1982L0176 — MT — 23.12.1991 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL tat-22 ta’ Marzu 1982 dwar il-valuri ta’ limitu u l-objettivi tal-kwalità għall-iskariki ta’ merkurju mill-industrija ta’ l-elettrosi tal-kloruri alkalini (ĠU L 081, 27.3.1982, p.29) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 91/692/KEE tat-23 ta' Diċembru, 1991, |
L 377 |
48 |
31.12.1991 |
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ Marzu 1982
dwar il-valuri ta’ limitu u l-objettivi tal-kwalità għall-iskariki ta’ merkurju mill-industrija ta’ l-elettrosi tal-kloruri alkalini
(82/176/KEE)
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 100 u 235 tiegħu,
Wara li kunsidra d-Direttiva 76/464/KEE ta’ l-4 ta’ Mejju 1976 dwar it-tniġġis ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akwatiku tal-Komunità ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 2 ),
Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 3 ),
Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 4 ),
Billi, sabiex jipproteġi l-ambjent akwatiku tal-Komunità mit-tniġġis b’ċerti sustanzi perikolużi, l-Artikolu 3 tad-Direttiva 76/464/KEE jipprovdi għal sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel li tistabbilixxi l-livelli ta’ l-emissjoni għall-iskariki tas-sustanzi fil-Lista 1 fl-Anness ta’ din id-Direttiva; billi l-Artikolu 6 ta’ l-istess Direttiva jipprovdi li valuri ta’ limitu għandhom jiġu stabbiliti għal dawn il-livelli ta’ l-emissjoni, kif ukoll għal objettivi tal-kwalità għall-ambjent akwatiku milqut minn dawn is-sustanzi;
Billi l-Lista I tinkludi l-merkurju u l-komposti tiegħu;
Billi l-Istati Membri meħtieġa japplikaw il-valuri ta’ limitu ħlief f’dawk il-każijiet fejn jistgħu japplikaw l-objettivi tal-kwalità;
Billi t-tniġġis mill-iskariku tal-merkurju fl-ilma huwa kawżat, fil-biċċa l-kbira, mill-elettrolisi tal-kloruri alkalini, valuri ta’ limitu għandhom l-ewwelnett jiġu stabbiliti għal din l-industrija kif ukoll objettivi tal-kwalità għall-ambjent akwatiku fejn il-merkurju jiġi skarikat minn din l-industrija; billi dawn l-iskariki għalhekk jeħtieġu awtorizzazzjoni minn qabel;
Billi l-iskop ta’ dawn l-objettivi tal-kwalità għandu jkun l-eliminazzjoni tat-tniġġis mill-merkurju mid-diversi partijiet ta’ l-ambjent akwatiku li jistgħu jiġu milquta mill-iskariki tal-merkurju mill-industrija ta’ l-elettrolisi tal-kloruri alkalini;
Billi dawn l-objettivi tal-kwalità għandhom jiġu stabbiliti b’mod definit għal dan l-iskop u mhux bl-intenzjoni li jiġu stabbiliti regoli marbutin mal-protezzjoni tal-konsumatur jew mat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mill-ambjent akwatiku;
Billi għandha titwaqqaf proċedura speċifika ta’ moniteragg sabiex tgħin lill-Istati Membri juru li l-objettivi tal-kwalità qegħdin jiġu mħarsa;
Billi l-applikazzjoni effikaċi ta’ din id-Direttiva teħtieġ dispożizzjonijiet għall-moniteragg mill-Istati Membri ta’ l-ambjent akwatiku milqut mill-iskariki tal-merkurju msemmija; billi l-Artikolu 6 tad-Direttiva 76/464/KEE ma’ jipprovdix is-setgħa sabiex jiġi introdott dan il-moniteragg; billi, minħabba li s-setgħa meħtieġa għall-azzjoni mhix ipprovduta fit-Trattat, l-Artikolu 235 tiegħu għandu jiġi invokat;
Billi huwa importanti li, kull ħames snin, il-Kummissjoni tgħaddi lill-Kunsill stima komparattiva ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva mill-Istati Membri;
Billi, minħabba li l-ilma ta’ taħt l-art huwa s-suġġett ta’ Direttiva speċifika, huwa eskluż mill-kamp ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva,
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. Din id-Direttiva:
— tistabbilixxi, skond l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 76/464/KEE, il-valuri ta’ limitu għall-livelli ta’ emissjoni ta’ merkurju fl-iskariki mill-impjanti industrijali definiti fl-Artikolu 2 punt (d) tad-Direttiva preżenti,
— tistabbilixxi, skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 76/464/KEE, l-objettivi tal-kwalità għall-merkurju fl-ambjent akwatiku,
— tistabbilixxi, skond l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 76/464/KEE, il-limiti taż-żmien għall-konformità mal-kondizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri fil-każ ta’ skariki eżistenti,
— tistabbilixxi, skond l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 76/464/KEE, il-metodi ta’ referenza tal-kejl sabiex jista’ jiġi kkalkolat il-kontenut tal-merkurju fl-iskariki u fl-ambjent akwatiku,
— tistabbilixxi, skond l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 76/464/KEE, proċedura ta’ moniteragg,
— teħtieġ li l-Istati Membri jikkoperaw ma’ xulxin fil-każ ta’ skariki li jolqtu l-ilmijiet ta’ aktar minn Stat Membru wieħed.
2. Din id-Direttiva tapplika għall-ilmijiet riferiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 76/464/KEE minbarra għall-ilma ta’ taħt l-art.
Artikolu 2
Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:
(a) “il-merkurju” ifisser:
— il-merkurju bħala element kimiku,
— il-merkurju f’kull wieħed mill-komposti tiegħu;
(b) “il-valuri ta’ limitu” ifissru:
il-valuri speċifikati fl-Anness I;
(ċ) “l-objettivi tal-kwalità” ifissru:
il-ħtiġiet speċifikati fl-Anness II;
(d) “impjant industrijali” ifisser:
impjant fejn il-kloruri alkalini jiġu elettrolizzati permezz ta’ ċelloli tal-merkurju;
(e) “impjant eżistenti” ifisser:
- impjant industrijali li jkun jopera fid-data tan-notifika ta’ din id-Direttiva;
(f) “impjant ġdid” ifisser:
— impjant industrijali li jibda jopera wara d-data tan-notifika ta’ din id-Direttiva;
— impjant industrijali eżistenti b’ kapaċità għall-elettrolisi tal-kloruri alkalini permezz taċ-ċelloli tal-merkurju li tkun żdiedet b’mod sostanzjali wara d-data tan-notifika ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 3
1. Il-valuri ta’ limitu, il-limiti taż-żmien għall-konformità magħhom u l-proċedura tal-moniteragg ta’ l-iskariki huma stabbiliti fl-Anness I.
2. L-awtorizzazzjonijiet riferiti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 76/464/KEE irid ikollhom dispożizzjonijiet stretti għall-inqas daqs dawk fl-Anness I tad-Direttiva preżenti, minbarra f’dawk il-każijiet fejn Stat Membru jkun konformi ma’ l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 76/464/KEE fuq il-bażi tal-Annessi II u IV tad-Direttiva preżenti.
L-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid mill-anqas kull erba’ snin.
3. Bla ħsara għall-obligazzjonijiet tagħhom skond il-paragrafi 1 u 2 u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 76/464/KEE, l-Istati Membri jistgħu jagħtu awtorizzazzjonijiet għal impjanti ġodda fil-każ biss li dawn l-awtorizzazzjonijiet jinkludu referenza għall-istandards li jikkorispondu ma’ l-aħjar mezzi tekniċi disponibbli biex ma jsirux skariki ta’ merkurju.
Fejn għal raġunijiet tekniċi l-miżuri maħsuba ma’ jkunux jikkonformaw ma’ l-aħjar mezzi tekniċi disponibbli, l-Istat Membru, b’mod indipendenti mill-metodu li jadotta, għandu qabel kull awtorizzazzjoni jipprovdi lill-Kummissjoni l-ġustifikazzjonijiet għal dawn ir-raġunijiet.
Fi żmien tliet xhur, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Istati Membri fejn tagħti l-opinjoni tagħha dwar id-deroga koperta fit-tieni subparagrafu.
4. Il-metodu ta’ l-analiżi ta’ referenza li jiddetermina l-preżenza tal-merkurju jinsab fl-Anness III.1. Jistgħu jintużaw metodi oħra jekk il-limiti tat-tkixxif, il-preċiżjoni u l-akkuratezza ta’ dawn il-metodi jkunu minn ta’ l-inqas tajbin daqs dawk stabbiliti fl-Anness III.1. L-akkuratezza meħtieġa fil-kejl tal-fluss hija speċifikata fl-Anness III.2.
Artikolu 4
L-Istati Membri konċernati għandhom ir-responsabbiltà għall-moniteragg ta’ l-ambjent akwatiku milqut mill-iskariki industrijali.
F’każ ta’ skariki li jolqtu l-ilmijiet ta’ diversi Stati Membri, l-Istati Membri konċernati għandhom jikkoperaw bl-għan li jarmonizzaw il-proċeduri tal-moniteragg.
Artikolu 5
F'intervalli ta' tliet snin l-Istati Membri għandhom jibagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, permezz ta' rapport settorjali li għandu jiġbor fih ukoll Direttivi oħra relevanti tal-Komunità. Dan ir-rapport għandu jkun imsejjes fuq kwestjonarju jew punti prinċipali magħmula mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE ( 5 ). Il-kwestjonarju jew punti prinċipali għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri sitt xhur qabel ma jibda l-perjodu li għalih ikun sar ir-rapport. Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien disa' xhur mit-tmiem tal-perjodu ta' tliet snin li għalih ikun sar.
L-ewwel rapport għandu jkun għall-perjodu mill-1993 sa l-1995, biż-żewġ dati magħduda.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport tal-Komunità dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva fi żmien disa' xhur minn meta tirċievi r-rapporti mill-Istati Membri.
F’każ ta’ tibdil fl-għarfien xjentifiku relatat prinċiparjament mat-tossiċità, il-persistenza u l-akkumulazzjoni tal-merkurju f’organiżmi ħajjin u fis-sedimenti, jew f’każ li jkun hemm titjib fl-aħjar meżżi tekniċi disponibbli, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti xierqa lill-Kunsill bl-għan li tirrinforza, jekk ikun hemm bżonn, il-valuri ta’ limitu u l-objettivi tal-kwalità.
Artikolu 6
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 1983. Għandhom mill-ewwel jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.
2. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.
Artikolu 7
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Il-valuri ta’ limitu, it-temma taż-żmien għall-konformità magħhom, u l-proċeduri tal-monitorjar ta’ l-iskariki
|
1. |
It-tabella li ġejja tindika l-valuri ta’ limitu espressi f’termini ta’ konċentrazzjoni li, bħala prinċipju, m’għandhomx jiġu skorruti.
Fil-każijiet kollha, il-valuri ta’ limitu espressi bħala konċentrazzjonijiet massimi ma’ jistgħux ikunu akbar minn dawk espressi bħala kwantitajiet massimi diviżi bil-ħtiġiet ta’ l-ilma għal kull tunnellata ta’ kapaċità installata għall-produzzjoni tal-klorin |
||||||||||||||
|
2. |
Madankollu, minħabba li l-konċentrazzjoni tal-merkurju fl-iskariki tiddependi mill-volum ta’ l-ilma involut, li jvarja skond il-proċessi u l-impjanti differenti, il-valuri ta’ limitu espressi f’termini ta’ kwantità ta’ merkurju skarikat f’relazzjoni mal-kapaċità installata għall-produzzjoni tal-klorin indikati fit-tabella li ġejja għandhom jiġu osservati f’kull każ.
|
||||||||||||||||||||||||||
|
3. |
Il-valuri ta’ limitu medji ta’ kuljum huma erba’ darbiet daqs il-valuri ta’ limitu medji korrispondenti għal kull xahar speċifikati fil-punti 1 u 2. |
|
4. |
Trid tiġi stabbilità proċedura ta’ moniteragg għall-verifika tal-konformità ta’ l-iskariki ma’ l-livelli ta’ l-emissjoni li ġew stabbiliti skond il-valuri ta’ limitu stabbiliti f’dan l-Anness. Din il-proċedura għandha tipprovdi għal: — it-teħid ta’ kuljum ta’ kampjun rappreżentattiv ta’ l-iskariku fuq perijodu ta’ 24 siegħa u l-kejl tal-konċentrazzjoni tal-merkurju f’ dak il-kampjun, u — il-kejl tal-fluss totali ta’ l-iskariku tul dak il-perijodu. Il-kwantità ta’ merkurju skarikat matul ix-xahar għandu jiġi kalkulat billi jingħaddu flimkien il-kwantitajiet ta’ merkurju skarikati kuljum matul dak ix-xahar. Dan it-total imbagħad irid jiġi diviż bil-kapaċità installata għall-produzzjoni tal-klorin. |
ANNESS II
Objettivi tal-kwalità
Għal dawk l-Istati Membri li japplikaw l-eċċezzjoni provduta fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 76/464/KEE, il-livelli ta' emissjoni li l-Istati Membri jridu jistabbilixxu u jiżguraw li jiġu applikati, skond l-Artikolu 5 ta' dik id-Direttiva, għandhom jiġu stabbiliti sabiex l-objettiv jew l-objettivi tal-kwalità xierqa fost dawk elenkati aktar il-quddiem jiġi jew jiġu mħarsa fiż-żona milquta mill-iskariki tal-merkurju mill-industrija ta' l-elettrolisi tal-kloruri alkalini. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi ż-żona milquta f'kull każ u mill-objettivi tal-kwalità elenkati fil-paragrafu 1 għandha tagħżel l-objettiv jew l-objettivi li jidhrilha li jkun jew ikunu xierqa billi tqis l-użu intenzjonat taż-żona milquta, u wara li tkun ikkonsidrat il-fatt li l-iskop ta' din id-Direttiva huwa li t-tniġġis jiġi eliminat għal kollox.
|
1. |
L-objettivi tal-kwalità li ġejjin huma stabbiliti sabiex jiġi eliminat it-tniġġis definit fid-Direttiva 76/464 KEE, u skond l-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva:
|
|
2. |
Il-konċentrazzjoni tal-merkurju fis-sedimenti jew fil-frott tal-baħar bil-qoxra ma jridx jiżdied b'mod sinifikanti biż-żmien. |
|
3. |
Fejn diversi objettivi tal-kwalità japplikaw għall-ilmijiet f' żona waħda, il-kwalità ta' l-ilmijet trid tkun suffiċjenti biex tissodisfa kull wieħed minnhom. |
|
4. |
Il-valuri fl-għamla numerika ta' l-objettivi tal-kwalità speċifikati f'1.2, f'1.3 u f'1.4, bħala eċċezzjoni u fejn meħtieġ għal raġunijiet tekniċi, jistgħu jiġu mmoltiplikati b'1; 5 sat-30 ta' Ġunju 1986jekk il-Kummissjoni tkun ġiet innotifikata minn qabel. |
ANNESS III
Metodu tal-kejl ta' referenza
|
1. |
Il-metodu ta' referenza għall-analiżi sabiex jiġi stabbilit il-kontenut tal-merkurju fl-ilmijiet, fil-laħam tal-ħut, fis-sedimenti u fil-frott tal-baħar bil-qoxra huwa permezz ta' l-ispettrofotometrija bl-assorbiment atomiku mingħajr fjamma wara trattament xieraq minn qabel tal-kampjun li jikkonsidra b'mod partikolari il-preossidazzjoni tal-merkurju u r-riduzzjoni suċċessiva tal-joni tal-merkurju Hg (II). Il-limiti tat-tkixxif ( 6 ) iridu jkunu hekk illi l-konċentrazzjoni tal-merkurju tista' tiġi mkejla b' akkuratezza (6) ta' ± 30 % u bi preċiżjoni (6) ta' ± 30 % f'dawn il-konċentrazzjonijiet li ġejjin: — fil-każ ta' skariki, parti minn kull għaxra tal-konċentrazzjoni massima ta' merkurju permessa, speċifikata fl-awtorizzazzjoni, — fil-każ ta' l-ilma tal-wiċċ, parti minn kull għaxra tal-konċentrazzjoni tal-merkurju speċifikata fl-objettiv tal-kwalità, — fil-każ tal-laħam tal-ħut u tal-frott tal-baħar bil-qoxra, parti minn kull għaxra tal-konċentrazzjoni tal-merkurju speċifikata fl-objettiv tal-kwalità, — fil-każ tas-sedimenti, parti minn kull għaxra tal-konċentrazzjoni tal-merkurju fil-kampjun jew 0; 05 mg/kg piż niexef, skond liema ċifra tkun l-akbar. |
|
2. |
Il-kejl ta' l-fluss irid isir b'akkuratezza ta' ± 20 %. |
ANNESS IV
Proċedura tal-moniteragg għall-objettivi tal-kwalità
|
1. |
Għal kull awtorizzazzjoni mogħtija skond din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti għandha tispeċifika r-restrizzjonijiet, il-proċedura tal-moniteragg u t-temma taż-żmien sabiex tiġi żgurata l-konformita ma' l-objettiv jew l-objettivi tal-kwalità konċernati. |
|
2. |
B'konformità ma' l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 76/464/KEE, l-Istati Membri għandhom jirraportaw lill-Kummissjoni kull objettiv tal-kwalità magħżul u applikat, dwar: — il-punti ta' l-iskariku u l-mezzi tat-tixrid, — iż-żona fejn l-objettiv tal-kwalità ikun qiegħed jiġi applikat, — is-sit tal-punti tat-teħid tal-kampjuni, — il-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni, — il-metodi użati għat-teħid tal-kampjuni u għall-kejl, — ir-riżultati miksuba. |
|
3. |
Il-kampjuni jridu jirrappreżentaw tajjeb il-kwalità ta' l-ambjent akwatiku fiż-żona milquta mill-iskariki, u l-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni trid tkun biżżejjed biex tindika kull bidla fl-ambjent akwatiku, wara li jitqiesu b'mod partikolari l-varjazzjonijet naturali fis-sistema idroloġika. L-analiżi tal-ħut ta' l-ilma mielaħ trid issir fuq numru ta' kampjuni u speċi li jkun rappreżentattiv biżżejjed. |
|
4. |
Rigward l-objettiv tal-kwalità f'1.1 ta' l-Anness II, l-awtorità kompetenti għandha tagħżel dawk l-ispeċi tal-ħut li għandhom jintużaw bħala indikaturi ta' referenza għall-analiżi. Għall-ilma mielaħ l-ispeċi magħżula minn fost dawk li jgħixu fl-ilmijet ta' madwar il-kosta u maqbuda lokalment jistgħu jinkludu l-merluzz, il-merlangu, il-barbun tat-tbajja, il-kavall, il-Melanogrammus aeglefinus u l-barbun ta' l-għain. |
( 1 ) ĠU L 129, tat-18.5.1976, p. 23.
( 2 ) ĠU C 169, tas-6.7.1979, p. 2.
( 3 ) ĠU C 341, tal-31.12.1980, p. 24.
( 4 ) ĠU C 83, tat-2.4.1980, p. 16.
( 5 ) ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48.
( 6 ) Id-definizzjonijiet ta' dawn it-termini huma dawk speċifikati fid-Direttiva tal-Kunsill 79/869/KEE tad-9 ta' Ottubru 1979 li tirrigwarda l-metodi tal-kejl u l-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni u ta' l-analiżi ta' l-ilma tal-wiċċ maħsub għall-produzzjoni ta' l-ilma tax-xorb fl-Istati Membri (ĠU L 271, tad-29.10.1979, p. 44).