01990L0269 — MT — 26.07.2019 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL tad-29 ta' Mejju 1990 dwar il-ħtiġijiet minimi tas-saħħa u tas-sigurtà għat-tqandil manwali tat-tagħbija fejn hemm riskju partikolarment ta' korriment tad-dahar għall-ħaddiema (ir-raba' Direttiva individwali fit-tifsira ta' Artikolu 16(1) tad- Direttiva 89/391/KEE (ĠU L 156 21.6.1990, p. 9) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 165 |
21 |
27.6.2007 |
||
REGOLAMENT (UE) 2019/1243 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019 |
L 198 |
241 |
25.7.2019 |
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL
tad-29 ta' Mejju 1990
dwar il-ħtiġijiet minimi tas-saħħa u tas-sigurtà għat-tqandil manwali tat-tagħbija fejn hemm riskju partikolarment ta' korriment tad-dahar għall-ħaddiema (ir-raba' Direttiva individwali fit-tifsira ta' Artikolu 16(1) tad- Direttiva 89/391/KEE
(90/269/KEE)
IT-TAQSIMA I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
L-Artikolu 1
Suġġett
1. Din id-Direttiva, li hija r-raba' Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE, tippreskrivi l-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u l-bżonnijiet tas-sigurtà għat-tqandil manwali tat-tagħbija fejn hemm riskju partikolarment ta' korriment tad-dahar tal-ħaddiema.
2. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/391/KEE għandhom japplikaw b'mod sħiħ għall-isfera kollha msemmija fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet iktar ristretti u/jew speċifiċi li jinsabu f'din id-Direttiva.
L-Artikolu 2
Definizzjoni
Għall-iskopijiet ta' dawn id-Direttivi, “tqandil manwali tat-tagħbijiet” ifisser kull trasport jew sostenn ta' tagħbija, minn ħaddiem wieħed jew aktar, li jinkludi l-irfigħ, in-tniżżil, l-imbuttar, il-ġbid, il-ġarr jew iċ-ċaqliq ta' tagħbija, li, minħabba l-karatteristiċi jew il-kondizzjonijiet ergonomiċi mhux favorabbli tagħha, tinvolvi riskju partikolarment ta' korriment tad-dahar għall-ħaddiema.
IT TAQSIMA II
OBBLIGI TAN-NIES LI JIMPJEGAW
L-Artikolu 3
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Dak li jimpjega għandu jieħu miżuri ta' organizzazzjoni xierqa, jew għandu juża mezzi proprji, partikolarment tagħmir mekkaniku, sabiex jevita l-bżonn għal tqandil manwali tat-tagħbija mill-ħaddiema.
2. Fejn il-bżonn għal tqandil manwali tat-tagħbija mill-ħaddiema ma jistax jiġi evitat, dak li jimpjega għandu jieħu l-miżuri xierqa, juża l-mezzi xierqa jew jipprovdi lill-ħaddiema bil-mezzi neċessarji sabiex jitnaqqas ir-riskju involut fit-tqandil manwali ta' din it-tagħbija, wara li jkun ikkonsidrat l-Anness I.
L-Artikolu 4
Organizzazzjoni ta' workstations
Kull meta l-bżonn għal tqandil manwali tat-tagħbija ma jistax jiġi evitat, dak li jimpjega għandu jorganizza workstations b'tali mod li jagħmel dan it-tqandil kemm jista' jkun ta' sigurtà u f'saħħtu u:
(a) jistma, bil-quddiem jekk possibbli, il-kondizzjonijiet tas-saħħa u tas-sigurtà tat-tip ta' xogħol involut, u partikolarment jeżamina l-karatteristiċi tat-tagħbija, tenut kont ta' l-Anness 1;
(b) jieħu ħsieb li jevita jew inaqqas r-riskju partikolarment ta' korriment tad-dahar għall-ħaddiema, billi jittieħdu miżuri xierqa, jiġu kkunsidrati partikolarment il-karatteristiċi ta' l-ambjent tax-xogħol u l-bżonnijiet ta' l-attività, wara li jkun ikkonsidrat l-Anness 1.
L-Artikolu 5
Referenza għall-Anness II
Għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 6(3)(b) u l-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 89/391/KEE, l-Anness II irid jiġi kkunsidrat.
L-Artikolu 6
Informazzjoni u taħriġ għall-ħaddiema
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 tad-Direttiva 89/391/KEE, ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom ikunu infurmati dwar il-miżuri kollha li jridu jiġu implementati, skond din id-Direttiva, rigward il-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa.
Dawk li jimpjegaw iridu jiżguraw li l-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom jirċievu indikazzjonijiet ġenerali u, fejn possibli, informazzjoni preċiża dwar:
— it-toqol tat-tagħbija,
— iċ-ċentru tal-gravità ta' l-itqal naħa meta l-pakkett huwa mgħobbi b'mod eċċentriku.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 tad-Direttiva 83/391/KEE, dawk li jimpjegaw iridu jiżguraw li l-ħaddiema jirċievu wkoll taħriġ u informazzjoni fuq kif iqandlu tagħbija b'mod korrett u r-riskji li jistgħu jiffaċjaw partikolarment jekk dawn ix-xogħlijiet m'humiex magħmulin tajjeb, kont tenut ta' l-Annessi 1 u II.
L-Artikolu 7
Konsultazzjoni mal-ħaddiema u parteċipazzjoni tal-ħaddiema
Konsultazzjoni mal-ħaddiema u partiċipazzjoni tal-ħaddiema u/jew tar-rappreżentanti tagħhom għandhom isiru skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/391/KEE dwar materji li jaqgħu taħt din id-Direttiva, inklużi l-Annessi tagħha.
IT TAQSIMA III
DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI
Artikolu 8
Emendi għall-Annessi
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 8a sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Annessi, sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, il-bidliet fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u l-għarfien fil-qasam tat-tqandil manwali tat-tagħbija.
Fejn, f’każijiet debitament ġustifikati u eċċezzjonali li jinvolvu riskji imminenti, diretti u serji għas-saħħa u s-sikurezza fiżiċi tal-ħaddiema u ta’ persuni oħra, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu azzjoni f’perijodu qasir ħafna ta’ żmien, il-proċedura prevista fl-Artikolu 8b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.
Artikolu 8a
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 1 )
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 8 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 8b
Proċedura ta’ urġenza
1. L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.
2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a(6). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
L-Artikolu 9
Dispożizzjonijiet finali
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 1992.
Għandhom jinfurmaw il-Kummissjoni bihom minnufih.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw, fil-qasam li jaqa' taħt din id-Direttiva.
▼M1 —————
L-Artikolu 10
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
L-ANNESS I ( *1 )
FATTURI TA' REFERENZA
(L-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4(a) u (b) u l-Artikolu 6(2))
1. Karatteristiċi tat-tagħbija
It-tqandil manwali ta' tagħbija jista' jqajjem riskju partikolarment ta' korriment tad-dahar jekk hija:
— tqila jew kbira wisq,
— goffa jew diffiċli biex taqbadha,
— mhux stabbli jew li l-kontenut tagħha jista' jiċċaqlaq,
— imqiegħda b'mod li jġiegħel li tinżamm jew li tkun manipulata 'il bogħod mill-ġisem, jew b'liwja jew barma tal-ġisem,
— x'aktarx, minħabba l-kontorn u/jew il-konsistenza tagħha, tirriżulta f'korriment tal-ħaddiema, partikolarment f'każ ta' ħabta.
2. Sforz fiżiku meħtieġ
Sforz fiżiku jista' jqajjem riskju partikolarment ta' korriment tad-dahar jekk hu:
— strapazzanti wisq,
— miksub biss permezz ta' moviment ta' liwja tal-ġisem,
— x'aktarx jirriżulta f'moviment f'daqqa tat-tagħbija,
— magħmul mill-ġisem f'pożizzjoni mhux stabbli.
3. Karatteristiċi ta' l-ambjent tax-xogħol
Il-karatteristiċi ta' l-ambjent tax-xogħol jista' jżid ir-riskju partikolarment ta' korriment tad-dahar jekk:
— m'hemmx biżżejjed spazju, partikolarment vertikali, biex titwettaq l-attività,
— l-art hi irregolari, għalhekk tippreżenta riskju ta' waqgħa, jew tiżloq għaż-żarbun tal-ħaddiem,
— il-post tax-xogħol jew l-ambjent tax-xogħol jipprevjeni t-tqandil tat-tagħbija f'għoli mhux ta' periklu jew b'pożizzjoni tajba mill-ħaddiem,
— hemm varjazzjonijiet fil-livell ta' l-art jew il-wiċċ tal-post tax-xogħol, li għalhekk iġiegħel li t-tagħbija tkun manipulata fuq livelli differenti,
— l-art jew il-post fejn jistrieħu s-saqajn ma jkunux stabbli,
— it-temperatura, l-umdità jew il-ventilazzjoni ma tkunx tajba.
4. Ħtiġijiet ta' l-attività
L-attività tista' tqajjem riskji partikolarment ta' korriment tad-dahar jekk ikun hemm bżonn ta' wieħed jew aktar mill-ħtiġijiet li ġejjin:
— sforz fiżiku frekwenti wisq jew fit-tul wisq li jinvolvi partikolarment ix-xewka tad-dahar,
— serħan tal-ġisem jew perjodu ta' rkupru mhux suffiċjenti
— distanzi ta' rfigħ, tniżżil jew ġarr eċċessivi
— rata ta' xogħol imposta minn proċess li ma jistax jinbidel mill-ħaddiem:
L-ANNESS II ( *2 )
FATTURI TA' RISKJI INDIVIDWALI
(L-Artikoli 5 u 6(2))
Il-ħaddiem jista' jkun fil-periklu jekk huwa/hija:
— mhuwiex/mhijiex fi stat fiżiku xieraq biex jagħmel/tagħmel dak ix-xogħol,
— mhuwiex/mhijiex liebes/liebsa ħwejjeġ, żraben jew effetti oħra personali adattati,
— m'għandux/m'għandhiex it-tagħrif jew taħriġ neċessarju jew xieraq.
( 1 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
( *1 ) Sabiex issir analiżi li tikkonsidra ħafna fatturi, tista' ssir referenza fl-istess waqt għall-fatturi varji mniżżlin fl-Annessi I u II.
( *2 ) Sabiex issir analiżi li tikkonsidra ħafna fatturi, tista' ssir referenza fl-istess waqt għall-fatturi mniżżla fl-Annessi I u II.