1991L0226 — MT — 01.01.2007 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Marzu 1991

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw għas-sistemi ta’ soppressjoni ta’ titjir ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(91/226/KEE)

(ĠU L 103, 23.4.1991, p.5)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/96/KE ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

81

20.12.2006


Emendat bi:

►A1

  C 241

21

29.8.1994

►A2

  L 236

33

23.9.2003




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Marzu 1991

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw għas-sistemi ta’ soppressjoni ta’ titjir ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(91/226/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

B’koperazzjoni mal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali ( 3 ),

Billi huwa importanti li jiġu adottati miżuri bl-iskop li jiġi stabbilit progressivament is-suq intern tul perjodu li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 1992; billi s-suq intern għandu jinkludi żona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital huwa assigurat;

Billi l-ħtiġiet tekniċi li ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali jirrelataw, inter alia, mas-sistemi ta’ soppressjoni ta’ titjir ta’ dawn il-vetturi bil-mutur;

Billi dawn il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor; billi huwa għalhekk neċessarju li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet sabiex, b’mod partikolari, tista’ ssir l-implimentazzjoni għal kull tip ta’ vettura tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ( 4 ), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 87/403/KEE ( 5 );

Billi, bl-iskop li titjieb is-sigurtà fit-toroq, huwa importanti li l-vetturi kummerċjali kollha fil-kategoriji ta’ piż ogħla u b’ċerta veloċità ddisinjata minima għandu jkollhom sistemi effiċjenti ta’ soppressjoni ta’ titjir sabiex iżommu l-ilma;

Billi huwa mixtieq li jiġi stabbilit test wieħed ta’ prestazzjoni għal sistemi ta’ dan it-tip li jitwaħħlu mat-tipi differenti ta’ vetturi bħala mezz sabiex is-sitwazzjoni titjieb konsiderevolment; billi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent ta’ mezzi ta’ dan it-tip ittieħed kont taż-żewġ tipi ta’ mezzi bħalissa fis-suq, jiġifieri t-tip ta’ assorbiment ta’ l-enerġija u t-tip ta’ separatur bejn arja/ilma; billi kien neċessarju li jiġu previsti żewġ testijiet differenti skond it-tip ta’ mezz li għandu jiġi approvat;

Billi, fid-dawl ta’ l-istudju, r-riċerka u testijiet li għaddejjin fil-preżent, test ta’ prestazzjoni fuq it-tipi ta’ vetturi armati b’dawn il-mezzi jiġi stabbilit malajr kemm jista’ jkun;

Billi l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni lill-fatt li l-formazzjoni tat-titjir jiddependi wkoll fuq il-karatteristiċi tal-wiċċ tat-triq, il-konfigurazzjoni tad-disinn tat-tyre u l-karatteristiċi ta’ veloċità u erodinamiċi tal-vettura;

Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li jirrigwardaw il-vetturi bil-mutur tinvolvi r-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Memmbri ta’ l-ispezzjonijiet imwettqa minn kull wieħed minnhom abbażi ta’ ħtiġiet komuni,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

1.  L-Istati Membri għandhom jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għal kwalunkwe tip ta’ mezz, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ ‘mezz ta’ soppressjoni ta’ titjir’, maħsub għat-tnaqqis ta’ titjir minn tyres ta’ vetturi mexjin, jekk jissoddisfa l-ħtiġiet li jirrigwardaw id-disinn u l-ittestjar stabbiliti fl-Anness II u b’kont meħud tad-definizzjonijiet mogħtija fl-Anness I.

2.  Stat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jivverifika, sa fejn hu neċessarju u, jekk jkun hemm il-bżonn, f’koperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra, li l-mudelli ta’ produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat. Għal dan l-iskop l-Istat Membru għandu japplika l-ħtiġiet ta’ l-Anness IV.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom, għal kull mezz ta’ soppressjoni ta’ titjir li japprovaw skond l-Artikolu 1, joħorġu lill-manifattur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent li tikkonforma mal-mudell fl-Anness II, Appendiċi 3.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jipprevjienu l-użu ta’ marki li x’aktarx jikkreaw konfużjoni bejn mezzi ta’ soppressjoni ta’ titjir li ġew approvati skond l-Artikolu 1 u mezzi oħrajn.

Artikolu 3

L-ebda Stat Membru ma jista’ jipprojbixxi t-tqiegħid fis-suq ta’ mezzi ta’ soppressjoni ta’ titjir għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kostruzzjoni u l-prestazzjoni tagħhom jekk dawn ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent.

Madankollu, din id-disposizzjoni ma għandhiex tipprevjieni lil Stat Membru milli jieħu dawn il-miżuri fir-rigward ta’ mezzi ta’ soppressjoni ta’ titjir li jkollhom il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent li konsistentement ma jikkonformax mat-tip approvat.

L-Istat Membru ikkonċernat għandu immedjatament jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda, filwaqt li jispeċifika r-raġuni għad-deċizjoni tiegħu. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu --5 għandhom japplikaw ukoll.

Il-mezzi għandhom jitqiesu bħala li ma jikkonformawx mat-tip approvat, fis-sens tat-tieni paragrafu, jekk il-ħtiġiet ta’ l-Anness II ma jkunux ġew osservati.

Artikolu 4

L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom, fi żmien xahar, jibagħtu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra kopji taċ-ċertifikati ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent maħruġa għal kull tip ta’ mezz ta’ soppressjoni ta’ titjir li huma japprovaw jew jirrifjutaw li japprovaw.

Artikolu 5

1.  Jekk l-awtoritajiet kompetenti ta’ xi Stat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent isibu li l-mezzi ta’ soppressjoni ta’ titjir akkompanjati minn ċertifikati ta’ konformità għal tip wieħed ma jikkonformawx mat-tip approvat minn dak l-Istat Membru, huma għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jassiguraw li l-konformità ta’ mudelli ta’ produzzjoni għat-tip approvat tiġi rrestitwita. Għandhom javżaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra bil-miżuri meħuda, li jistgħu jestendu sa l-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent.

L-awtoritajiet imsemmija għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk jiġu informati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor b‘dan in-nuqqas ta’ konformità.

2.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru għandhom, fi żmien xahar, jinformaw lil xulxin bl-irtirar ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent, billi jibagħtu kopja taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent, iffirmata u ddatata u li jkollha b’ittri kbar il-kliem ‘APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE IRTIRATA’, filwaqt li ġġib ir-raġunijiet għal din il-miżura.

3.  Jekk Stat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent jikkontesta l-allegat nuqqas ta’ konformità, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jippruvaw isolvu n-nuqqas ta’ ftehim. Il-Kummissjoni għandha tinżamm informata. Meta neċessarju, għandha tirranġa diskussjonijiet xierqa bl-iskop li jaslu għal soluzzjoni.

Artikolu 6

Kull deċiżjoni meħuda skond id-disposizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għal ċaħda jew irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għal mezzi ta’ soppressjoni tat-titjir jew li tipprojbixxi t-tqiegħid fis-suq jew l-użu tagħhom għandha tistabbilixxi fid-dettal ir-raġuni li fuqha ġiet ibbażata. Din id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-parti kkonċernata, li fl-istess ħin għandha tiġi informata bir-rimedji disponibbli lilha skond il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u bil-limiti ta’ żmien stabbiliti sabiex tagħmel użu minn dawn ir-rimedji.

Artikolu 7

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, “vettura” tfisser kull vettura bil-mutur fil-kategorija N u kull karru fil-kategorija O kif definit fl-Anness I mad-Direttiva 70/156/KEE.

Artikolu 8

Ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal vetturi, jew jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu tagħhom għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sistema tagħhom ta’ soppressjoni ta’ titjir jekk dawn huma armati skond il-ħtiġiet ta’ l-Anness III u jekk il-mezzi ta’ soppressjoni tat-titjir li bih il-vetturi huma armati għandhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent.

Artikolu 9

Kwalunkwe emenda neċessarja sabiex jiġu addattati l-ħtiġiet ta’ l-Annessi għal din id-Direttiva sabiex jittieħed kont ta’ progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

Artikolu 10

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa l-10 ta’ April 1992. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva lill-Kummissjoni.

3.  Meta l-Istati Membri jadottaw id-disposizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 11

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




LISTA TA’ L-ANNESSI



ANNESS I:

Definizzjonijiet

ANNESS III:

Ħtiġiet li jirrelataw għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent ta’ mezzi ta’ soppressjoni tat-titjir



Appendiċi 1:

Testijiet fuq mezzi ta’ soppressjoni tat-titjir tat-tip li jassorbi l-enerġija

Appendiċi 2:

Testijiet fuq mezzi ta’ soppressjoni tat-titjir tat-tip li jissepara l-arja/l-ilma

Appendiċi 3:

Mudell għal marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent

Appendiċi 4:

Mudell għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent

ANNESS III:

Ħtiġiet li jirrelataw għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward ta’ l-armar ta’ sistemi ta’ soppressjoni ta’ titjir



Appendiċi:

l-Anness għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE fir-rigward ta’ tip ta’ vettura f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-armar ta’ sistemi ta’ soppressjoni ta’ titjir.

ANNESS IV:

Konformità ta’ produzzjoni Waqfien mill-

Ċessjoni ta’ produzzjoni

ĊIFRI:

(1 sa 9)




ANNESS I

DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.  Sistema ta’ soppressjoni ta’ titjir

“Sistema ta’ soppressjoni ta’ titjir” tfisser sistema maħsuba biex tnaqqas il- polverizzazzjoni ta’ ilma mitfuħ ’il fuq mit-tyres ta’ vettura miexja. Is-sistema ta’ soppressjoni ta’ titjir hija varjament magħmula minn parafangu, parakwi tax-xita u valances armati b’mezz li jissopprimi t-titjir.

2.  Parafangu

“Parafangu” jfisser komponent riġidu jew semi-riġidu maħsub biex jiġbor l-ilma sparat ’il fuq mit-tyres ċirkolanti u biex jidderiġieh lejn l-art. Il-parafangi jistgħu kompletament jew parzjalment jifformaw parti integrali mill-karrozzerija ta’ vettura jew minn partijiet oħra tal-vettura bħall-parti l-baxxa tal-pjattaforma tat-tagħbija, eċċ.

3.  Parakwi tax-xita

“Parakwa tax-xita” tfisser komponent flessibbli armat vertikalment wara r-rota, fuq il-parti l-baxxa tax-chassis jew tas-superfiċi tat-tagħbija, jew fuq il-parafangu.

Il-parakwa tax-xita għandha wkoll tnaqqas ir-riskju li xi oġġetti żgħar, b’mod partikolari żrar, jinġabru mill-art mit-tyres u jintefgħu ’il fuq jew lejn il-ġenb fuq utenti oħrajn tat-triq.

4.  Mezz ta’ soppressjoni ta’ titjir

“Mezz ta’ soppressjoni ta’ titjir” tfisser parti mis-sistema ta’ soppressjoni ta’ titjir, li tista’ tinkludi:

4.1. Separatur arja/ilma

Dan huwa komponent li jifforma parti mill-valance u/jew mill-parakwa tax-xita li minnu tista’ tgħaddi l-arja fil-waqt li jitnaqqsu emissjonijiet polverizzati ta’ ilma.

4.2. Assorbitur ta’ l-enerġija

Dan huwa komponent li jifforma parti mill-parafangu u/jew mill-valance u/jew mill-parakwa tax-xita li jassorbi l-enerġija ta’ titjir ta’ ilma, fil-waqt li jitnaqqas it-titjir ta’ ilma polverizzat.

5. Valanceta’ barra

Valance ta’ barra” tfisser komponent li jinsab bejn wieħed u ieħor fi pjan vertikali li huwa parallel mas-superfiċi lonġitudinali tal-vettura. Jista’ jifforma parti mill-parafangu jew mill-karrozzerija tal-vettura.

6.  Roti ggwidati

“Roti ggwidati” tfisser ir-roti attwati mis-sistema ta’ gwida tal-vettura.

7.  Fus ta’ awto-direzzjoni

“Fus ta’ awto-direzzjoni jfirrel fus stabbilit fuq punt ċentrali b’tali mod li jista’ jintraċċja ark orizzontali. Għall-iskop ta’ din id-Direttiva, fus ta’ awto-direzzjoni tat-tip ‘pivot steering’ huwa kkunsidrat bħala, u ttrattat bħala, fus armat ma’ roti ggwidati.

8.  Roti awto-iggwidati

“Roti awto-iggwidati” tfisser roti mhux attwati mill-mezz ta’ gwida tal-vettura, li jistgħu jduru tul angolu li ma jaqbisx l-20°g minħabba l-frizzjoni ta’ l-art.

9.  Fus ta’ l-irfigħ

“Fus ta’ l-irfigħ” ifisser fus li jista’ jintrefa’ mit-triq matul l-użu normali tal-vettura.

10.  Vettura mingħajr tagħbija

“Vettura mingħajr tagħbija” tfisser vettura bil-karrozzerija (jew b’komponent wieħed rappreżentattiv jew iżjed) u, meta xieraq, b’likwidu li jkessaħ, lubrikanti, karburant, għodda, rota spare, u sewwieq ta’ massa stmata ta’ 75 kg.

11.  Marka ta’ kuntatt

“Marka ta’ kuntatt” tfisser dik il-parti tat-tyre li tagħmel kuntatt mat-triq (il-wiċċ), li tagħti l-qabda.

12.  Tip ta’ mezz ta’ soppressjoni ta’ titjir

“Tip ta’ mezz ta’ soppressjoni ta’ titjir” tfisser mezzi li ma jvarjawx fir-rigward tal-karatteristiċi prinċipali li ġejjin:

 il-prinċipju fiżiku adottat sabiex jitnaqqsu emissjonijiet (assorbiment ta’ ilma-enerġija, separatur ta’ arja/ilma),

 materjali,

 forma

 dimensjonijiet (sa fejn jistgħu jinfluwenzaw l-imġiba tal-materjal).




ANNESS II

ĦTIĠIET LI JIRRELATAW GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE TA’ KOMPONENT TA’ MEZZI TA’ SOPPRESSJONI TAT-TITJIR

0.   Speċifikazzjonijiet ġenerali

0.1.

Mezzi ta’ soppressjoni ta’ titjir għandhom ikunu mibnija b’tali mod li joperaw sewwa meta jintużaw b’mod normali fuq toroq imxarrba. Barra minn hekk, ma għandhom jinkorporaw ebda difett strutturali jew ta’ fabbrikazzjoni għad-detriment tal-funzjonament tajjeb jew tal-imġiba tajba tiegħu.

1.   Testijiet li għandhom isiru

1.1.

Skond il-prinċipju fiżiku tagħhom ta’ operazzjoni mezzi ta’ soppressjoni ta’ titjir huma soġġetti għat-testijiet rilevanti kif deskritti fl-Appendiċi 1 u 2 u għandhom jagħtu r-riżultati meħtieġa fil-punt 4 ta’ dawk l-Appendiċi.

2.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent

2.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent ta’ tip ta’ mezz ta’ soppressjoni ta’ titjir hija sottomessa mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

2.2.

Għal kull tip l-applikazzjoni għandu jkollha magħha d-dokumenti li ġejjin fi tliet kopji u l-informazzjoni u l-materjali li ġejjin:

2.2.1.

Deskrizzjoni teknika tal-mezz ta’ soppressjoni ta’ titjir li tindika l-prinċipju fiżiku ta’ operazzjoni u t-test rilevanti li għandu jsir, il-materjali użati u disinn jew disinnji b’biżżejjed dettal u ta’ skala approprjata biex dan (jew dawn) ikunu jistgħu jiġu identifikati.

2.2.2.

Erba’ kampjuni: tlieta minnhom għal testijiet u r-raba’ biex jinżamm mil-laboratorju għal kwalunkwe verifika sussegwenti. Il-laboratorju tat-test jista’ jitlob aktar kampjuni.

2.3.

Immarkar:

Kull kampjun għandu jkun immarkat b’mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem kummerċjali jew bit-trade mark u indikazzjoni tat-tip u jinkludi spazju li jkun kbir biżżejjed għall-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent.

3.   Approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent

3.0.

Qabel ma jitwettqu l-proċeduri għall-għoti ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent, l-awtorità kompetenti għandha tikkontrolla li l-manifattur għandu sistemi effikaċi sabiex isir monitoraġġ fuq il-konformità ta’ produzzjoni.

3.1.

Meta l-kampjuni li huma rappreżentattivi tat-tip ta’ mezz li għandu jingħata l-approvazzjoni tat-tip jgħaddu t-testijiet rilevanti kif deskritt fl-Appendiċi 1 jew 2, approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent tinħareġ għal dak it-tip ta’ mezz ta’ soppressjoni ta’ titjir.

3.2.

Numru ta’ approvazzjoni ta’ tip ta’ komponent jiġi assenjat lil kull tip ta’ mezz ta’ soppressjoni ta’ titjir approvat mill-KEE.

3.3.

Kwalunkwe mezz ta’ soppressjoni ta’ titjir in konformità mat-tip approvat skond din id-Direttiva għandu jkollu marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE, imwaħħla b’mod li ma titħassarx u tkun tinqara faċilment anki meta l-mezz jitwaħħal fuq il-vettura.

3.4.

Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent (li mudell tagħha jinsab fl-Appendiċi 3) tikkonsisti fi:

3.4.1.

rettangolu madwar l-ittra żgħira “e”, segwita bl-ittra(i) li jiddistingwuha jew bin-numru ta’ l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent:

1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 6 għall-Belgju, 9 għal Spanja, 11 għar-Renju Unit, 13 għal-Lussemburgu, 18 għad-Danimarka, 21 għall-Portugall, EL għall-Greċja u IRL għall-Irlanda ►A1  , 12 għall-Awstrija, 17 għall-Finlandja, 5 għall-Isvezja ◄ ►A2  , 8 għar-Repubblika Ċeka, 29 għall-Estonja, CY għal Ċipru, 32 għal-Latvja, 36 għal-Litwanja, 7 għall-Ungerija, MT għal Malta, 20 għall-Polonja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja ◄ , ►M1  34 għall-Bulgarija, 19 għar-Rumanija ◄ ;

3.4.2.

in-numru ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent (li jikkorrispondi għan-numru taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent, li mudell tiegħu jidher fl-Appendiċi 4), li jitqiegħed viċin ir-rettangolu, jew taħt l-ittra “e”, jew fuq ix-xellug jew fuq il-lemin ta’ dik l-ittra. Iċ-ċifri tan-numru ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent jitqiegħdu fuq l-istess naħa ta’ l-ittra “e” u jiffaċċjaw l-istess direzzjoni. L-użu ta’ numerali Rumani fin-numri ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għandu jiġi evitat biex tiġi pprevenuta kwalunkwe konfużjoni ma’ simboli oħra;

3.4.3.

l-ittra “A” jew l-ittra “S”, skond jekk il-mezz huwiex tat-tip li jassorbi l-enerġija (A) jew tat-tip li jissepara arja/ilma (S), imqiegħda fi kwalunkwe pożizzjoni ‘il fuq jew viċin ir-rettanglu.




Appendiċi 1:

Testijiet fuq mezz ta’ soppressjoni tat-titjir tat-tip li jassorbi l-enerġija

1.   Prinċipju

L-iskop ta’ dan it-test hu li jikkwantifika l-kapaċità ta’ mezz li jżomm l-ilma dirett lejh b’serje ta’ jets. L-armar tat-test hu maħsub biex joħloq mill-ġdid il-kondizzjonijiet li taħthom għandu jopera l-mezz meta armat fuq vettura fir-rigward tal-volum u l-veloċità ta’ ilma mitfugħ ’il fuq mill-art mid-disinn tat-tyre.

2.   Tagħmir

Ara Figura 8 għal deskrizzjoni ta’ l-armar tat-test. It-testijiet isiru f’ambjent fejn m’hemmx ċaqliq ta’ arja.

3.   Proċedura

3.1.

Orbot sewwa kampjun wiesa’ 500 (+ 0/-5) mm, għoli 750 mm tat-tagħmir li għandha tiġi kkontrollata mal-qafas wieqaf tat-tagħmir tat-testijiet, filwaqt li tiżgura li l-kampjun jkun sewwa ġewwa l-limiti tal-kollettur, u li ebda ostakolu ma jista’ jfferrex l-ilma, sew qabel kif ukoll wara l-impatt tiegħu.

3.2.

Issettja r-rata ta’ fluss ta’ l-ilma għal 0,675 (± 0,01) l/s u dderieġi ta’ l-inqas 90 l għal fuq il-kampjun minn distanza orizzontali ta’ 500 (± 2) mm (Figura 8).

3.3.

Ħalli l-ilma jqattar mill-kampjun għall-kollettur u kkalkula l-perċentwali (differenza) bejn il-kwantità ta’ ilma miġbur u l-kwantità ta’ ilma mtajjar.

3.4.

Irrepeti t-test għal ħames darbiet u kkalkola l-ammont perċentwali medju ta’ ilma miġbur.

4.   Riżultati

4.1.

Il-perċentwali medja kkalkolata ta’ ilma miġbura matul il-ħames testijiet m’għandhiex tkun inqas minn 70 % ta’ l-ammont ta’ ilma dirett għal fuq il-mezz.

4.2.

Jekk l-għola u l-inqas perċentwali ta’ ilma miġbur jitbiegħdu mill-perċentwali medja b’aktar minn 5 %, it-test mhuwiex validu u għandu jerġa’ jsir.

Jekk anki fit-tieni test l-għola u l-inqas perċentwali ta’ ilma miġbur jerġgħu jitbiegħdu mill-perċentwali medja b’aktar minn 5 % u/jew jekk l-inqas ċifra ma tissodisfax il-ħtiġiet tal-punt 4.1, l-approvazzjoni ma tingħatax.

4.3.

Meta l-posizzjoni wieqfa tal-mezz tinfluwenza r-riżultati ottenuti, il-proċedura deskritta fil-punti 3.1 u 3.4 għandha tiġi ripetuta fil-posizzjonijiet li jagħtu l-ogħla u l-inqas perċentwali ta’ ilma miġbur; il-ħtiġiet tal-punt 4.2 jibqgħu fis-seħħ.

Il-ħtiġiet tal-punt 4.1 jibqgħu fis-seħħ sabiex jagħtu r-riżultat ta’ kull test.




Appendiċi 2:

Testijiet fuq mezzi ta’ soppressjoni tat-titjir tat-tip li jissepara l-arja/l-ilma

1.   Prinċipju

Dan it-test hu maħsub sabiex jiddetermina l-effikaċja ta’ materjal poruż maħsub biex jżomm l-ilma li bih ġie sprejjat permezz ta’ polverizzatur bi pressjoni “arja/ilma”.

Tagħmir użat għat-test għandu jistimola l-kondizzjonijiet li għalihom jiġi sottomess il-materjal, fir-rigward ta’ volum u veloċità ta’ titjir ta’ ilma prodott mit-tyres, li kellu jiġi armat fuq il-vettura.

2.   Tagħmir

2.1.

L-armar tat-test huwa kif deskritt fil-Figura 9

3.   Proċedura

3.1.

Orbot sewwa l-kampjun 305 × 100mm wieqaf fl-armar tat-test, ikkontrolla li ma hemmx spazju bejn il-kampjun u l-pjanċa mgħawġa ta’ fuq u li t-trej qiegħed f’postu sew. Imla t-tank tal-polverizzatur b’litru eżatt ta’ ilma u poġġih kif deskritt fid-disinn.

3.2.

Il-polverizzatur għandu jiġi rregolat kif ġej:

pressjoni (mal-polverizzatur): 5 bar + 10 %/- 0 %

rata ta’ fluss Litru/minuta ± 5 sekondi

polverizzazzjoni: ċirkolari, bejn wieħed u ieħor 50 mm dijametru ma’ 200 mm bogħod mill-kampjun, iż-żennuna 5 mm dijametru.

3.3.

Ippolverizza sakemm ma hemmx aktar għabra ta’ ilma u ħu nota tal-ħin meħud. Ħalli l-ilma jinżel barra mill-kampjun għal fuq it-trej għal 60 sekonda u kejjel il-volum ta’ ilma miġbur. Kejjel il-kwantità ta’ ilma li jibqa’ fit-tank tal-polverizzatur. Ikkalkula l-perċentwali bil-volum ta’ ilma miġbur kontra l-volum ta’ ilma polverizzat.

3.4.

Irrepeti t-test għal ħames darbiet u kkalkola l-ammont perċentwali medju ta’ ilma miġbur. Ikkontrolla qabel kull test li t-trej, it-tank tal-polverizzatur u l-kontenitur tal-kejl huma xotti.

3.5.

Waqt it-test it-temperatura ta’ l-ambjent għandha tkun ta’ 21 (± 3)gC.

4.   Riżultati

4.1.

Il-perċentwali medja kkalkolata ta’ ilma miġbur fit-tmiem tal-ħames testijiet m’għandhiex tkun inqas minn 85 % ta’ l-ammont ta’ ilma sprejjat għal fuq il-mezz.

4.2.

Jekk l-ogħla u l-inqas perċentwali ta’ ilma miġbur jitbiegħdu b’aktar minn 5 % mill-perċentwali medja, it-test mhuwiex validu u għandu jerġa’ jsir.

Jekk anki fit-tieni test l-ogħla u l-inqas perċentwali ta’ ilma miġbur jerġgħu jitbiegħdu mill-perċentwali medja b’aktar minn 5 %’ u/jew jekk l-inqas ċifra ma tissodisfax il-kondizzjonijiet meħtieġa tal-punt 4.1, l-approvazzjoni ma tingħatax.

4.3.

Meta l-posizzjoni wieqfa tal-mezz tinfluwenza r-riżultati ottenuti, il-proċedura deskritta fil-punti 3.1 u 3.4 għandha terġa’ ssir fil-posizzjonijiet li jagħtu l-ogħla u l-inqas perċentwali ta’ ilma miġbur; il-kondizzjonijiet tal-punt 4.2 jibqgħu fis-seħħ.

Il-ħtieġa tal-punt 4.1 tibqa’ fis-seħħ sabiex jingħataw ir-riżultati ta’ kull test.




Appendiċi 3:

Mudell għal marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent

image

Il-mezz ta’ soppressjoni ta’ titjir bil-marka ta’ hawn fuq ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE hu mezz tat-tip li jassorbi l-enerġija (A), li ġie approvat fi Spanja (e 9) taħt in-numru 148.

Iċ-ċifri użati huma biss indikattivi.




Appendiċi 4:

MUDELL GĦAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE TA’ KOMPONENT

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm)

image




ANNESS III

ĦTIĠIET LI JIRRELATAW GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE TA’ TIP TA’ VETTURA FIR-RIGWARD TA’ L-ARMAR TA’ SISTEMI TA’ SOPPRESSJONI TA’ TITJIR TA’ APPLIKAZZJONI

SKOP

0.1.

Il-vetturi kollha fil-kategorija N2 ta’ massa massima li taqbeż 7,5 tunnellata, u l-vetturi kollha fil-kategorija N3, O3 u O4 għandhom jinbnew u/jew jiġu armati b’mezz ta’ soppressjoni ta’ titjir b’mod li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ hawn taħt.

0.2.

Il-ħtiġiet stabbiliti hawn fuq marbuta ma’ mezz ta’ soppressjoni ta’ titjir kif definiti fis- sezzjoni 4 ta’ l-Anness I mhumiex obbligatorji fil-każ ta’ vetturi b’chassis/kabina, mingħajr karrozzerija, “off-road” kif definiti fid-Direttiva 70/156/KEE, jew vetturi li fihom mezz ta’ soppressjoni ta’ titjir huwa inkompatibbli ma’ l-użu tagħhom. Madankollu, jekk dan il-mezz huwa armat ma’ dawn il-vetturi, għandu jikkonforma mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE

1.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward ta’ armar ta’ sistema ta’ soppressjoni ta’ titjir għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal- vettura jew minn rappreżentant awtorizzat minnu.

1.2.

Għandha tintbagħat flimkien mad-dokumenti li ġejjin fi tliet kopji, u bid-dettalji li ġejjin:

1.2.1.

deskrizzjoni teknika tas-sistema ta’ soppressjoni ta’ titjir u disinn wieħed jew aktar dettaljati biżżejjed fuq skala addattata għal identifikazzjoni.

1.3.

Rappreżentant ta’ vettura li tirrappreżenta t-tip ta’ vettura għall-approvazzjoni, armat bis- sistema ta’ soppressjoni ta’ titjir, għandu jiġi sottomess lis-servizz tekniku li jikkonduċi t- testijiet ta’ approvazzjoni.

APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE

2.

Ċertifikat li jikkonforma mal-mudell muri fl-Appendiċi għandu jkun anness maċ- ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KEE.

ĦTIĠIET ĠENERALI

3.   Fwies

3.1.   Fwies ta’ l-irfigħ

Meta vettura tintrama b’fus wieħed jew iktar ta’ l-irfigħ, is-sistema ta’ soppressjoni ta’ titjir għandha tkopri r-roti kollha meta l-fus jitniżżel u r-roti jmissu ma’ l-art meta l-fus jintrefa’.

3.2.   Fwies ta’ awto-direzzjoni

Meta vettura tintrama b’fus ta’ awto-direzzjoni, is-sistema ta’ soppressjoni ta’ titjir għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet applikabbli għal roti mhux iggwidati jekk armata fuq il-parti li ddur. Jekk mhux armata fuq dik il-parti għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet applikabbli għal roti ggwidati.

4.   Il-Posizzjoni tal-valance ta’ barra

4.1.

Fil-każ ta’ roti mhux iggwidati d-distanza “ċ” bejn is-superfiċi lonġitudinali tanġenzali mal-parti ta’ barra tat-tyre, apparti xi bużżieqa fit-tyre qrib l-art, u t-tarf ta’ ġewwa tal-valance m’għandhiex taqbeż 75 mm sakemm ir-raġġ tat-tarf ta’ ġewwa tal-valance, kif definit fil-punti 7.2, 8.2 u 9.2, huwa anqas minn 1,0 R, f’liema każ m’għandux jeċċedi 100 mm (Figura 1).

4.2.

Fil-każ ta’ roti ggwidati u roti awto-ggwidati, id-distanza “ċ” m’għandhiex teċċedi il- 100 mm.

5.   L-istat ta’ vettura

Għall-kontroll ta’ konformita ma’ din id-Direttiva l-vettura għandha tkun fl-istat li ġej:

(a) m’għandhiex tkun mgħobbija u għandu jkollha r-roti f’posizzjoni dritt ’il quddiem;

(b) fil-każ ta’ semi-karrijiet, is-superfiċi ta’ tagħbija għandhom ikunu orizzontali;

(ċ) it-tyres għandhom ikunu minfuħin sal-pressjoni normali tagħhom.

6.   Sistemi ta’ soppressjoni ta’ titjir

6.1.

Is-sistema ta’ soppressjoni ta’ titjir għandha tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil- punt 7 jew 9.

6.2.

Is-sistema ta’ soppressjoni ta’ titjir għal roti mhux iggwidati jew awto-iggwidati li huma koperti bl-art tal-karrozzerija, jew mill-parti l-iktar baxxa tal-pjattaforma tat-tagħbija, għandha jew tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 7 jew 9 jew inkella dawk fil-punt 8.

ĦTIĠIET SPEĊIFIĊI

7.   Ħtiġiet li jikkonċernaw sistemi ta’ assorbiment ta’ enerġija għas-soppressjoni ta’ titjir għal fusijiet armati b’roti ggwidati jew awto-iggwidati jew roti mhux iggwidati

7.1.   Parafangi

7.1.1.

Il-parafangi għandhom ikopru ż-żona immedjatament, fuq, quddiem u wara t-tyre jew it- tyres bil-mod li ġej:

(a) fil-każ ta’ fus singolu jew multiplu meta d-distanza “d” (Diżinn 4) bejn it-tyres armati fuq fwies ġaċenti taqbeż 300 mm, it-tarf ta’ quddiem (Ċ) għandu jestendi ’l quddiem biex jilħaq linja O-Z fejn F15u (theta)= mhux aktar minn 30g ’il fuq mill-orizzontali għal fwies armati b’roti ggwidati jew awto-iggwidati, u mhux aktar minn 20g għal fwies b’roti mhux iggwidati.

It-tarf ta’ wara nett (Figura 2) għandu jestendi ’l isfel b’mod li ma jkunx aktar minn 100 mm ’il fuq minn linja orizzontali għaddejja miċ-ċentru tar-rota;

(b) fil-każ ta’ fwies multipli meta d-distanza “d” bejn it-tyres armati mal-fwies ġaċenti ma taqbiżx 300mm, il-parafangu għandu jkun kif muri fil-Figura 4a;

(ċ) il-parafangu għandu jkollu wisa’ totali “q” (Figura 1) mill-inqas addattat sabiex ikopri l-wisa’ kollha tat-tyre“b” jew il-wisa’ kollha ta’ żewġ tyres“t” fil-każ ta’ żewġ roti, b’kont meħud ta’ l-estremi għall-unità tat-tyre/rota speċifikata mill-manifattur. Id-dimensjonijiet “b” u “t” għandhom jitkejlu mil-livell tal-ħub, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe marki, ribs, faxxex protettivi, eċċ, fuq it-tyre minn barra.

7.1.2.

In-naħa ta’ quddiem tal-parti ta’ wara tal-parafangu għandha tkun armata b’mezz ta’ tnaqqqis ta’ titjir lijikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 1 ma’ l- Anness II. Dan il-materjal għandu jkopri l-parti ta’ ġewwa tal-parafangu sa għoli ddeterminat minn linja dritta għadejja miċ-ċentru tar-rota u li tifforma angolu ta’ 30° ta’ l-inqas ma’ l-orizzontali (Figura 3).

7.1.3.

Jekk il-parafangi jkunu magħmula minn ħafna komponenti meta armati, m’għandhomx jinkorporaw kwalunkwe apertura li tippermeti li joħroġ xi titjir waqt li l-vettura tkun miexja.

7.2.   “Valances” ta’ barra

7.2.1.

Fil-każ ta’ fwies singoli, jew fwies multipli meta d-distanza “d” bejn it-tyres fuq fwies ġaċenti taqbeż 300 mm, in-naħa l-baxxa tal-valance ta’ barra m’għandhiex tkun tinsab lil hinn mid-distanzi u r-radiċi li ġejjin, kif imkejla miċ-ċentru tar-rota (Figura 2).



(a)Fwies armati b’roti ggwidati jew awto-iggwidati:

right accolade Rv ≤ 1,5 R

Mit-tarf ta’ quddiem (lejn il-parti ta’ quddiem tal-vettura)

(ponta Ċ ma’ 30°)

Sat-tarf ta’ wara (lejn il-parti ta’ wara tal-vettura)

(ponta A ma’ 100mm)

(b)Fwies armati b’roti mhux iggwidati:

right accolade Rv ≤ 1,25 R

Mit-tarf ta’ quddiem (ponta Ċ ma’ 20°)

Sat-tarf ta’ wara (ponta A ma’ 100mm)

meta R huwa r-raġġ tat-tyre armat mal-vettura, u Rv id-distanza, espressa bħala raġġ, li fiha jinsab it-tarf il-baxx tal-valance ta’ barra.

7.2.2.

Fil-każ ta’ fwies multipli meta d-distanza “d” bejn it-tyres fuq fwies ġaċenti ma taqbiżx 300 mm, il-valances ta’ barra ppustjati fl-ispazju bejn il-fwies għandhom jitqiegħdu fid-distanzi stabbiliti fil-punt 7.2.1 u għandhom jestendu ’l isfel b’mod li ma jkunux aktar minn 150 mm ’il fuq minn linja orizzontali għaddejja miċ-ċentru tar-roti, jew b’mod illi d-distanza orizzontali bejn l-estremitajiet tagħhom l-iktar baxxi ma taqbiżx 60 mm (Figura 4a).

7.2.3.

Il-fond tal-valance ta’ barra għandu jestendi sa mhux anqas minn 45 mm, fil-punti kollha wara linja wieqfa għaddejja miċ-ċentru tar-rota. Il-fond tal-valances jista’ jitnaqqas gradwalment quddiem din il-linja.

7.2.4.

Ebda ftuħ li jħalli t-titjir joħroġ meta l-vettura tkun f’moviment ma jista’ jitħalla fil- valances ta’ barra jew bejn il-valances ta’ barra u l-partijiet l-oħra tal-parafangi.

7.3.   Parakwi tax-xita

7.3.1.

Il-wisa’ tal-parakwa għandha tissodisfa l-ħtieġa għal “q” fil-punt 7.1.1 (ċ), ħlief meta l- parakwa tkun bejn il-parafangi, f’liema każ għandha tkun ta’ l-inqas ta’ l-istess wisa’ għall-għafsa tat-tyre.

7.3.2.

L-orjentazzjoni tal-parakwa għandha tkun bażikament wieqfa.

7.3.3.

L-għoli massimu tat-tarf ta’ isfel ma għandux jaqbeż 200 mm (Figura 3).

Din id-distanza tiżdied sa 300mm fil-każ ta’ l-aħħar fus meta d-distanza tar-raġġ tat-tarf ta’ isfel tal-valancing ta’ barra, Rv, ma jaqbiżx id-dimensjonijiet tar-raġġ tat-tyres armati mar-roti fuq dak il-fus.

7.3.4.

Il-parakwa tax-xita m’għandhiex tkun iżjed minn 300 mm mit-tarf ta’ wara nett tat-tyre, imkejjel orizzontalment.

7.3.5.

Fil-każ ta’ fwies multipli meta d-distanza “d” bejn it-tyres fuq fwies ġaċenti hi anqas minn 250 mm, il-par roti ta’ wara biss għandu jkollhom parakwi tax-xita. Għandu jkun hemm parakwa tax-xita wara kull rota meta d-distanza “d” bejn it-tyres fuq fwies ġaċenti hi ta’ l-inqas 250 mm (Figura 4b).

7.3.6.

Il-parakwi tax-xita m’għandhomx jitgħawwġu b’aktar minn 100 mm lura taħt forza ta’ 3N kull 100mm ta’ wisa ta’ parakwa, applikata fuq punt 50 mm ‘il fuq mill-parti l-iktar baxxa tal-parakwi.

7.3.7.

Is-superfiċi kollu ta’ quddiem tal-parti tal-parakwa tax-xita bid-dimensjonijiet minimi meħtieġa għandu jkun armat b’mezz ta’ soppressjoni ta’ titjir li jissodisfa l-karatteristiċi preskritti fl-Anness II, l-Appendiċi 1.

7.3.8.

Ebda ftuħ li minnu joħroġ it-titjir m’għandu jitħalla bejn it-tarf ta’ wara ta’ isfel tal- parafangu u l-parakwi tax-xita.

7.3.9.

Meta l-mezz ta’ soppressjoni ta’ titjir jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet li jirrelataw il- parakwi tax-xita (punt 7.3) ebda parakwa addizzjonali tax-xita ma hi meħtieġa.

8.   Ħtiġiet li jirrelataw għal sistemi ta’ soppressjoni ta’ titjir armati b’mezzi ta’ soppressjoni ta’ titjir li jassorbu l-enerġija għal ċerti fwies armati b’roti mhux iggwidati jew awto-iggwidati (ara l-punt 6.2)

8.1.   Parafangi

8.1.1.

Il-parafangi għandhom jgħattu iż-żona immedjatament fuq it-tyre jew tyres. It-trufijiet ta’ quddiem u ta’ wara għandhom jestendu ta’ l-inqas sal-pjan orizzontali li jaqta’ bi dritt mat-tarf ta’ fuq tat-tyre jew tyres (Fgura 5). Madankollu, it-tarf ta’ wara jista’ jiġi sostitwit bil-parakwa tax-xita, f’liema każ din għandha testendi sal-parti ta’ fuq tal-parafangu (jew komponent ekwivalenti)

8.1.2.

Il-parti kolla ta’ ġewwa ta’ wara tal-parafangu għandha tkun armata b’mezz ta’ tnaqqis ta’ titjir li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II, Appendiċi 1.

8.2.   “Valances” ta’ barra

8.2.1.

Fil każ ta’ fwies singoli jew multipli meta d-distanza bejn it-tyres ġaċenti hi ta’ l-inqas 250 mm, il-valance ta’ barra għandha tkopri s-superfiċi li testendi mill-parti l-baxxa sal-parti l-għolja tal-parafangu sa linja dritta ffurmata mit-tanġent sat-tarf ta’ fuq tat-tyre jew tyres u li tinstab bejn pjan vertikali ffurmat mit-tanġent sal-quddiem tar-rota u l-parafangu jew il-parakwa tax-xita li jinstabu wara r-rota jew ir-roti. (Figura 5b)

Fil-każ ta’ fwies multipli valance ta’ barra trid tinsab ma’ kull rota.

8.2.2.

Ebda ftuħ li minnu joħroġ it-titjir m’għandu jitħalla bejn il-valance ta’ barra u l-parti ta’ ġewwa tal-parafangu.

8.2.3.

Meta l-parakwi tax-xita ma jkunux armati wara kull rota (ara punt 7.3.5), il-valance ta’ barra għandha tkun biċċa waħda bejn it-tarf ta’ barra tal-parakwa tax-xita sas-superfiċi wieqaf li hu tanġenti mal-ponta l-aktar ’il quddiem tat-tyre (Figura 5a) ta’ l-ewwel fus.

8.2.4.

Is-superfiċi ta’ ġewwa kollu tal-valance ta’ barra, li l-għoli tiegħu m’għandux ikun inqas minn 100 mm, għandu jkun armat b’mezz ta’ soppressjoni ta’ titjir li jassorbi l-enerġija li jissodisfa l-ħtiġiet ta’ l-Anness II.

8.3.   Parakwi tax-xita

Dawn il-parakwi għandhom jestendu sal-parti l-baxxa tal-parafangu u jikkonformaw mal- punti 7.3.1. sa 7.3.9.

9.   Ħtiġiet li jirrigwardaw sistemi ta’ soppressjoni ta’ titjir armati b’mezz ta’ soppressjoni ta’ titjir ta’ separatur arja/ilma għal fwies b’roti ggwidati jew mhux iggwidati

9.1.   Parafangi

9.1.1.

Il-parafangi għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet tal-punt 7.1.1 (ċ).

9.1.2.

Parafangi għal fwies singoli jew multipli meta d-distanza bejn it-tyres fuq fwies ġaċenti teċċedi 300 mm għandhom ukoll jikkonformaw mal-punt 7.1.1 (a).

9.1.3.

Fil-każ ta’ fwies multipli meta d-distanza bejn it-tyres fuq fwies ġaċenti ma taqbiżx 300mm, il-parafangi għandhom ukol jikkonformaw mal-mudell muri fril-Figura 7.

9.2.   “Valances” ta’ barra

9.2.1.

It-truf ta’ isfel tal-valances ta’ barra għandhom jkunu armati b’mezzi ta’ soppressjoni ta’ titjir separatur arja/ilma li jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ l-Anness II.

9.2.2.

Fil-każ ta’ fwies singoli jew multipli meta id-distanza bejn it-tyres fuq fwies ġaċenti taqbeż 300mm, it-tarf ta’ isfel tal-mezz ta’ soppressjoni ta’ titjir armat fuq il-valance ta’ barra għandu jkollu id-dimensjonijiet massimi u r-radii li ġejjin, miċ-ċentru tar-rota (Figuri 6 u 7):



(a)Fwies armati b’roti ggwidati jew awto-iggwidati:

right accolade Rv ≤ 1,05R

mit-tarf ta’ quddiem (lejn il-parti ta’ quddiem tal-vettura) (ponta Ċ ma’ 30°)

sat-tarf ta’ wara (lejn il-parti ta’ wara tal-vettura) (ponta A ma’ 100mm)

(b)Fwies armati b’roti mhux iggwidati:

right accolade Rv ≤ 1,00R

mit-tarf ta’ quddiem (ponta Ċ ma’ 30°)

sat-tarf ta’ wara (ponta A ma’ 100mm)

meta R

=

hu r-raġġ tat-tyre armat fuq il-vettura;

Rv

=

id-distanza radjali mit-tarf ta’ isfel tal-valance ta’ barra saċ-ċentru tar-rota.

9.2.3.

Fil-każ ta’ fwies multipli meta d-distanza bejn it-tyres fuq fwies ġaċenti ma taqbiżx 300mm, il-valances ta’ barra li jinsabu fl-ispazji ta’ bejn il-fwies għandhom isegwu r- rotta speċifikata fil-punt 9.1.3, u għandhom jestendu ’l isfel b’mod li ma jkunux aktar minn 100 mm il-fuq linja dritta orizzontali għaddejja miċ-ċentru tar-roti (Disinn 7).

9.2.4.

Il-fond tal-valance ta’ barra għandu jestendi sa mhux anqas minn 45 mm, fil-punti kollha wara linja wieqfa għaddejja miċ-ċentru tar-rota. Dan il-fond jista’ jitnaqqas gradwalment quddiem din il-linja.

9.2.5.

Ebda ftuħ li minnu joħroġ it-titjir m’għandu jitħalla fil-valances ta’ barra jew bejn il- valances ta’ barra u l-parafangi.

9.3.   Parakwi tax-xita

9.3.1.

Il-parakwi tax-xita għandhom:

(a) jikkonformaw mal-punt 7.3 (Figura 3); jew

(b) jikkonformaw mal-punti 7.3.1, 7.3.2, 7.3.5, 7.3.8 u 9.3.2 (Figura 6).

9.3.2.

Tagħmir ta’ soppressjoni ta’ titjir li jikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness II, Appendiċi 2, għandu jiġi armat mal-parakwi tax-xita msemmija fil-punt 9.3.1 (b), ta’ linqas matul it-tarf kollu.

9.3.2.1.

Il-parti ta’ isfel tal-mezz ta’ soppressjoni ta’ titjir m’għandiex tkun aktar minn 200 mm mill-art.

9.3.2.2.

Il-mezz ta’ soppressjoni ta’ titjir għandu jkun mill-inqas 100 mm fond.

9.3.2.3.

Barra mill-parti ta’ isfel, li tinkludi l-mezz ta’ soppressjoni ta’ titjir, il-parakwa tax-xita kif imsemmija fil-punt 9.3.1 (b) m’għandhiex titgħawweġ b’iktar minn 100 mm lejn in- naħa ta’ wara taħt l-effett ta’ forza ta’ 3N għal kull 100 mm ta’ wisa’ tal-parakwa tax-xita mkejla fejn jiltaqgħu il-parakwa tax-xita mal-mezz ta’ soppressjoni ta’ titjir fil-posizzjoni ta’ operazzjoni tiegħu, applikata minn distanza ta’ 50 mm ’il fuq mill-parti ta’ isfel tal-parakwa tax-xita.

9.3.3.

Il-parakwa tax-xita m’għandhiex tkun iżjed minn 200 mm mit-tarf ta’ wara nett tat-tyre, imkejjel orizzontalment.




Appendiċi

MUDELL

(Format massimu: A4 (210 mm × 297 mm)

L-ANNESS MAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE FIR-RIGWARD TA’ TIP TA’ VETTURA FEJN GĦANDU X’JAQSAM L-ARMAR TA’ SISTEMI TA’ SOPPRESSJONI TA’ TITJIR

(L-Artikoli 4(2) u 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom)

image




ANNESS IV

KONFORMITÀ TA’ PRODUZZJONI

WAQFIEN MILL-PRODUZZJONI

1.   Konformità ta’ produzzjoni

1.1.

Kwalunkwe mezz ta’ soppressjoni ta’ titjir li għandu l-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għandu jikkonforma mat-tip li ġie approvat. L-awtorità li toħroġ il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE iżżomm kampjun li, flimkien maċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent, jista’ jintuża sabiex jiġi stabbilit jekk il-mezz imqiegħed fis-suq li għandu l-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent jissodisfax il-ħtiġiet iddikjarati.

1.2.

Tip ta’ mezz huwa ddefinit mill-mudell u d-dokumenti deskrittivi ppreżentati fil-ħin ta’ l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent. Mezz li l-karatteristiċi tiegħu huma identiċi ma’ dawk tal-mezz mudell u li l-komponenti l-oħra tiegħu ma jvarjawx minn dawk tal-mezz mudell ħlief għal xi varjanti li ma jaffettwawx il-karatteristiċi msemmija f’dan l-Anness jista’ jiġi kkunsidrat bħala li jappartjeni għall-istess tip.

1.3.

Il-manifattur iwettaq kontrolli ta’ rutina sabiex jiggarantixxi l-konformità ta’ produzzjoni tat-tip li ġie approvat.

Għal dan l-iskop il-manifattur għandu:

 jew ikollu disponnibbli laboratorju attrezzat tajjeb biżżejjed għat-twettieq tat-testijiet essenzjali, jew

 jkollu it-testijiet ta’ konformità ta’ produzzjoni mwettqa minn laboratorju approvat.

Ir-riżultati tal-kontrolli ta’ konformità ta’ produzzjoni għandhom ikunu disponibbli għall- ispezzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-inqas għal sena.

1.4.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu ukoll iwettqu kontrolli għall-għarrieda.

1.5.

Il-konformità ta’ produzzjoni mat-tip ta’ mezz li ġie approvat għandha tiġi kkontrollata taħt il-kondizzjonijiet u skond il-metodi previsti fl-Anness II.

Fuq talba ta’ l-awtoritajiet li taw l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent, il-manifatturi għandhom jipprovdulhom mezz tat-tip preċedentement approvat skond it-tip għall-iskop ta’ testijiet jew kontrolli ta’ konformità.

1.6

Mezz jitqies li jikkonforma jekk 9 minn 10 kampjuni magħżula b’mod saltwarju jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ Sezzjoni 4 ta’ l-Anness II, Appendiċi 1 u 2.

1.7.

Fil-każ li l-kondizzjoni speċifikata fil-punt 1.6 ma tiġix sodisfatta, 10 kampjuni oħra magħżula b’mod saltwarju għandhom jiġu eżaminati.

Il-medja tal-kejl kollu meħud għandha tkun tikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tal- punt 4 ta’ l-Anness II, Appendiċi 1 u 2, u ebda kejl individwali ma għandu jkun inqas minn 95 % tal-valur speċifikat.

2.   Waqfien mill-produzzjoni

Titolari ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent li jwaqqaf il-produzzjoni għandu jgħarraf minnufih lill-awtoritajiet kompetenti b’dak il-fatt.




FIGURES

Disinn 1

Wisa' (q) tal-parafangu (a) u posizzjoni tal- valance (j)

image

Nota: Id-disinni jirreferu ghall-istess bicciet li hemm fl-Anness III.

Disinn 2

Dimensjonijiet tal-parafangu u l-valance ta' barra

image

Nota:

1. Il-figuri kkwotati jirrigwardaw l-istess bicciet li hemm fl-Anness III.

2. T: wisa' tal-parafangu.

Disinn 3

Posizzjoni tal-parafangu u l-parakwa tax-xita

image

Nota: Il-figuri kkwotati jirrigwardaw l-istess bicciet li hemm fl-Anness III.

Disinn 4

Parafangi u valance ta' barra g?al roti ggwidati jew awto ggwidati jew mhux iggwidati

image

a) Dimensjonijiet tal-parafangi u valances ta' barra g?al fwies multipli

Nota:

1. Il-figuri kkwotati jirrigwardaw il-bicciet li gejjin fl-Anness III.

2. T: wisa' tal-parafangu.

image

b) Pozizzjoni ta' mezzi ta' soppressjoni ta' titjier g?al fwies multipli

Nota: Il-figuri jirrigwardaw l-istess bicciet li hemm fl-Anness III.

Disinn 5

Djagramma li turi l-armar ta' sistema ta' soppressjoni ta' titjir li tinkorpora mezzi ta' soppressjoni ta'' titjer armati b'assorbenti ta' energija ghal fwies armati b'roti gwida jew awto ggwidati

(Anness III - bicciet 6.2 u 8)

image

a) Fwies multipli fejn id-distanza bejn it-tyres hi angas minn 250 mm

image

b) Fwies singoli jew multipli fejn id-distanza bejn it-tyres mhijiex inqas minn 250 mm

Disinn 6

Djagramma li turi armar ta' sistema ta' soppressjoni ta' titjir li tinkorpora mezzi ta' soppressjoni ta' titjir arma arja/ilma ghal fwies armati b'roti ggwidati, awto ggwidati u mhux iggiwidati.

image

Nota:

1. Il-figuri jirrigwardaw l-istess bicciet li hemm fl-Anness III.

2. T: wisa' tal-parafangu.

Disinn 7

Djagramma li turi armar ta' sistema ta' soppressjoni ta' titjer li tinkorpora mezzi ta' soppressjoni (parafangu, parakwa tax-xita, valance ta' barra) ghal fwies multipli fejn id-distanza bejn it-tyres mhiijiex aktar minn 300 mm.

image

Nota:

1. Il-figura jirrigwardaw l-istess bicciet li hemm fl-Anness III.

2. T: wisa' tal-parafangu.

Disinn 8

Armatura ghat-test ta' mezzi ta' soppressjoni ta' titjer li jassorbu l-energija"

(Ara l-Anness II, Appendici 1)

image

Nota:

A

=

provvizjoni ta' ilma mill-pompa.

B

=

direzzjoni lejn it-tank kollettur.

C

=

collector with inside dimension of 500 (+ 5/- 0) mm length and 75 (+2/- 0) mm width.

D

=

thin-wall, 54 mm diameter pipe.

E

=

12 toqba mtaqbin b'mod radjali kif muri, djametru 1,68 (+0,025/-0) mm.

F

=

kampjun ta' 500 (+0: - 5) mm wisa ghall-ittestjar.

Id-dimensjonijiet linejari huma murija f'millimetri

Disinn 9

Armar ghall-ittestjar ta' mezzi ta' soppressjoni ta' titjer b'separatur arja/ilma

(ara l-Anness II, Appendici 2)

image

image



( 1 ) ĠU C 203, ta’ l-14.8.1990, pġ. 16.

( 2 ) ĠU C 96, tas-17.4.1990, pġ. 92 u id-Deċizjoni tat-13 ta’ Marzu 1991 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 3 ) ĠU C 62, tat-12.3.1990, pġ. 2.

( 4 ) ĠU Nr L 42, tat-23.2.1970, pġ. 1.

( 5 ) ĠU Nr L 220, tat-8.8.1987, pġ. 44.