jew tbatija għall-majjali. Għandhom ikunu addattati għall-qies u piż tal-majjali u, jekk l-ebda mifrex ma jkun ipprovdut, f’forma ta’ wiċċ riġidu, lixx u stabbli.
6. Il-majjali kollha għandhom ikunu mitmugħa għall-anqas darba kuljum. Meta l-majjali jkunu mitmugħa fi gruppi u mhux ad libitum jew permezz ta’ sistema awtomatika ta’ tmigħ individwali ta’ l-annimali, kull majjal għandu jkollu aċċess fl-istess ħin bħall-oħrajn fil-grupp.
7. Il-majjali kollha ta’ aktar minn ħmistax il-jum għandhom ikollhom aċċess permanenti għall-kwantità adekwata ta’ ilma frisk.
8. Il-proċeduri kollha intiżi bħala intervent mwettqa għal skopijiet oħra ħlief terapewtiċi jew dijagnostiċi jew għall-identifikazzjoni tal-majjal bi qbil mal-leġislazzjoni relevanti u li jirriżultaw fil-ħsara jew fit-telfa ta’ parti sensittiva tal-ġisem jew il-bidla ta’ l-istruttura ta’ l-għadam għandu jkun ipprojbit bl-eċċezzjonijiet segwenti:
— tnaqqis uniformi tas-snien tar-rokkna tal-majjali permezz t'illimar jew qtugħ minn mhux aktar tard mis-seba’ jum tal-ħajja tal-majjali li jħallu wiċċ lixx intatt; in-nejbiet tal-majjal jistgħu jitnaqqsu fit-tul meta meħtieġ sabiex inaqqsu l-feriti lill-annimali l-oħra jew għal raġunijiet ta’ sigurtà,
— il-qtugħ ta’ parti mid-denb,
— il-kastrazzjoni tal-majjali maskili permezz ta’ mezzi oħra apparti milli bil-qtugħ tan-nisġa taċ-ċelluli,
— titqib ta’ l-imnieħer biss meta l-annimali huma mrobbija fis-sistema ta’ biedja fil-beraħ u bi qbil mal-leġislazzjoni nazzjonali.
La l-qtugħ tad-denb u lanqas it-tnaqqis ta’ snien fl-irkejjen m'għandom jitwettqu regolarment iżda biss meta jkun hemm evidenza li feriti lis-sider tal-majjali jew lill-widnejn jew lid-denb tal-majjali l-oħra ma jkunux seħħew. Qabel ma jittieħdu dawn il-proċeduri, miżuri oħra għandhom jittieħdu sabiex jipprevenu l-gdim tad-denb u vizzji l-oħrajn li għandhom jieħdu konsiderazzjoni tad-densità ta’ l-ambjent u tar-razzet. Għal din ir-raġuni il-kondizzjonijiet ta’ l-ambjent mhux adekwati jew sistemi ta’ ġestjoni għandhom jinbidlu.
Kwalunkwe minn dawn il-proċeduri deskritti hawn fuq għandhom jitħarġu biss minn veterinarju jew persuna mgħallma kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 5 tad-Direttiva li jkun espert fit-twettiq tat-tekniki applikati b’miżuri adekwati u permezz tal-kondizzjonijiet ta’ iġjene. Jekk il-kastrazzjoni jew il-qtugħ tad-denb ikun ipprattikat wara s-seba’ jum tal-ħajja, għandhom ikunu imwettqa taħt anesteżija u analġesia miżjuda pprolongata minn veterinarju.
KAPITOLU II
DISPOSIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-KATEGORIJI DIFFERENTI TA’ MAJJALI
A. MAJJALI MASKILI
Il-mandri tal-majjali għandhom ikunu mmarkati u mibnija sabiex jippermettu lill-majjal li jdur madwaru u li jisma’, jxomm u jara l-majjali l-oħra. Il-wisa’ ta’ l-art mhux imfixkla disponibbli għall-majjal adult għandha tkun mill-anqas ta' 6 m2.
Meta l-mandri huma użati wkoll għal servizz naturali l-wisa’ ta’ l-art disponibbli għall-majjali adulti għandhom ikunu ta’ mill-anqas 10 m2 u l-mandra għandha tkun ħielsa minn ostakoli oħra. Mill-1 ta’ Jannar ta’ l-2003 din id-disposizzjoni għandha tapplika għall-oqsma kollha mibnija ġodda jew mibnija mill-ġdid jew miġjuba għall-użu għall-ewwel darba minn din id-data. Mill-1 ta’ Jannar ta’ l-2005 din id-disposizzjoni għandha tapplika għall-oqsma kollha.
B. MAJJALI FEMMINILI
1. Miżuri għandhom jittieħdu sabiex inaqqsu l-aggressjoni fil-gruppi.
2. Majjali tqal għandhom, jekk meħtieġ, ikunu ttrattati kontra l-parassiti esterni u interni. Jekk huma mqiegħda f'gaġġeġ tal-ħlas, il-majjali tqal għandhom, ikunu mnaddfa ta' sikwiet.
3. Fil-ġimgħa qabel ma l-majjala teħles għandha tkunu mogħtija l-materjal adekwat tal-bejta fil-kwantitajiet biżżejjed sakemm mhux prattikabbli teknikament għas-sistema tal-ħama' użata fl-istabbiliment.
4. Firxa mhux mfixkla fuq in-naħa ta' wara tal-majjali għandha tkun disponibbli għall-faċilità tal-ħlas naturali jew kif assistit.
5. Mandri tal-ħlas fejn il-ħnieżer ikunu miżmuma ħielsa għandhom ikollhom xi mezzi ta’ protezzjoni għall-majjali, bħall-binarji tal-ħlas.
Ċ. MAJJALI ŻGĦAR
|
1. |
Parti mill-art kollha, biżżejjed li tippermetti l-annimali sabiex jistrieħu flimkien fl-istess ħin, għandha tkun solida jew miksija b’tapit, jew mimlija bit-tiben jew materjal adekwat ieħor. |
|
2. |
Meta l-gaġġeġ tal-ħlas ikunu użati, il-majjalini għandhom ikollhom spazju biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jerdaw mingħajr diffikultà. |
|
3. |
L-ebda majjalini ma jistgħu jkunu miftuma mill-majjali għall-inqas għal 28 jum sakemm il-benessere jew is-saħħa ta' l-omm jew tal-majjalini ma jkunux altrimenti effettwati ħażin. B'dana kollu, l-majjalini jistgħu jkunu miftuma sa sebgħat ijiem qabel jekk ikunu mċaqilqa f’postijiet speċjali li huma mbattla u mnaddfa sewwa u disinfettati qabel l-introduzzjoni ta’ grupp ġdid u li huma separati mill-postijiet fejn il-majjali huma miżmuma, sabiex tnaqqas it-trasmissjoni tal-mard lejn il-majjali. |
D. MAJJALI LI QEGĦDIN JINFATMU U MAJJALI LI QEGĦDIN JITKABBRU
1. Meta l-majjali jkunu miżmuma fi gruppi, miżuri għandhom jittieħdu sabiex jipprevenu ġlied li jmur oltre l-mġieba normali.
2. Għandhom ikunu miżmuma fi gruppi b'taħlit mill-anqas possibli. Jekk il-majjali ma jkunux midħla ma’ xulxin ikun meħtieġ li jitħalltu, dan irid ikun magħmul fl-iżgħar età possibbli, preferibbilment qabel jew sa ġimgħa wara li jinfatmu. Meta l-majjali jkunu mħallta dawn għandhom ikunu pprovduti b’opportunitajiet adekwati sabiex ikunu jistgħu jaħarbu u jistaħbew mill-majjali l-oħra.
3. Meta jseħħu sinjali ta’ ġlied gravi, il-kawżi għandhom jiġi investigati immedjatament u miżuri adekwati għandhom jittieħdu bħal ma hu proviżjoni ta’ ħafna tiben lill-annimali, jekk possibbli, jew materjal ieħor għall-investigazzjoni. L-annimali li huma fir-riskju jew aggressuri partikolari għandhom jinżammu separati mill-grupp.
4. L-użu ta’ mediċini kalmanti sabiex jiffaċilitaw it-taħlit għandu jkun illimitat għall-kondizzjonijiet eċċezzjonali u biss wara konsultazzjoni ma’ veterinarju.
( 1 ) ĠU C 214, tal-21.8.1989, p. 31.
( 2 ) ĠU C 113, tas-7.5.1990, p. 183.
( 3 ) ĠU C 62, tat-12.3.1990, p. 40.
( 4 ) ĠU L 323, tal-11.11.1978, p. 12.
( 5 ) ĠU C 76, tat-23.3.1987, p. 185.
( 6 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56).
( 7 ) ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56.
( 8 ) ĠU L 31, ta' l-1.2.2002, p. 1.
( 9 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.