1989R0790 — MT — 23.09.1997 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 790/89 ta’ l-20 ta’ Marzu 1989 (ĠU L 085, 30.3.1989, p.6) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 2145/91 tal-15 ta’ Lulju 1991 |
L 200 |
1 |
23.7.1991 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 832/92 tat-30 ta’ Marzu 1992 |
L 88 |
15 |
3.4.1992 |
|
|
L 132 |
8 |
16.6.1995 |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1825/97 tat-22 ta’ Settembru 1997 |
L 260 |
9 |
23.9.1997 |
|
|
(*) |
Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti. |
|
NB: Din il-verżjoni konsolidata tinkludi referenzi għall-unità Ewropea ta’ kont u/jew l-eku, li mill-1 ta’ Jannar 1999 għandha tinftiehem bħala referenza għall-euro – Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3308/80 (ĠU L 345, ta’ l-20.12.1980, p. 1) u r- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 (ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1). |
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 790/89
ta’ l-20 ta’ Marzu 1989
li jiffissa l-livell ta’ l-għajnuna addizzjonali b’rata waħda għat-twaqqif ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-ammont massimu applikat sabiex jgħin it-titjib fil-kwalità u l-bejgħ fis-suq fis-settur tat-tkabbir tal-ġewż u l-locust-bean
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta’ Mejju 1972 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħaxix ( 1 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 789/89 ( 2 ), u partikolarment l-Artikoli 14b (4) u 14d (3) tiegħu,
Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni,
Billi l-livell ta’ l-għajnuna addizzjonali b’rata waħda mmirata sabiex tinkoraġġixxi t-twaqqif ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-ġewż u/jew locust-bean għandha tiġi fissata f’tali mod illi tipprovdi inċentiv ġenwin, filwaqt li jitqiesu kemm il-perċentwali baxx tal-produzzjoni marketed fis-suq permezz ta’ l-organizzazzjonijiet tal produtturi u kemm id-daqs żgħir ta’ l-organizzazzjonijiet eżistenti;
Billi, fil-każ ta’ l-għajnuna għat-titjib fil-kwalità u l-bejgħ fis-suq provvduta fl-Artikolu 14d tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72, l-ammont massimu mqiegħed għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri u mill-Komunità għandu jiġi stabbilit f’livell realistiku li jqis il-għan ewlieni tat-titjib ġenetiku u kulturali u taż-żona tal-ġonna tal-frott li jistgħu jiġu konvertiti kull sena,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-rata waħda addizzjonali għat-twaqqif ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi tal-ġewż u/jew il-locust-bean provvduta fl-Artikolu 14b tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 hija hawnhekk fissata kif ġej:
ta’ ġewż u/jew locust-beans marketed minn organizzazzjoniet tal-produtturi matul l-ewwel sena ta’ marketing tagħhom.
Għall-iskop ta’ l-Artikolu 14b(2) tar-Regolament tal- Kunsill (KEE) Nru 1035/72, meta kundizzjonijiet tat-temp mhux favorevli f’reġjuni tal-produzzjoni jirriżultaw f’riduzzjoni ta’ aktar minn 20 % tal-ħsad ta’ l-organiżżazzjonijiet tal-produtturi, l-awtorità kompetenti tista’, fuq rikjesta raġonevoli ta’ dan ta’ l-aħħar, tikkalkula l-għajnuna abbażi tal-kwantità marketed mill-organiżżazzjoni matul it-tieni sena ta’ marketing li ssegwi d-data ta’ l-għarif speċifiku tagħhom.
Artikolu 2
L-ammont massimu għal kull ettaru msemmi fl-Artikiolu 14d (2) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 rigward pjan li għandu jitwettaq matul perjodu ta’ għaxar snin għandu jkun maqsum kif ġej:
1. Ammont massimu ta’ ►M3 ECU 573,57 ◄ kull sena matul ħames snin għandu jkun marbut ma’ xoghol ta’ qerda ta’ insetti li wara jkun segwit bi tħawwil mill-ġdid u/jew tibdil għal varjetajiet oħra.
Dan l-ammont massimu għandu jkopri l-finanzjament tax-xogħol marbut ma’ l-esekuzzjoni tax-xogħolijiet hawn fuq imsemmija, li jirrelataw għal art li ma tkunx akbar minn 40 % ta’ l-art totali tal-ġnien tal-frott kopert bil-pjan, li minnhom massimu ta’ 20 % jitwettaq matul l-ewwel sentejn tal-perjodu tal-pjan u massimu ta’ 20 % matul it-tliet snin l-oħra.
Għall-kumplament tas-snin sabiex jiġi esegwit il-pjan, l-ammont massimu li jitħallas għal artijiet li jkunu mħawla mill-ġdid jew mibdula għandu jkun ta’ ►M3 ECU 241,50 ◄ kull sena;
2. Ammont massimu ta’ ►M3 ECU 241,50 ◄ kull sena, matul perjodu ta’ għaxar snin, għal xogħol marbut ma’ l-esekuzzjoni ta’ xi xogħol ieħor marbut mal-kumplament tal-ġnien tal-frott. Artikolu 2 Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Settembru 1989.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU L 118, tal-20.5.1972, p. 91.
( 2 ) Ara l-paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali