1989L0284 — MT — 26.12.1997 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ April 1989

li tissupplimenta u temenda d-Direttiva 76/116/KEE fir-rigward tal-kontenut ta’ kalċju, tal-manjesju, tas-sodju u tal-kubrit tal-fertilizzanti

(89/284/KEE)

(ĠU L 111, 22.4.1989, p.34)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTIVA 97/63/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta’ l-24 ta’ Novembru 1997

  L 335

15

6.12.1997




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ April 1989

li tissupplimenta u temenda d-Direttiva 76/116/KEE fir-rigward tal-kontenut ta’ kalċju, tal-manjesju, tas-sodju u tal-kubrit tal-fertilizzanti

(89/284/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi għandhom jiġu adottati miżuri għall-kompletazzjoni progressiva tas-suq intern sal-31 ta’ Diċembru 1992; billi s-suq intern huwa żona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital hu garantit;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 76/116/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ fertilizzanti ( 4 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/183/KEE ( 5 ), stabbiliet regoli għat-tqegħid fis-suq ta’ fertilizzanti tal-KEE solidi; billi ntwera li hu neċessarju li d-Direttiva msemmija tiġi estiża sabiex tinkludi l-kontenuti ta’ kalċju, manjesju, sodju u kubrit ta’ dawn il-fertilizzanti;

Billi d-Direttiva 76/116/KEE tista’ minn issa ‘l quddiem tkun applikabbli għal fertilizzanti li jikkontjenu biss kalċju, manjesju u kubrit,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

Tista’ tiġi magħmula dikjarazzjoni tal-kontenut ta’ manjesju, sodju u kubrit ►M1  tal-fertilizzanti tal-KE ◄ elenkati f’Anness I tad-Direttiva 76/116/KEE basta li dawn l-elementi huma preżenti f’ta’ l-anqas il-kwanitajiet minimi speċifikati f’Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva u li ►M1  l-fertilizzanti KE ◄ jibqgħu jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ Anness I mad-Direttiva 76/116/KEE. F’dawn il-każijiet, l-immarkar speċifikat fil-punt (b) ta’ Artikolu 6 ta’ din id-Direttiva għandu jiżdied mad-deskrizzjoni tat-tip.

Artikolu 2

Tista’ ssir dikjarazzjoni tal-kontenut ta’ manjesju, sodju u kubrit ►M1  tal-fertilizzanti tal-KE ◄ imsemmija f’Artikolu 1 biss jekk dawn ikun fihom mhux inqas minn:

 2 % ta’ ossidu tal-manjesju (MgO), jiġifieri 1,2 % Mg,

 3 % ta’ ossidu tas-sodju (Na2O), jiġifieri 2,2 % Na,

 5 % ta’ triossidu tal-kubrit (SO3), jiġifieri 2 % S.

Artikolu 3

1.  Fis-sens ta’ din id-Direttiva, dikjarazzjoni tal-kontenut tal-kalċju li hu kkunsidrat bħala nutrijent għandha ssir, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, biss għal fertilizzanti tat-tipi 1 u 2 kif elenkati f’Anness I.

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-kontenut ta’ kalċju ta’ fertilizzanti imqiegħda fis-suq fit-territorji tagħhom ikun espress fil-forma ossida (CaO), fil-forma elementali (Ca), jew f’dawn iż-żewġ forom.

Il-formula li ġejja għandha tintuża sabiex tikkonverti l-kontenut ta’ ossidu tal-kalċju f’kontenut tal-kalċju:

kalċju (Ca) = ossidu tal-kalċju (CaO) × 0,715

2.  Il-kontenut solubili tal-kalċju tal-fertilizzanti likwidi imsemmija fil-Parti Ċ ta’ Anness I tad-Direttiva 76/116/KEE, li hu intiż għat-tbexxix tal-weraq, jista’ jiġi stipulat meta l-kontenut jilħaq minimu ta’ 8 % ta’ ossidu tal-kalċju (= 5,7 % Ca).

Artikolu 4

Il-fertilizzanti li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u l-Annessi tagħha jistgħu jiġu mmarkati “ ►M1  FERTILIZZANT TAL-KE ◄ ”.

Artikolu 5

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-kontenuti ta’ manjesju, sodju u kubrit tal-fertilizzanti imqiegħda fis-suq fit-territorju tagħhom għandu jiġi espress:

 fil-forma ossida (MgO, Na2O, SO3),

 jew fil-forma elementali (Mg, Na, S),

 jew f’dawn iż-żewġ forom.

Il-formoli li ġejjin għandhom jintużaw sabiex jikkonvertu l-kontenuti ta’ ossidu tas-sodju u ta’ triossidu tal-kubrit f’kontenuti ta’ sodju u kubrit:

 sodju (Na) = ossidu tas-sodju (Na2O) × 0,742,

 kubrit (S) = triossidu tal-kubrit (SO3) × 0,400.

Jekk il-kontenut ta’ l-ossidu huwa kkalkulat, il-figura dikjarata għandha tiżdied jew titnaqqas għall-eqreb post deċimali.

Artikolu 6

Immarkar obbligatorju għal skopijiet ta’ identifikazzjoni:

(a)  ►M1  FERTILIZZANT TAL-KE ◄ ” f’ittri kbar;

(b) id-deskrizzjoni tat-tip ta’ fertilizzant;

 jew skond Anness I tad-Direttiva 76/116/KEE, bid-deskrizzjoni tat-tip segwita b’ “li jikkontjeni…” u l-ismijiet jew is-simboli kimiċi ta’ l-elementi msemmija f’din id-Direttiva li jikkontjeni l-fertilizzant. Il-figuri li jindikaw il-kontenuti ta’ l-elementi msemmija fid-Direttiva 76/116/KEE jistgħu jiġu segwiti bil-figuri fil-parenteżi għall-elementi msemmija f’Anness I ta’ din id-Direttiva,

 jew skond Anness I ta’ din id-Direttiva;

(ċ) il-kontenut garantit fir-rigward ta’ kull nutrient u l-kontenut garantit espress bħala forom u/jew solubilitajiet, meta dawn huma speċifikati fl-Annessi tad-Direttivi dwar fertilizzanti.

Il-kontenut ta’ nutrient ta’ fertilizzanti puri jew komposti għandu jingħata bħala perċentwali skond il-piż f’numri sħaħ jew, meta neċessarju, sa punt deċimali wieħed.

Jekk fertilizzant ikun fih diversi elementi li għandhom jiġu dikkjarati, il-kontenut tagħhom għandu jiġi indikat fl-ordni li ġejja:

N, P2O5 u/jew P, K2O u/jew K, CaO jew Ca, MgO u/jew Mg, Na2O u/jew Na, SO3 u/jew S.

Il-forom u s-solubiltajiet tan-nutrienti għandhom jiġu espressi bħala perċentwali skond il-piż tal-fertilizzant, ħlief meta Anness I mad-Direttiva 76/116/KEE jipprovdi espliċitament li dan il-kontenut għandu jiġi espress mod ieħor.

In-nutrienti għandhom jiġu ndikati kemm bil-kliem u kif ukoll bis-simbolu kimiku approprjat, eż. nitroġenu (N), fosfru (P), pentossidu tal-fosfru (P2O5), potassju (K), ossidu tal-potassju (K2O), manjesju (Mg), ossidu tal-manjesju (MgO), sodju (Na), ossidu tas-sodju (Na2O), kubrit (S), triossidu tal-kubrit (SO3), kalċju (Ca) u ossidu tal-kalċju (CaO).

Artikolu 7

Id-dikjarazzjoni tal-kontenut ta’ manjesju, sodju u kubrit tal-fertilizzanti msemmija f’Artikolu 1 għandha tiġi espressa f’waħda mill-modi li ġejjin:

 il-kontenut totali espress bħala perċentwali tal-fertilizzant skond il-piż,

 meta element ikun totalment solubili fl-ilma, biss il-kontenut solubili fl-ilma għandu jiġi dikjarat,

 il-kontenut totali u l-kontenut solubbli fl-ilma, espressi bħala perċentwali tal-fertilizzant skond il-piż meta l-kontenut solubbli huwa mill-anqas kwart tal-kontenut totali.

Il-kontenuti għandhom jiġu determinati taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fil-metodi analitiċi msemmija f’Artikolu 8 tad-Direttiva 76/116/KEE.

Artikolu 8

It-tolleranzi permessi fir-rigward tal-kontenuti ddikjarati ta’ kalċju, manjesju, sodju u kubrit għandhom ikunu kwart tal-kontenuti dikjarati ta’ dawn l-elementi sa massimu ta’ 0,9 % f’termini assoluti għal CaO, MgO, Na2O u SO3, jiġifieri 0,64 għal Ca, 0,55 għal Mg, 0,67 għal Na u 0,36 għal S.

Artikolu 9

Anness I mad-Direttiva 76/116/KEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.  ►M1  il-fertilizzant tal-KE ◄ kieserite bis-sulfat tal-potassju msemmi f’Anness II ta’ din id-Direttiva għandu jiżdied mal-Parti A – Fertilizzanti puri, III. Fertilizzanti potassiċi – bħala n-Nru 7;

2. is-soluzzjoni ►M1  fertilizzant tal-KE ◄ tan-nitrat tal-kalċju, imsemmija f’Anness II ta’ din id-Direttiva għandha tiżdied mal-Parti Ċ – Fertilizzanti likwidi 1 – Fertilizzanti puri – bħala n-Nru 3, għal fertilizzanti likwidi.

Artikolu 10

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien 12-il xahar min-notifika tagħha ( 6 ). Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni minnufih.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 11

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

LISTA TA’ FERTILIZZANTI LI FIHOM BĦALA NUTRIENTI PRINĊIPALMENT IL-KALĊJU, IL-MANJESJU JEW IL-KUBRIT



Nru

Deskrizzjoni tat-tip

Data dwar il-metodu tal-produzzjoni u l-ingredjenti essenzjali

Kontenut minimu ta’ nutrienti (perċentwali skond il-piż)

Data dwar l-espressjoni tan-nutrienti

Ħtiġijiet oħra

Data oħra dwar id-deskrizzjoni tat-tip

Kontenut ta’ nutrienti li għandu jigi ddikjarat

Solubilitajiet tan-nutrienti

Kriterji ohra

1

2

3

4

5

6

1

Sulfat tal-kalċju

Prodott ta’ oriġini naturali jew industrijali li fih is-sulfat tal-kalċju fi gradi varji ta’ idratazzjoni

25 % CaO

35 % SO3

Kalċju u kubrit espressi bħala CaO + SO totali

Il-Finezza tat-tħin

— ta’ l-anqas 80 % biex jgħaddi minn passatur b’wisa’ tax-xibka ta’ 2 mm,

— ta’ l-anqas 99 % biex jgħaddi minn passatur b’wisa’ tax-xibka ta’ 10 mm

Jistgħu jiżdiedu ismijiet kummerċjali tas-soltu

Triossidu tal-kubrit totali

Mhux obbligatorju: CaO totali

2

Soluzzjoni ta’ klorur tal-kalċju

Soluzzjoni ta’ klorur tal-kalċju ta’ oriġini industrijali

12 % CaO

Kalċju espress bħala CaO li jinħall fl-ilma

 

Ossidu tal-kalċju

Mhux obbligatorju: għat-tbexxix tal-pjanti

3

Kubrit elementali

Prodott naturali jew industrijali komparattivament raffinat

98 % S (245 %: SO3)

Kubrit espress bhala SO3 totali

 

Triossidu tal-kubrit totali

4

Kieserite

Prodott ta’ oriġini minerali li fih is-sulfat tal-manjesju monoidratat bħala komponent prinċipali

24 % MgO

45 % SO3

manjesju u kubrit espressi bħala ossidu tal-manjesju u triossidu tal-kubrit solubili fl-ilma

Jistgħu jiżdiedu ismijiet kummerċjali tas-soltu

Ossidu tal-manjesju li solubili fl-ilma

Mhux obbligatorju: triossidu tal-kubrit solubili fl-ilma

5

Sulfat tal-manjesju

Prodott li jikkontjeni s-sulfat tal-manjesju ettaidratat bħala komponent prinċipali

15 % MgO

28 % SO3

manjesju u kubrit espressi bhala ossidu tal-manjesju solubili fl-ilma u triossidu tal-kubrit

Jistghu jiżdiedu ismijiet kummerċjali tas-soltu

Ossidu tal-manjesju solubili fl-ilma

Mhux obbligatorju: triossidu tal-kubrit solubili fl-ilma

6

Soluzzjoni ta’ klorur tal-manjesju

Prodott ottenut billi jinħall il-klorur tal-manjesju ta’ oriġini industrijali

13 % MgO

Il-manjesju espress bħala ossidu tal-manjesju

Kontenut massimu ta’ kalċju: 3 % CaO

 

Ossidu tal-manjesju




ANNESS II



Nru

Deskrizzjoni tat-tip

Data dwar il-metodu tal-produzzjoni u l-ingredjenti essenzjali

Kontenut minimu ta’ nutrienti (perċentwali skond il-piż)

Data dwar l-espressjoni tan-nutrienti

Ħtiġijiet oħra

Data oħra dwar id-deskrizzjoni tat-tip

Kontenut ta’ nutrienti li għandu jigi ddikjarat

Solubilitajiet tan-nutrienti

Kriterji ohra

1

2

3

4

5

6

7

Kieserite bis-sulfat tal-potassju

Prodott ottenut mill-Kieserite biż-żieda tas-sulfat tal-potassju

8 % MgO

manjesju espress bħala MgO solubili fl-ilma

6 % K2O

Potassju espress bhala K2O solubili fl-ilma

MgO u K2O totali: 20 %

Kontenut massimu ta’ klorur

Jistgħu jiżdiedu ismijiet kummerċjali tas-soltu

Ossidu tal-manjesju solubili fl-ilma

Ossidu tal-potassju solubili fl-ilma

Mhux obbligatorju: semmi l-kontenut ta’ klorurr meta dan huwa inqas minn 3 % CI

3

Soluzzjoni ta’ nitrat tal-kalċju

Prodott ottenut billi jinħall in-nitrat tal-kalċju fl-ilma

8 % N

Nitrogenu espress bħala nitroġenu f’forma nitrika b’massimu ta’ 1 % nitroġenu bħala ammonja

Id-deskrizzjoni tat-tip tista’ tiġi segwita, kif approprjat, b’waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin:

— għall-applikazzjoni tal-weraq

— biex isiru soluzzjonijiet ta’ nutrienti

— għall-irrigazzjoni tal-fertilizzanti

Nitroġenu totali

Mhux obbligatorju:

— nitroġenu f’forma nitrika

— nitroġenu bħala ammonja

— kalċju fil-każ ta’ wieħed mill-utilitajiet stipulati fil-kolonna 5



( 1 ) ĠU C 20, tas-26.1.1988, p. 5.

( 2 ) ĠU C 262, ta’ l-10.10.1986, p. 82 u

( 3 ) ĠU C 134, ta’ l-24.5.1988, p. 6.

( 4 ) ĠU L 24, tat-30.1.1976, p. 21.

( 5 ) ĠU L 83, tad-29.3.1988, p. 33.

( 6 ) Din id-Direttiva ġiet notifikata lill-Istati Membri fis-17 ta’ April 1989