1987L0372 — MT — 09.11.2009 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Ġunju 1987

dwar il-firxiet ta' frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni kordinata ta' komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità

(87/372/KEE)

(ĠU L 196, 17.7.1987, p.85)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DIRETTIVA 2009/114/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tas-16 ta’ Settembru 2009

  L 274

25

20.10.2009




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Ġunju 1987

dwar il-firxiet ta' frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni kordinata ta' komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità

(87/372/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikulari Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Billi r-rakkomandazzjoni 84/549/KEE ( 3 ) titlob għall-introduzzjoni ta' servizzi fuq il-bażi ta' modi komuni armonizzati fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet;

Billi r-riżorsi offruti min-networks tat-telekomunikazzjonijiet moderni għandhom jiġu utilizzati kemm jista' jkun għall-iżvilupp ekonomiku tal-Komunità;

Billi s-servizzi tar-radju mobbli huma l-uniċi mezzi biex jiġu kkuntattjati utenti li qegħdin jiċċaqalqu u l-iktar mod effiċjenti għal dawk l-utenti li għandhom jiġu kkonettjati man-network tat-telekomunikazzjonijiet pubbliċi;

Billi l-komunikazzjonijiet mobbli jiddependu fuq l-allokazzjoni u d-disponibbilitá ta' firxiet ta' frekwenza sabiex jittrażmettu u jirċievu bejn stazzjonijet b'bażi fissa u stazzjonijiet mobbli;

Billi l-frekwenzi u s-sistemi ta' komunikazzjoni mobbli bbażati fuq l-art użati bħalissa fil-Komunità jvarjaw ħafna u ma jħallux l-utenti kollha li jkunu qegħdin jiċċaqalqu f''vetturi, dgħajjes, ferroviji, jew bil-mixi fil-Komunitá, inklużi ibħra interni jew kostali, li jgawdu l-benefiċċji ta' servizzi ma l-Ewropa kollha u tas-swieq ma' l-Ewropa kollha;

Billi l-bidla għas-sistemi ta' komunikazzjoni mobbli ċellulari diġitali tat-tieni ġenerazzjoni tipprovdi l-opportunità unika li jiġu stabbiliti komunikazzjonijiet mobbli verament pan-Ewropej;

Billi l-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjoni (KEPT) irrakkomandat li l-frekwenzi 890-915 u 935-960 MHz jiġu allokati għal din is-sistema, skond ir-Regolamenti tar-Radju ta' l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (UIT) li jallokaw dawn il-frekwenzi għall-użu tas-servizzi tar-radju mobbli wkoll;

Billi partijiet mill-firxa ta' dawn il-frekwenzi qegħdin jiġu użati jew huma maħsuba li jiġu użati minn ċerti Stati Membri għal-sistemi temporanji jew servizzi tar-radju oħrajn;

Billi d-disponibbilitá progressiva tal-firxa sħiħa tal-frekwenzi msemmija hawn fuq tkun indispensabbli għall-istabbiliment ta' komunikazzjonijiet verament pan-Ewropej;

Billi l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 87/371/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar l-introduzzjoni koordinata ta' komunikazzjonijiet mobbli ċellulari diġitali pubbliċi pan-Ewropej ibbażati fuq l-art fil-Komunità ( 4 ), bl-iskop li tibda sistema pan-Ewropea sa' l-1991 l-iktar tard, tħalli l-ispeċifikazzjoni mħaffa tal-faxxa ta' trażmissjoni tar-radju;

Billi fuq il-bażi tax-xejriet teknoloġiċi u tas-swieq preżenti jkun jidher realistiku li tiġi kkontemplata l-okkupazzjoni esklussiva tal-firxiet tal-frekwenza 890-915 u 935-960 MHz mis-sistema pan-Ewropea fi żmien 10 snin mill-1 ta' Jannar 1991;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 86/361/KEE tal-24 ta' Lulju 1986 dwar l-istadju inizjali ta' l-għarfien reċiproku ta' l-approvazzjoni ta' tip ta' apparat terminali tat-telekomunikazzjoni ( 5 ) għandu jippermetti t-twaqqif rapidu ta' speċifikazzjonijiet konformi komuni għas-sistema ta' komunikazzjonijiet mobbli ċellulari diġitali pan-Ewropej;

Billi r-rapport dwar il-komunikazzjonijiet mobbli pubbliċi imħejji mill-Grupp ta' Analiżi u Previżjoni (GAP) għall-Grupp ta' Uffiċjali Anzjani dwar it-Telekomunikazzjoni (GUA-T) ġibed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa tad-disponibbilitá ta' frekwenzi adekwati bħala pre-kondizzjoni vitali għall-komunikazzjonijiet mobbli ċellulari diġitali pan-Ewropej;

Billi opinjonijiet favorevoli dwar dan ir-rapport ġew ippresentati mill-amministrazzjonijiet tat-telekomunikazzjoni, mill-Konferenza Ewropea ta' l-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjoni (KEPT) u mill-manifatturi ta' apparat tat-telekomunikazzjonijiet fl-Istati Membri,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



▼M1

Artikolu 1

1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-firxiet tal-frekwenzi 880-915 MHz u 925-960 MHz (il-firxa tad-900 MHz) disponibbli għas-sistemi tal-GSM u tal-UMTS, kif ukoll għal sistemi oħra terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li jistgħu jeżistu flimkien mas-sistemi tal-GSM, skont l-implimentazzjoni teknika tal-miżuri adottati skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju) ( 6 ).

2.  L-Istati Membri għandhom, meta jimplimentaw din id-Direttiva, jeżaminaw jekk l-assenjazzjoni tal-ispettru tal-firxa tad-900 MHz lill-operaturi tat-telefonija mobbli li jikkompetu fit-territorju tagħhom għandhiex it-tendenza li xxekkel il-kompetizzjoni fis-swieq konċernati tat-telefonija mobbli u fejn ikun ġustifikat u proporzjonat, għandhom jindirizzaw dan ix-xkiel skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) ( 7 ).

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “sistema GSM” tfisser network ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, li huma konformi, mal-istandards tal-GSM, kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikulari l-EN 301 502 u l-EN 301 511;

(b) “sistema UMTS” tfisser network ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, li huma konformi, mal-istandards tal-UMTS, kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikulari l-EN 301 908-1, EN 301 908-2, EN 301 908-3 u l-EN 301 908-11.

Artikolu 3

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sad-9 ta’ Mejju 2010. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk il-miżuri u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.



( 1 ) ĠU C 69, tas-17.3.1987, p. 9.

( 2 ) ĠU C 125, tal-11.5.1987, p. 159.

( 3 ) ĠU L 298, tas-16.11.1984, p. 49.

( 4 ) Ara paġna 81 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 5 ) ĠU L 217, tal-5.8.1986, p. 21.

( 6 ) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1 (Ħarġa Speċjali bil-Malti, Kap 13, Vol 29, p. 317).

( 7 ) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21 (Ħarġa Speċjali bil-Malti, Kap 13, Vol 29, p. 337).