1990L0429 — MT — 01.06.2012 — 006.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Ġunju 1990

li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi ta’ l-ispeċi tal-majjali

(90/429/KEE)

(ĠU L 224, 18.8.1990, p.62)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI ta' l-10 Settembru 1999

  L 242

20

14.9.1999

 M2

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-16 ta' Diċembru 1999

  L 13

21

19.1.2000

►M3

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 806/2003 ta' l-14 ta' April 2003

  L 122

1

16.5.2003

►M4

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/73/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-15 ta’ Lulju 2008

  L 219

40

14.8.2008

►M5

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 176/2012 tal-1 ta’ Marzu 2012

  L 61

1

2.3.2012


Emendat bi:

 A1

  C 241

21

29.8.1994




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Ġunju 1990

li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi ta’ l-ispeċi tal-majjali

(90/429/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi d-dispożizzjonijiet li jirrrigwardjaw il-problemi ta’ saħħa tal-bhejjem f’kummerċ intra-Komunitarju f’bhejjem tar-razza ta’ l-ifrat u l-majjali jidhru fid-Direttiva 64/432/KEE ( 4 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/360/KEE ( 5 ); billi b’żieda, id-Direttiva 72/462/KEE ( 6 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/227/KEE ( 7 ) fiha dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-problemi ta’ l-ispezzjonijiet veterinarji li wieħed jiltaqa’ magħhom ma l-importazzjoni ta’ bhejjem tar-razza ta’ l-ifrat u majjali minn pajjiżi terzi;

Billi d-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq assiguraw, fir-rigward ta’ kummerċ intra-Komunitarju u ta’ l-importazzjoni fil-Komunità ta’ bhejjem tar-razza ta’ l-ifrat u majjali minn pajjiżi terzi, li l-pajjiż tal-provenjenza jiggarantixxi li l-kriterji tas-saħħa tal-bhejjem ikunu ġew imwettqa sabiex ir-riskju li tinfirex marda tal-bhejjem tkun ġiet virtwalment eliminata; billi b’danakollu hemm ċertu riskju ta’ tixrid ta’ mard bħal dan fil-każ ta’ kummerċ ta’ sperma;

Billi fil-kuntest ta’ l-istrateġija tal-Komunità ta’ l-armonizzar ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali tas-saħħa tal-bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ bhejjem u prodotti tal-bhejjem, issa huwa meħtieġ li tinħoloq sistema armonizzata għal kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ sperma ta’ bhejjem tar-razza tal-majjali;

Billi, fil-kuntest ta’ kummerċ intra-Komunitarju ta’ sperma, l-Istat Membru fejn l-isperma tiġi miġbura għandu jkun taħt l-obbligu li jassigura li sperma bħal dik tkun ġiet miġbura u pproċessata f’ċentri ta’ ġbir approvati u ssorveljati, tkun ġiet miksuba minn bhejjem li l-istat ta’ saħħa tagħhom ikun tali li jassigura li r-riskju tat-tixrid tal-mard tal-bhejjem ikun eliminat, kienet ġiet miġbura, ipproċessata, maħżuna u ttrasportata bi qbil mar-regoli li jippreservaw l-istat tagħha ta’ saħħa u li tkun akkompanjata matul it-trasport lejn il-pajjiż tad-destinazzjoni b’ċertifikat ta’ saħħa tal-bhejjem sabiex ikun assigurat li dan l-obbligu jkun ġie mwettaq;

Billi d-differenza fl-istrateġija segwita fil-Komunità fir-rigward ta’ vaċċinazzjoni kontra ċertu mard tiġġustifika ż-żamma ta’ derogi, limitati fiż-żmien, li jawtorizzaw il-ħtieġa mill-Istati Membri, fir-rigward ta’ ċertu mard, ta’ protezzjoni addizzjonali kontra dak il-mard;

Billi għall-importazzjonijiet ta’ sperma fil-Komunità minn pajjiżi terzi għandha tkun imħejjija lista ta’ pajjiżi terzi li tieħu akkont tal-kriterji ta’ saħħa tal-bhejjem; billi indipendentement minn lista bħal din l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw importazzjoni ta’ sperma biss minn ċentri ta’ ġbir ta’ sperma li jilħqu ċerti normi u li jkunu ssorveljati uffiċjalment; billi; barra minn hekk, fir-rigward ta’ pajjiżi fuq dik il-lista, kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa tal-bhejjem għandhom ikunu stabbiliti bi qbil maċ-ċirkostanzi; billi, sabiex tkun ivverifikata l-konformità ma’ dawk in-normi, għandu jkun possibbli li jitwettqu kontrolli fuq il-post;

Billi r-regoli u proċeduri għal kontrolli stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 li jikkonċernaw il-verifiki veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju invista tat-twettiq tas-suq intern ( 8 ) għandhom ikunu estiżi sabiex ikopru din id-Direttiva;

Billi sabiex ma jitħalliex it-tixrid ta’ ċertu mard kuntaġġjuż, kontrolli ta’ l-importazzjoni għandhom jittwettqu meta kunsinna ta’ sperma tasal fit-territorju tal-Komunità ħlief fil-każ ta’ transitu estern;

Billi Stat Membru għandu jkollu l-permess li jieħu miżuri ta’ emerġenza fil-każ ta’ tfaqqigħ ta’ marda kuntaġġjuża fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz; billi l-perikoli assoċjati ma’ mard bħal dan u l-miżuri ta’ protezzjoni li huma jenħtieġu għandhom ikunu stmati bl-istess mod madwar il-Komunità; billi għal dak il-għan, għandha tkun istitwita proċedura ta’ emerġenza tal-Komunità li permezz tagħha għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa mill-Kumitat Veterinarju Uffiċjali;

Billi l-Kummissjoni għandha tkun fdata biex tieħu ċerti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva; billi għal dak il-għan, għandha tkun stabbilita proċedura għall-kooperazzjoni mill-qrib u effettiva bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Permanenti;

Billi din id-Direttiva ma taffettwax il-kummerċ ta’ sperma prodotta qabel id-data li fiha l-Istati Membri għandhom ikunu konformi magħha,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



IL-KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

L-Artikolu 1

Din id-Direttiva tistabbbilixxi l-kondizzjonijiet ta’ saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju ta’ u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ sperma ta’ bhejjem domestiċi ta’ l-ispeċi tar-razza tal-majjali.

L-Artikolu 2

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li jinstabu fl-Artikolu 2 tad-Direttivi 64/432/KEE, 72/462/KEE, 80/407/KEE ( 9 ) u 90/425/KEE ( 10 ) għandhom japplikaw kif ikun meħtieġ.

Barra minn hekk, “sperma” tfisser l-eġakulazzjoni ta’ bhima domestika ta’ l-ispeċi tar-razza tal-majjali, fl-istat mhux mibdula jew ippreparata jew miżjuda.



IL-KAPITOLU II

Kummerċ intra-Komunitarju

L-Artikolu 3

Kull Stat Membru għandu jassigura li sperma biss, li tissodisfa l-kondizzjonijiet ġenerali segwenti, tkun intenzjonata għall-kummerċ:

(a) għandha tkun ġiet miġbura u pproċessata, għall-iskopijiet ta’ inseminazzjoni artifiċjali, f’ċentru ta’ ġbir approvat mill-aspett ta’ saħħa tal-bhima għall-għan ta’ kummerċ intra-Komunitarju bi qbil ma l-Artikolu 5(1);

(b) għandha jkun ġiet miġbura minn bhejjem domestiċi ta’ l-ispeċi tar-razza tal-majjali li l-istat ta’ saħħa tagħhom tkun konformi ma’ l-Anness B;

(ċ) għandha tkun ġiet miġbura, ipproċessata, maħżuna u ttrasportata bi qbil ma’ l-Annessi A u Ċ.

L-Artikolu 4

1.  Sal-31 ta’ Diċembru 1992, l-Istati Membri li fihom, iċ-ċentri tal-ġbir kollha jkun fihom biss bhejjem li ma ġewx imlaqqma kontra l-marda Aujeszky li tagħti reazzjoni negattiva għat-test ta’ newtralizzazzjoni tas-serum, jew it-test ELISA għall-marda Aujeszky, bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva:

 jistgħu jirrifjutaw id-dħul fit-territorju tagħhom ta’ sperma minn ċentri ta’ ġbir li ma għandhomx dak l-istatus,

 ma jistgħux jipprojbixxu d-dħul ta’ sperma minn ħnieżer tar-refgħa li kienu ġew imlaqqma fiċ-ċentru ta’ ġbir bil-vaċċina GI deleted sakemm:

 

 vaċċinazzjoni bħal din tkun saret biss fuq ħnieżer tar-refgħa li kienu serum-negative fir-rigward tal-virus tal-marda Anjeszky,

 eżaminazzjonijiet seroloġiċi mwettqa l-aktar kmieni fi żmien tliet ġimgħat mill-vaċċinazzjoni ta’ ħnieżer tar-refgħa bħal dawn ma jurux il-preżenza ta’ antikorpi kkaġunati mill-virus tal-marda.

 F’dan il-każ kampjun ta’ sperma minn kull ġabra ta’ kuljum maħsuba għall-kummerċ jista’ jkun soġġett għal test ta’ l-iżolament tal-virus f’laboratorju approvat fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

 Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx jidħlu fis-seħħ sakemm il-Kummissjoni li taġixxi bi qbil ma’ l-Artikolu 18, mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1991, tkun stabbiliet il-protokolli għat-testijiet li għandhom jiġu użati għal dawn l-eżaminazzjonijiet b’segwiment tal-Kumitat Veterinarju Xjentifiku, b’mod partikolari b’konnessjoni mal-frekwenzi tat-testijiet li għandhom isiru fiċ-ċentru, it-testijiet ta’ l-iżolament tal-virus u l-effettività u s-sigurtà tal-vaċċin GI.

2.  Bi qbil mal-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 18, jista’ jkun deċiż li jiġu estiżi d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għal parti mit-territorju ta’ l-Istat Membru jekk iċ-ċentri kollha ta’ ġbir f’dik il-parti tat-territorju jkun fihom biss bhejjem li jagħtu reazzjoni negattiva għat-test ta’ newtralizzazzjoni tas-serum jew it-test ELISA għall-marda Aujeszky.

3.  Il-Kunsill għandu, qabel il-31 ta’ Diċembru 1992, jeżamina mill-ġdid dan l-Artikolu fuq il-bażi tar-rapport mill-Kummissjoni, akkompanjat bi kwalunkwe proposta.

L-Artikolu 5

1.  L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinsab iċ-ċentru ta’ ġbir ta’ sperma għandu jassigura li l-approvazzjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 3(a) tingħata biss jekk tissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ l-Anness A u tissodisfa d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

L-Istat Membru għandu jassigura wkoll li l-veterinarju uffiċjali jissorvelja l-osservanza ta’ dawk id-dispożizzjonijiet. Il-veterinarju uffiċjali għandu jipproponi li tiġi rtirata l-approvazzjoni meta waħda jew aktar mid-dispożizzjonijiet ma tkunx aktar osservata.

▼M4

2.  Iċ-ċentri kollha ta’ ġbir ta’ semen għandhom jiġu rreġistrati, b'kull ċentru jingħata numru ta’ reġistrazzjoni veterinarja.

Kull Stat Membru għandu jfassal u jżomm aġġornata l-lista taċ-ċentri ta’ ġbir ta’ semen u n-numri ta’ reġistrazzjoni veterinarja tagħhom u jagħmilha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

▼B

3.  Ir-regoli ġenerali sabiex ikun applikat dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18.

L-Artikolu 6

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li kull kunsinna ta’ sperma tkun akkompanjata b’ċertifikat ta’ saħħa tal-bhima mimli bi qbil ma’ l-abbozz fl-Anness D minn veterinarju uffiċjali ta’ l-Istat Membru tal-ġbir.

Dan iċ-ċertifikat għandu:

(a) jinkiteb f’għallinqas lingwa uffiċjali waħda ta’ l-Istat Membru tal-ġbir u waħda minn dawk ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni;

(b) jakkompanja l-kunsinna sad-destinazzjoni tagħha fil-forma oriġinali tiegħu;

(ċ) jiġi miktub fuq folja waħda;

(d) jkun magħmul għal kunsinna waħdanija.

2.  L-Istat Membru tad-destinazzjoni jista’, b’żieda mal-miżuri li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 90/425/KEE, jieħu l-miżuri meħtieġa, li jinkludu l-ħażna fi kwarantina, sakemm din ma taffettwax l-vijabbiltà ta’ l-isperma, sabiex jikseb prova definittiva f’każijiet meta l-isperma ikun issuspettata li tkun infettata jew ikkontaminata b’organiżmi patoġeniċi.



IL-KAPITOLU III

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

L-Artikolu 7

1.  Stat Membru jista’ jawtorizza l-importazzjoni ta’ sperma biss minn dawk il-pajjiżi terzi li jidhru f’lista mħejjija bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19. Dik il-lista’ tista tiġi ssupplimentata jew emendata bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18.

2.  Fid-deċiżjoni ta’ jekk pajjiż terz ikunx jista’ jidher fil-lista li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1, għandu jingħata kas partikolari ta’:

(a) l-istat tas-saħħa tal-bhejjem, bhejjem domestiċi oħra u bhejjem selvaġġi f’dak il-pajjiż, b’referenza partikolari lejn mard ta’ bhejjem eżotiċi, u s-sitwazzjoni ta’ saħħa ambjentali f’dak il-pajjiż, li tista tpoġġi fil-perikolu s-saħħa tal-bhejjem fl-Istati Membri;

(b) ir-regolarità u rapidità ta’ l-informazzjoni fornuta minn dak il-pajjiż dwar l-eżistenza ta’ mard kuntaġġjuż ta’ bhejjem fit-territorju tiegħu li jiġi trasmess permezz ta’ l-isperma, b’mod partikolari dak il-mard imsemmi fil-listi A u B ta’ l-Uffiċċju Internazzjonali ta’ Mard Epiżootiku;

(ċ) ir-regoli ta’ dak il-pajjiż dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard tal-bhejjem;

(d) l-istruttura tas-servizzi veterinarji f’dak il-pajjiż u s-saħħa tagħhom;

(e) l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri sabiex jipprevienu u jikkontrollaw mard kuntaġġjuż tal-bhejjem; u

(f) il-garanziji li dak il-pajjiż jista’ jagħti fir-rigward ta’ konformità ma din id-Direttiva.

3.  Il-lista li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 u l-emendi kollha għaliha għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

▼M4

L-Artikolu 8

1.  L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw biss l-importazzjoni ta’ semen mibgħut minn ċentru ta’ ġbir ta’ semen f’wieħed mill-pajjiżi terzi li jidher fil-lista msemmija fl-Artikolu 7 u li għalih l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat tista’ tiggarantixxi li ntlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) jissodisfa l-kondizzjonijiet:

(i) għall-approvazzjoni taċ-ċentri ta’ ġbir ta’ semen stipulati fil-Kapitolu I ta’ l-Anness A;

(ii) rigward is-sorveljanza ta’ dawn iċ-ċentri stipulati fil-Kapitolu II tiegħu;

(b) ikun ġie uffiċjalment approvat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz għall-esportazzjoni lejn il-Komunità;

(c) ikun tqiegħed taħt is-sorveljanza ta’ veterinarju taċ-ċentru;

(d) ikun suġġett għal spezzjonijiet minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz ikkonċernat mill-anqas darbtejn fis-sena.

2.  Il-lista taċ-ċentri ta’ ġbir ta’ semen li l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li tidher fuq il-lista msemmija fl-Artikolu 7 approvat skond il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u li minnhom is-semen jista’ jintbagħat lejn il-Komunità għandha tkun ikkomunikata lill-Kummissjoni.

L-approvazzjoni ta’ ċentru ta’ ġbir ta’ semen għandha tiġi immedjatament sospiża jew irtirata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jekk ma jissodisfax aktar il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 u l-Kummissjoni għandha tiġi infurmata immedjatament b’dan.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri bil-listi ġodda jew aġġornati kollha li hi tirċievi mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat skond dan il-paragrafu u għandha tqegħedhom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku għal skopijiet ta’ informazzjoni.

3.  Regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

▼B

L-Artikolu 9

1.  Sperma għandha tiġi minn bhejjem li, immedjatament qabel il-ġbir ta’ l-isperma tagħhom, baqgħu għal mill-inqas tliet xhur fit-territorju tal-pajjiż terz li jidher fil-lista li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 7(1).

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(1) u l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri ma għandhomx jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ sperma minn pajjiż terz fil-lista sakemm l-isperma tkun tikkonforma mal-ħtiġiet tas-saħħa tal-bhejjem adottati permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, għall-importazzjonijiet ta’ sperma minn dak il-pajjiż.

Fl-adottazzjoni tal-ħtiġiet li hemm referenza għalihom fl-ewwel sottoparagrafu, kunsiderazzjoni għandha tingħata lejn:

(a) is-sitwazzjoni tas-saħħa fl-inħawi ta’ madwar iċ-ċentru tal-ġbir ta’ l-isperma, b’referenza partikolari għall-mard li jidher fil-lista A ta’ l-Uffiċċju Internazzjonali ta’ Mard Epiżootiku;

(b) l-istat tas-saħħa tal-qatgħa fiċ-ċentru tal-ġbir ta’ l-isperma u l-ħtiġiet ta’ l-ittestjar;

(ċ) l-istat ta’ saħħa tal-bhima donatriċi u l-ħtiġiet ta’ l-ittestjar;

(d) il-ħtiġiet ta’ l-ittestjar fir-rigward ta’ l-isperma.

3.  Il-bażi ta’ referenza sabiex jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem għandhom ikunu n-normi stabbiliti fil-Kapitolu II ta’ l-Anness li korrispondenti. Jista’ jiġi deċiż, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, fuq bażi ta’ każ b’każ, li jiġu mneħħija dawn il-kondizzjonijiet meta l-pajjiż terz ikkonċernat jipprovdi garanziji simili tas-saħħa tal-bhejjem, li jkunu għallinqas ekwivalenti.

4.  L-Artikolu 4 għandu jgħodd.

L-Artikolu 10

1.  L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ l-isperma biss fuq il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-bhejjem miktub u ffirmat minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz tal-ġbir.

Dan iċ-ċertifikat għandu:

(a) jiġi miktub f’għallinqas waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni u waħda minn dawk ta’ l-istat Membru fejn isir il-kontroll ta’ l-importazzjoni li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 11;

(b) jakkompanja l-isperma sad-destinazzjoni tagħha fil-forma oriġinali;

(ċ) jiġi miktub fuq folja ta’ karta waħda;

(d) ikun magħmul għal destinatarju wieħed.

2.  Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-bhejjem għandu jkun jaqbel ma l-abbozz imħejjii permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19.

L-Artikolu 11

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li kull kunsinna ta’ sperma li tidħol fit-territorju tad-dwana tal-Komunità tkun soġġetta għall-kontroll qabel ma tinħeles għal ċirkolazzjoni ħielsa jew qabel ma titpoġġa taħt il-proċedura tad-dwana u għandha tipprojbixxi l-introduzzjoni ta’ l-isperma fil-Komunità jekk il-kontroll ta’ l-importazzjoni magħmul mal-wasla juri li:

 l-isperma ma tkunx ġejja mit-territorju ta’ pajjiż terz fil-lista mħajjija bi qbil ma’ l-Artikolu 7(1),

 l-isperma ma tkunx ġejja minn ċentru ta’ ġbir ta’ sperma fil-lista li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 8(1),

 l-isperma tkun ġejja mit-territorju ta’ pajjiż terz li minnu hija pprojbita l-importazzjoni bi qbil ma’ l-Artikolu 15(2),

 iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-bhejjem li jakkompanja l-isperma ma jkunx konformi mal-kondizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 10 u stabbiliti bi qbil miegħu.

Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal kunsinni ta’ sperma li jaslu fit-territorju tad-dwana tal-Komunità u li jitpoġġew taħt il-proċedura ta’ transit tad-dwana għall-kunsinna lejn destinazzjoni li tkun tinsab’ il barra mit-territorju msemmi.

Iżda, għandu jkun applikabbli meta t-transit doganali jitwarrab matul it-territorju tal-Komunità.

2.  L-Istat Membru ta’ destinazzjoni jista’ jieħu l-miżuri meħtieġa, li jinkludu l-ħażna fil-kwarantina sakemm dan ma jaffettwax il-vijabbltà ta’ l-isperma, sabiex tinkiseb prova definittiva f’każijiet meta jkun hemm suspett li l-isperma tkun infettata jew ikkontaminata b’organiżmi patoġeniċi.

3.  Jekk l-ammissjoni ta’ l-isperma tkun ġiet ipprojbita għal kwalunkwe raġuni stabbilita fil-paragrafi 1 u 2 u l-pajjiż terz esportatur ma jawtorizzax ir-ritorn ta’ l-isperma fi żmien 30 ġurnata fil-każ ta’ sperma iffriżata, jew immedjatament fil-każ ta’ sperma friska, l-awtorità veterinarja kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni tista’ tordna li tiġi meqruda.

L-Artikolu 12

Kull kunsinna ta’ l-isperma awtorizzata sabiex tiġi ammessa fil-Komunità minn Stat Membru fuq il-bażi tal-kontroll li hemm referenza għalih fl-Artikolu 11(1) għandha, meta mibgħuta lejn it-territorju ta’ l-istat Membru l-ieħor, tkun akkompanjata b’ċertifikat oriġinali jew kopja awtentikata tiegħu, awtorizzat kif xieraq, f’kull każ, mill-awtorità kompetenti li kienet responsabbli għall-kontroll imwettaq bi qbil ma l-Artikolu 11.

L-Artikolu 13

Jekk ikun deċiż li jittieħdu miżuri tal-qerda bis-saħħa ta’ l-Artikolu 11(3), l-ispejjeż kollha għandhom jitħallsu mill-fornitur, id-destinatarju jew mill-aġent tagħhom, mingħajr kumpens mill-Istat.



IL-KAPITOLU IV

Miżuri ta’ prekawzjoni u ta’ kontroll

L-Artikolu 14

Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 90/425/KEE għandhom japplikaw b’mod partikolari fir-rigward ta’ verifiki fl-oriġini, fl-organizzazzjoni u fl-osservar tal-verifiki li għandhom jitwettqu mill-Istat Membru tad-destinazzjoni.

L-Artikolu 15

1.  Il-miżuri ta’ prekawzjoni li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 90/425/KEE għandhom japplikaw għal kummerċ intra-Komunitarju.

▼M4

2.  Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 97/78/KE għandhom japplikaw, b’mod partikolari għall-organizzazzjoni u l-verifiki sussegwenti li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri u l-miżuri ta’ salvagwardja li għandhom ikunu applikati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22 ta’ dik id-Direttiva.

▼B

L-Artikolu 16

1.  Esperti veterinarji mill-Kummissjoni jistgħu, b’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-istati Membri u l-pajjiżi terzi, jagħmlu kontrolli fuq il-post sakemm dan ikun indispensabbli sabiex jassiguraw l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva.

Il-pajjiż tal-ġbir li fit-territorju tiegħu jkun qiegħed isir kontroll għandu jagħti l-għajnuna kollha meħtieġa lill-esperti fit-twettiq ta’ dmirijiethom.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-pajjiż tal-ġbir ikkonċernat bir-riżultati tal-kontrolli.

Il-pajjiż tal-ġbir ikkonċernat għandu jieħu kwalunkwe miżuri li juru li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jittieħed akkont tar-riżultati ta’ dan il-kontroll. Jekk il-pajjiż tal-ġbir ma jiħux dawk il-miżuri, il-Kummissjoni tista’, wara li tkun ġiet eżaminata s-sitwazzjoni mill-Kumitat Veterinarju Permanenti, tagħmel rikors għad-dispożizzjonijiet tat-tielet sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) u ta’ l-Artikolu 5.

2.  Id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-implimentazjoni ta’ dan l-Artikolu, speċjalment fir-rigward tal-frekwenza u l-metodu tat-twettiq tal-kontrolli li hemm referenza għalihom fl-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 1, għandhom ikunu stabbiliti permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19.



IL-KAPITOLU V

Dispożizzjonijiet finali

L-Artikolu 17

L-Annessi għal din id-Direttiva għandhom jiġu emendati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 sabiex jiġu addattati għall-avvanzi fit-teknoloġija.

▼M3

L-Artikolu 18

1.  Il-Kommissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanentri tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilit skond l-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 ( 11 ).

2.  Meta jsir riferiment għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 12 ).

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tiegħu ta' Proċedura.

L-Artikolu 19

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali.

2.  Meta jsir riferiment għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu taż-żmien sabbiit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal 15-il jum.

▼B

L-Artikolu 20

1.  Din id-Direttiva ma għandhiex tkun applikabbli għall-isperma miġbura u pproċessata fi Stat Membru qabel il-31 ta’ Diċembru 1991.

2.  Sad-data ta’ dħul fis-seħħ tad-deċiżjonijiet adottati bi qbil ma’ l-Artikoli 8, 9 u 10, l-Istati Membri ma għandhomx japplikaw għall-importazzjonijiet ta’ l-isperma minn pajjiżi terzi, kondizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Kapitolu II.

L-Artikolu 21

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 1991 l-aktar tard. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

L-Artikolu 22

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M1




L-ANNESS A

KAPITOLU I

Il-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta' ċentri għall-ġbir tas-semen

Iċ-ċentri għall-ġbir tas-semen għandhom:

1. ikunu mqiegħda taħt is-superviżjoni permanenti ta' veterenarju taċ-ċentru;

2. ikollhom mill-anqas:

(a) imqajjel għall-annimali inklużi l-faċilitajiet għall-iżolazzjoni ta' l-annimali li ma jkunux għaddew mit-testijiet deskritti fl-Anness B, il-Kapitolu II, jew li juru sinjali kliniċi tal-marda,

(b) faċilitajiet għall-ġbir tas-semen inkluża kamra separata għat-tindif u d-diżinfettazzjoni jew l-isterilizzazzjoni tat-tagħmir,

(ċ) kamra għall-ipproċessar tas-semen li mhux neċessarjament tkun fuq l-istess sit,

(d) kamra għall-ħażna tas-semen li mhux neċessarjament tkun fuq l-istess sit;

3. ikunu hekk mibnija jew iżolati hekk li jkun hemm il-prevenzjoni ta' l-kuntatt ma' bhejjem ħajjin barra miċ-ċentru;

4. ikunu hekk mibnija li l-faċilitajiet għaż-żamma ta' l-annimali u għall-ġbir tas-semen, għall-ipproċessar u għall-ħażna jistgħu jkunu mnaddfa u ddiżinfettati mingħajr tbagħtija;

5. ikunu hekk iddisinjati li l-akkommodazzjoni ta' l-annimali tkun fiżikament separta mill-kamra ta' l-ipproċessar tas-semen u li t-tnejn li huma jkunu separati mill-kamra tal-ħażna tas-semen.

KAPITOLU II

Kondizzjonijiet li jirrigwardaw is-sorveljanza taċ-ċentri tal-ġbir tas-semen

Iċ-ċentri tal-ġbir tas-semen għandhom:

1. ikunu hekk issorveljati li jkun fihom biss annimali ħajjin ta' l-ispeċi li s-semen tagħhom għandu jkun miġbur;

2. ikunu hekk issorveljati tali li jinżammu reġistri, files, jew reġistri bil-kompjuter, ta' l-annimali tar-razza tal-majjali kollha f'dak iċ-ċentru, li jkollhom dettalji tar-razza, tad-data tat-twelid u ta' l-identifikazzjoni ta' kull wieħed mill-annimali, u wkoll registru, file jew reġistru bil-kompjuter tal-verifiki kollha għall-mard u l-vaċċinazzjonijiet kollha mwettqa, li jkun fihom ukoll informazzjoni mill-file ta' kull annimal dwar il-mard/saħħa tiegħu;

3. ikollhom spezzjoni regolari minn veterenarju uffiċjali, mill-anqas darbtejn fis-sena, u kull darba għandhom jitwettqu verifiki dwar il-kondizzjonijiet ta' l-approvazzjoni u tas-sorveljanza;

4. ikollhom tali sorveljanza li d-dħul ta' persuni mhux awtorizzati tkun ipprevenuta. Aktar minn hekk, viżitaturi awtorizzati għandhom ikunu meħtieġa li jkunu konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti mill-veterinarju taċ-ċentru;

5. jimpjegaw persuna teknikament kompetenti u mħarrġa sewwa fil-proċeduri tad-diżinfettazzjoni u t-teknika ta' l-iġjene li huma relevanti għall-kontrol tat-tixrid tal-mard;

6. ikollhom sorveljanza tali hekk li:

(a) biss dak is-semen li jkun miġbur f'ċentru approvat ikun ipproċessat u maħżun f'ċentri approvati, mingħajr ma jiġi f'kuntatt ma' xi konsenji oħra ta' semen;

(b) il-ġbir, l-ipproċessar u l-ħażna tas-semen isseħħ biss f'dak il-bini mħolli għal dak l-iskop u permezz tal-kondizzjonijiet ta' iġjene l-aktar stretti;

(ċ) l-apparat kollu li jiġi f'kuntatt mas-semen jew ma' l-annimal donatur matul il-ġbir u l-ipproċessar ikun iddiżinfettat sewwa jew sterilizzat qabel l-użu;

(d) prodotti ta' l-oriġini mill-annimali użati fl-ipproċessar tas-semen - inklużi addittivi jew dilwenti - ikunu akkwistati minn sorsi li ma jippreżentaw l-ebda riskju għas-saħħa ta' l-annimali jew li jkunu hekk trattati qabel l-użu li riskju bħal dak ikun ipprevenut;

(e) vażetti tal-ħażna u vażetti tat-trasport ikunu ddiżinfettati sewwa jew sterilizzati qabel l-użu fil-bidu ta' kull operazzjoni tal-mili;

(f) l-aġent krioġeniku użat ma jkunx ġie użat qabel għal xi prodotti oħra ta' oriġini mill-annimali;

(g) kull ġabra tas-semen, sew jekk iva u anki jekk le, ma tkunx separata f'dożi individwali, tkun immarkata ċara b'tali mod li d-data tal-ġabra tas-semen u tar-razza u ta' l-identifikazzjoni ta' l-annimal donatur, kif ukoll l-isem u n-numru tar-reġistrazzjoni taċ-ċentru, ippreċedut bl-isem tal-pajjiż ta' l-oriġini, meta xieraq, fl-għamla ta' kodiċi, jista' jkun stabbilit mingħajr tbagħtija; il-karatteristiċi u l-għamla ta' din il-marka għandhom ikunu stabbiliti permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19.

▼M5




ANNESS B

KAPITOLU I

Il-Kundizzjonijiet għad-dħul ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi porċina f’ċentru għall-ġbir tas-semen

1. L-annimali domestiċi kollha tal-ispeċi porċina (“l-annimali”), minn qabel ma jiddaħħlu fiċ-ċentru għall-ġbir tas-semen, għandhom:

1.1. ikunu ġew soġġetti għall-kwarantina għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum f’akkomodazzjoni approvata speċifikament għal dak l-għan mill-awtorità kompetenti, u fejn ikun hemm preżenti biss annimali li għandhom tal-inqas l-istess stat ta’ saħħa (“akkomodazzjoni ta’ kwarantina’);

1.2. qabel ma jiddaħħlu fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina li hemm referenza għaliha fil-punt 1.1.:

1.2.1. ikunu ntgħażlu minn merħliet jew stabbilimenti:

(a) li huma ħielsa mill-bruċellosi skont il-Kapitolu dwar il-bruċellosi porċina tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE);

(b) li fihom ma kien preżenti l-ebda annimal imlaqqam kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer matul it-12-il xahar preċedenti;

(ċ) li fihom ma nstabet l-ebda evidenza klinika, seroloġika jew viroloġika tal-marda ta’ Aujeszky matul it-12-il xahar preċedenti,

(d) li ma jinsabux f’żona ristretta definita skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni minħabba xi tifqigħa ta’ marda infettiva jew kontaġġjuża tal-majjali domestiċi, inklużi l-marda tal-ilsien u d-dwiefer, il-marda vesikulari tal-ħnieżer, l-istomatite vesikulari, id-deni klassiku tal-ħnieżer u d-deni Afrikan tal-ħnieżer;

1.2.2. preċedentement ma jkunux inżammu f’xi merħla bi stat ta’ saħħa inferjuri għal dak deskritt fil-punt 1.2.1.;

1.3. fi żmien 30 jum qabel ma jiddaħħlu fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina li hemm referenza għaliha fil-punt 1.1. ikunu ġew soġġetti għal dawn it-testijiet, imwettqa skont l-istandards stabbiliti jew imsemmija fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, b’riżultati negattivi:

(a) fir-rigward tal-bruċellożi, test tal-antiġeni tal-Brucella newtralizzat (it-test rose Bengal), jew cELISA jew iELISA,

(b) fir-rigward tal-marda ta’ Aujeszky,

(i) fil-każ ta’ annimali mhux imlaqqma, ELISA għas-sejba tal-antikorpi kontra l-virus intier tal-marda ta’ Aujeszky jew kontra l-glikoproteina B (ADV-gB) jew il-glikoproteina D (ADV-gD) jew test tan-newtralizzazzjoni tas-serum;

(ii) fil-każ ta’ annimali mlaqqma bil-vaċċin gE mħassar, ELISA għas-sejba tal-antikorpi kontra l-glikoproteina E (ADV-gE) tal-virus tal-marda ta’ Aujeszky;

(ċ) fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer, test ELISA għall-antikorpi jew test tan-newtralizzazzjoni tas-serum.

Jekk xi annimali jirriżultaw pożittivi fit-test għall-bruċellożi imsemmi fil-(a), annimali b’riżultati negattivi fl-istess stabbiliment ma għandhomx jiddaħħlu fl-akkomodazzjoni tal-kwarantina sakemm ikun ikkonfermat li l-istat tal-merħliet jew tal-istabbilimenti tal-oriġini tar-reatturi pożittivi jkunu ħielsa mill-bruċellożi.

L-awtorità kompetenti tista’ tagħti l-awtorizzazzjoni għat-testijiet li hemm referenza għalihom f’dan il-punt u li għandhom jitwettqu fl-akkomodazzjoni tal-kwarantina, sakemm ir-riżultati jkunu magħrufa qabel il-bidu tal-perjodu ta’ kwarantina stipulat fil-punt 1.1.

Rigward il-marda ta’ Aujeszky, it-testijiet seroloġiċi mwettqa skont din id-Direttiva għandhom jilħqu l-istandards stabbiliti fl-Anness III mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda ( 13 ).

1.4. kienu soġġetti għat-testijiet li ġejjin imwettqa fuq kampjuni miġbura matul l-aħħar 15-il jum tal-perjodu ta’ kwarantina stipulat fil-punt 1.1.:

(a) fir-rigward tal-bruċellożi, test tal-antiġeni tal-Brucella newtralizzat (it-test rose Bengal), jew cELISA jew iELISA,

(b) fir-rigward tal-marda ta’ Aujeszky,

(i) fil-każ ta’ annimali mhux imlaqqma, ELISA għas-sejba ta’ antikorpi kontra l-virus intier tal-marda ta’ Aujeszky jew kontra l-glikoproteina B (ADV-gB) tiegħu jew il-glikoproteina D (ADV-gD) jew test tan-newtralizzazzjoni tas-serum;

(ii) fil-każ ta’ annimali mlaqqma bil-vaċċin gE mħassar, ELISA għas-sejba ta’ antikorpi kontra l-glikoproteina E (ADV-gE) tal-virus tal-marda ta’ Aujeszky.

Jekk xi annimali jirriżultaw pożittivi fit-testijiet għall-bruċellosi msemmija fil-(a) u s-suspett tal-bruċellosi ma jkunx ġie eskluż skont il-punt 1.5.2. dawk l-annimali għandhom jitneħħew minnufih mill-akkomodazzjoni tal-kwarantina.

Jekk xi annimali jirriżultaw pożittivi fit-testijiet għall-marda ta’ Aujeszky msemmija fil-(b), dawk l-annimali għandhom jitneħħew minnufih mill-akkomodazzjoni tal-kwarantina.

Fil-każ fejn grupp ta’ annimali jkun fil-kwarantina, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tassigura li l-annimali li jkun fadal, u li jkunu rriżultaw negattivi għat-testijiet imsemmija fl-(a) u fil-(b), ikollhom stat ta’ saħħa sodisfaċenti qabel ma jiddaħħlu fiċ-ċentru għall-ġbir tas-semen skont dan l-Anness.

1.5. Il-miżuri meħuda fil-każ ta’ suspett ta’ bruċellosi:

1.5.1. Dan il-protokoll għandu jkun implimentat fir-rigward ta’ annimali li jirriżultaw pożittivi għall-bruċellożi fit-test imsemmi fil-punt 1.4.(a):

(a) is-sera pożittivi huma soġġetti għal mill-anqas wieħed mit-testijiet alternattivi stipulati fil-punt 1.4.(a) li ma jkunx twettaq fuq il-kampjuni msemmija fil-punt 1.4.,

(b) titwettaq inkjesta epidemijoloġika fuq l-istabbiliment(i) tal-oriġini tal-annimali li jkollhom reazzjoni,

(ċ) fuq l-annimali li jkunu rriżultaw pożittivi fit-testijiet imsemmija fil-punti 1.4.(a) u 1.5.1.(a), mill-anqas wieħed mit-testijiet li ġejjin għandu jitwettaq fuq il-kampjuni miġbura mill-anqas sebat ijiem wara d-data tal-ġbir tal-kampjuni msemmija fil-punt 1.4.:

(i) test tal-antiġeni tal-Brucella newtralizzat (it-test Rose Bengal);

(ii) test tal-agglutinazzjoni tas-serum;

(iii) test ta’ fissazzjoni kumplimentari;

(iv) cELISA;

(v) iELISA.

1.5.2. Is-suspett ta’ bruċellosi għandu jiġi eskluż sakemm:

(a) jew ir-repetizzjoni tal-ittestjar imsemmi fil-punt 1.5.1.(a) jkun ta riżultat negattiv, l-inkjesta epidemijoloġika fl-istabbiliment(i) tal-oriġini ma urietx il-preżenza ta’ bruċellożi porċina u t-test msemmi fil-punt 1.5.1.(c) twettaq u jkun ta riżultat negattiv; jew inkella

(b) l-inkjesta epidemijoloġika fl-istabbiliment(i) tal-oriġini ma urietx il-preżenza ta’ bruċellożi porċina u l-annimali kollha li taw riżultat pożittiv fit-test imsemmi fil-punti 1.5.1(a) jew (c) kienu soġġetti b’riżultati negattivi f’kull każ għal eżami post-mortem u test għall-identifikazzjoni tal-aġent għall-bruċellożi porċina.

1.5.3. Wara li s-suspett ta’ bruċellożi jiġi eskluż, l-annimali kollha mill-akkomodazzjoni ta’ kwarantina msemmija fit-tieni paragrafu tal-punt 1.4. jistgħu jiddaħħlu fiċ-ċentru għall-ġbir tas-semen.

2. It-testijiet kollha għandhom jitwettqu f’laboratorju approvat.

3. L-annimali jistgħu jiddaħħlu fiċ-ċentri għall-ġbir tas-semen bil-permess espress tal-veterinarju taċ-ċentru. Il-movimenti kollha tal-annimali, li jidħlu fiċ-ċentru għall-ġbir tas-semen u joħorġu minnu, għandhom jiġu rreġistrati.

4. L-ebda annimal ma għandu juri xi sinjali kliniċi ta’ mard fid-data li jitħalla jidħol fiċ-ċentru għall-ġbir tas-semen.

5. L-annimali kollha għandhom, mingħajr ħsara għall-punt 6, ikunu ġejjin direttament mill-akkomodazzjoni ta’ kwarantina li, fid-data tal-kunsinna, tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ma tinstabx f’żona ristretta ddefinita skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni minħabba xi tifqigħa ta’ marda infettiva jew kontaġġjuża tal-majjali domestiċi, inklużi l-marda tal-ilsien u d-dwiefer, il-marda vesikulari tal-ħnieżer, l-istomatite vesikulari, id-deni klassiku tal-ħnieżer u d-deni Afrikan tal-ħnieżer;

(b) ma tkun irreġistrata l-ebda xhieda klinika, seroloġika, viroloġika jew patoloġika tal-marda ta’ Aujeszky għall-aħħar 30 jum qabel id-data ta’ konsenja.

6. L-annimali jistgħu jiġu trasferiti direttament minn ċentru għall-ġbir tas-semen għall-ieħor bi stat ta’ saħħa ugwali mingħajr kwarantina jew testijiet, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5 huma ssodisfati u t-testijiet ta’ rutina obbligatorji msemmija fil-Kapitolu II ikunu twettqu matul it-12-il xahar qabel id-data tat-trasferiment.

Dawn l-annimal inkwistjoni ma għandhomx jiġu f’kuntatt dirett jew indirett ma’ bhejjem tal-ifrat li huma fi stat ta’ saħħa inferjuri u l-mezz ta’ trasport użat għandu jkun iddiżinfettat qabel ma jintuza.

7. Għall-iskop tal-punt 6 u fil-każ ta’ kummerċ bejn l-Istati Membri, l-annimali għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal annimali tal-speċi porċina għal tgħammir skont il-Mudell 2 fl-Anness F mad-Direttiva 64/432/KEE, b’waħda mill-garanziji addizzjonali li ġejjin, li tikkorrispondi mal-istat tagħhom, li qed jiġu ċċertifikati billi jiżdied dan li ġej mat-Taqsima C ta’ dak iċ-ċertifikat:

“7. L-annimali jiġu direttament minn

(1) jew

[ċentru għall-ġbir tas-semen li jkun konformi mad-Direttiva 90/429/KEE.]

(1) jew

[akkomodazzjoni ta’ kwarantina u huma konformi mal-kundizzjonijiet għad-dħul fiċ-ċentri għall-ġbir tas-semen stipulati fil-Kapitolu I tal-Anness B mad-Direttiva 90/429/KEE.]

(1) jew

[stabbiliment fejn kienu għaddew mill-protokoll li jippreċedi d-dħul fil-kwarantina u huma konformi mal-kundizzjonijiet għad-dħul fil-kwarantina stipulati fil-punti 1.2 u 1.3 u fil-punt 2 tal-Kapitolu I tal-Anness B mad-Direttiva 90/429/KEE.]”

KAPITOLU II

Testijiet ta’ rutina obbligatorji għall-annimali mizmuma f’ċentru għall-ġbir tas-semen

1. It-testijiet ta’ rutina obbligatorji għandhom jitwettqu kif ġej:

1.1. L-annimali kollha f’ċentru għall-ġbir tas-semen għandhom ikunu soġġetti għat-testijiet b’riżultati negattivi li ġejjin:

(a) fir-rigward tal-bruċellożi, test tal-antiġeni tal-Brucella newtralizzat (it-test rose Bengal), jew cELISA jew iELISA;

(b) fir-rigward tal-marda ta’ Aujeszky,

(i) fil-każ ta’ annimali mhux imlaqqma, ELISA għas-sejba ta’ antikorpi kontra l-virus intier tal-marda ta’ Aujeszky jew kontra l-glikoproteina B (ADV-gB) tiegħu jew il-glikoproteina D (ADV-gD) jew test tan-newtralizzazzjoni tas-serum;

(ii) fil-każ ta’ annimali mlaqqma bil-vaċċin gE mħassar, ELISA għas-sejba ta’ antikorpi kontra l-glikoproteina E (ADV-gE) tal-virus tal-marda ta’ Aujeszky;

(ċ) fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer, test ELISA għall-antikorpi jew test tan-newtralizzazzjoni tas-serum.

1.2. It-testijiet stabbiliti fil-punt 1.1. għandhom jitwettqu fuq kampjuni meħuda:

(a) mill-annimali kollha eżatt qabel ma dawn joħorġu miċ-ċentru għall-ġbir tas-semen, jew mal-wasla tagħhom fil-biċċerija, u fl-ebda każ aktar tard minn 12-il xahar wara d-data tad-dħul tagħhom fiċ-ċentru għall-ġbir tas-semen, jew

(b) kull tliet xhur għal mill-inqas 25 % tal-annimali fiċ-ċentru għall-ġbir tas-semen u l-veterinarju taċ-ċentru għandu jassigura li l-annimali inklużi fil-kampjun huma rappreżentattivi tal-popolazzjoni totali ta’ dak iċ-ċentru, partikolarment rigward il-gruppi tal-età u l-akkomodazzjoni.

1.3. Fil-post fejn isir l-ittestjar skont il-punt 1.2.(b), il-veterinarju taċ-ċentru għandu jkun żgur li l-annimali kollha jkunu ttestjati skont il-punt 1.1. tal-anqas darba matul il-waqfa tagħhom fiċ-ċentru għall-ġbir tas-semen u tal-inqas kull 12-il xahar mid-data tad-dħul, jekk il-waqfa tagħhom taqbeż it-12-il xahar.

2. It-testijiet kollha għandhom jitwettqu f’laboratorju approvat.

3. Jekk uħud mit-testijiet stipulati fil-punt 1.1. jirriżultaw fil-pożittiv, l-annimali għandhom jiġu iżolati u s-semen miġbur minnhom sa minn meta kien hemm l-aħħar test negattiv ma jistax ikun soġġett għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni.

Is-semen miġbur minn kull annimal fiċ-ċentru għall-ġbir tas-semen mid-data tal-aħħar test negattiv ta’ dak l-annimal għandu jinżamm f’ħażna separata u ma għandux ikun soġġett għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni sakemm l-istat ta’ saħħa ta’ dak iċ-ċentru ikun ġie stabbilit mill-ġdid taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.




ANNESS C

Kundizzjonijiet għal semen miġbur f’ċentru għall-ġbir tas-semen u maħsub għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni

1. Is-semen irid jinkiseb minn annimali li:

(a) ma juru l-ebda sinjal kliniku ta’ mard fid-data ta’ meta jkun inġabar is-semen;

(b) ma jkunux imlaqqma kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer;

(ċ) jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Kapitolu I tal-Anness B;

(d) ma jitħallewx iservu b’mod naturali;

(e) jinżammu f’ċentri għall-ġbir tas-semen li ma jinstabux f’żona ristretta ddefinita skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni minħabba xi tifqigħa ta’ xi marda infettiva jew kontaġġjuża tal-majjali domestiċi, inklużi l-marda tal-ilsien u d-dwiefer, il-marda vesikulari tal-ħnieżer, l-istomatite vesikulari, id-deni klassiku tal-ħnieżer u d-deni Afrikan tal-ħnieżer;

(f) jinżammu f’ċentri għall-ġbir tas-semen li fih ma tkun instabet l-ebda evidenza tal-marda ta’ Aujeszky kemm jekk klinika, seroloġika, viroloġika jew patoloġika matul il-perjodu ta’ 30 jum immedjatament qabel id-data tal-ġbir.

2. Taħlita effettiva ta’ antibijotiċi, partikolarment kontra l-leptospiri, għanda tiġi miżjuda mas-semen wara d-dilwizzjoni finali jew mal-materjal tad-dilwizzjoni.

Fil-każ ta’ semen iffriżat, l-antibijotiċi għandhom ikunu miżjuda qabel ma s-semen jiġi ffriżat.

2.1. It-taħlita ta’ antibijotiċi msemmija fil-punt 2, għandha tipproduċi effett li tal-anqas ikun ekwivalenti għal din il-konċentrazzjoni fis-semen dilwit finali:

(a) mhux anqas minn 500 μg ta’ streptomiċina għal kull ml tad-dilwizzjoni finali;

(b) mhux anqas minn 500 IU ta’ peniċillina għal kull ml tad-dilwizzjoni finali;

(ċ) mhux anqas minn 150 μg ta’ linkomiċina għal kull ml tad-dilwizzjoni finali;

(d) mhux anqas minn 300 μg ta’ streptomiċina għal kull ml tad-dilwizzjoni finali;

2.2. Immedjatament wara ż-żieda tal-antibijotiċi, is-semen dilwit għandu jinżamm f’temperatura ta’ mill-anqas 15 °C għal perjodu ta’ mhux anqas minn 45 minuta.

3. Is-semen maħsub għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni għandu:

(a) jinħażen kif stabbilit fil-punt 2(d) tal-Kapitolu I u l-punt 6(a), (b), (e) u (f) tal-Kapitolu II tal-Anness A qabel id-dispaċċ;

(b) ikun ittrasportat lejn l-Istat Membru tad-destinazzjoni f’kontenituri li jkunu tnaddfu u ġew iddiżinfettati jew sterilizzati qabel l-użu u li jkunu ġew issiġillati qabel id-dispaċċ miċ-ċentru għall-ġbir tas-semen.

4. L-Istati Membri jistgħu jiċħdu d-dħul ta’ semen minn ċentri tal-ġbir fejn ikunu aċċettati annimali mlaqqma kontra l-marda ta’ Aujeszky, fit-territorju tagħhom jew f’reġjun tat-teritorju tagħhom, meta dawn ikunu rikonoxxuti bħala ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE.

L-Istati Membri li għandhom il-ħsieb li jagħmlu użu mid-dispożizzjonijiet fl-ewwel paragrafu għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra qabel l-applikazzjoni tagħhom.




ANNESS D

Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-kummerċ tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi porċina ġewwa l-Unjoni

Parti I: Dettalji tal-kunsinna ppreżentataL-UNJONI EWROPEAĊertifikat għall-kummerċ ġewwa l-UnjoniI.1. KunsinnaturIsemIndirizzKodiċi postaliI.2. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikatI.2.a. Nru ta’ referenza lokaliI.3. Awtorità kompetenti ċentraliI.4. Awtorità kompetenti lokaliI.5. DestinatarjuIsemIndirizzKodiċi postaliI.6.I.7.I.8. Pajjiż tal-oriġiniKodiċi ISOI.9. Reġjun ta’ oriġiniKodiċiI.10. Pajjiż tad-destinazzjoniKodiċi ISOI.11. Reġjun tad-destinazzjoniKodiċiI.12. Post tal-oriġiniĊentru tas-semenIsemNumru tal-approvazzjoniIndirizzKodiċi postaliI.13. Post tad-destinazzjoniĊentru tas-semenStabbilimentIsemNumru tal-approvazzjoniAddressKodiċi postaliI.14.I.15.I.16. Mezz ta’ trasportAjruplanVapurVagun tal-ferrovijaVettura tat-triqMezz ieħorIdentifikazzjoniI.17.I.18. Deskrizzjoni tal-prodottI.19. Kodiċi tal-komodità (Kodiċi HS)05 11 99 85I.20. KwantitàI.21. Temperatura tal-prodottiAmbjentImkessaħIffriżatI.22. Għadd ta’ pakkettiI.23. Nru tas-Siġill/KonteniturI.24. Tip ta’ imballaġġI.25. Komoditajiet iċċertifikati għal:Riproduzzjoni artifiċjaliI.26. Tranżitu minn ġo pajjiz terzPajjiż terzKodiċi ISOPunt tal-ħruġKodiċiPunt tad-dħulNru tal-BIPI.27. Tranżitu minn ġo Stati MembriStat MembruKodiċi ISOStat MembruKodiċi ISOStat MembruKodiċi ISOI.28. EsportazzjoniPajjiż terzKodiċi ISOPunt tal-ħruġKodiċiI.29.I.30.I.31. Identifikazzjoni tal-komoditajietSpeċi(Isem xjentifiku)RazzaIdentità tad-donaturId-data tal-ġbirNumru tal-approvazzjoni taċ-ċentruKwantità

Parti II: ĊertifikazzjoniL-UNJONI EWROPEASemen porċinaII. Tagħrif dwar is-saħħaII.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikatII.b. Numru tar-referenza lokaliJien, il-veterinarju uffiċjali hawn taħt iffirmat, b’dan niċċertifika li s-semen deskritt hawn fuq kien:II.1. inġabar, ġie pproċessat u nħażen fiċ-ċentru għall-ġbir tas-semen (2) approvat u ssorveljat mill-awtorità kompetenti skont il-Kapitolu I u l-Kapitolu II tal-Anness A mad-Direttiva 90/429/KEE;(1) jew [II.2. inġabar f’ċentru għall-ġbir tas-semen li fih biss annimali li ma tlaqqmux kontra l-marda ta’ Aujeszky u li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness B mad-Direttiva 90/429/KEE;](1)(3) u/jew [II.2. inġabar f’ċentru għall-ġbir tas-semen li fih l-annimali kollha jew ftit minnhom tlaqqmu kontra l-marda ta’ Aujeszky permezz tal-vaċċin gE imħassar u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness B mad-Direttiva 90/429/KEE;]II.3. inġabar, ġie pproċessat, inħażen u ġie ttrasportat f’kundizzjonijiet li jikkonformaw mal-istandards stabbiliti fl-Anness C mad-Direttiva 90/429/KEE;RimarkiParti I:Kaxxa I.12.: il-Post tal-oriġini għandu jikkorrispondi maċ-ċentru għall-ġbir tas-semen [kif iddefinit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 90/429/KEE] tad-dispaċċ tas-semen.Kaxxa I.13.: il-Post tad-destinazzjoni għandu jikkorrispondi maċ-ċentru għall-ġbir tas-semen [kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 90/429/KEE], jew mal-istabbiliment tad-destinazzjoni tas-semen.Kaxxa I.23.: L-Identifikazzjoni tal-kontenitur u n-numru tas-siġill għandhom jiġu indikati.Kaxxa I.31.: L-Identità tad-donatur għandha tinkludi l-marka uffiċjali tal-identifikazzjoni tal-annimali skont id-Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer (ĠU L 213, 8.8.2008, p. 31).Id-Data tal-ġbir għandha tiġi indikata fil-format li ġej: jj/xx/ssss.In-Numru tal-approvazzjoni taċ-ċentru għandu jikkorrispondi man-numru tal-approvazzjoni taċ-ċentru għall-ġbir tas-semen minn fejn ikun inġabar is-semen.Parti II:(1) Ħassar kif xieraq.(2) Ċentri għall-ġbir tas-semen approvati u elenkati biss skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/food/animal/approved_establishments/establishments_vet_field_en.htm(3) Din l-għażla għandha titħassar f’każ li l-Istat Membru tad-destinazzjoni, jew xi reġjun tiegħu, huwa ħieles mill-marda ta’ Aujeszky skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE, għarraf lill-Kummissjoni skont il-punt 4 tal-Anness C mad-Direttiva 90/429/KEE u huwa elenkat fil-websajt li ġejja: http://ec.europa.eu/food/animal/semen_ova/porcine/index_en.htmIl-kulur tat-timbru u l-firma jridu jkunu differenti minn dak tad-dettalji l-oħra taċ-ċertifikat.Il-veterinarju uffiċjaliIsem (b’ittri kapitali):Kwalifika u titlu:Unità veterinarja lokali:Nru tal-LVU:Data:Firma:Timbru:



( 1 ) ĠU C 267, tas-6.10.1983, p. 5.

( 2 ) ĠU C 342, tad-19.12.1983, p. 11.

( 3 ) ĠU C 140, tat-28.5.1984, p. 6.

( 4 ) ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64.

( 5 ) ĠU L 153, tas-6.6.1989, p. 29.

( 6 ) ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

( 7 ) ĠU L 93, tas-6.4.1989, p. 25.

( 8 ) ĠU L 395, tal-31.12.1989, p. 13.

( 9 ) ĠU L 194, tat-22.7.1988, p. 10.

( 10 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

( 11 ) ĠU L 31, ta' l-1.2.2002, p. 1.

( 12 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23

( 13 ) ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19.