1979L0869 — MT — 05.06.2003 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Ottubru 1979

dwar il-metodi ta’ kejl u l-frekwenzi ta’ l-analiżi u tat-teħid ta’ kampjuni ta’ l-ilma tal-wiċċ maħsub għall-estrazzjoni ta’ ilma tax-xorb fl-Istati Membri

(79/869/KEE)

(ĠU L 271, 29.10.1979, p.44)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 81/855/KEE tad-19 ta' Ottubru 1981

  L 319

16

7.11.1981

►M2

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 91/692/KEE tat-23 ta' Diċembru, 1991,

  L 377

48

31.12.1991

►M3

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 807/2003 ta' l-14 ta' April 2003

  L 122

36

16.5.2003


Emendat bi:

 A1

  L 302

23

15.11.1985

 A2

  C 241

21

29.8.1994




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Ottubru 1979

dwar il-metodi ta’ kejl u l-frekwenzi ta’ l-analiżi u tat-teħid ta’ kampjuni ta’ l-ilma tal-wiċċ maħsub għall-estrazzjoni ta’ ilma tax-xorb fl-Istati Membri

(79/869/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 100 u 235 tiegħu,

Wara li kunsidra l-proposta tal-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi l-programm ta’ azzjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-ambjent ( 4 ) jistipula l-istandardizzazzjoni u l-armonizzazzjoni tal- metodi ta’ kejl użati, sabiex ir-riżultati ta’ miżuri kontra t-tniġġis fil-Komunitá jkunu komparabbli;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 75/440/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1975 dwar il-kwalitá ta’ l-ilma tal-wiċċ meħtieġa għall-estrazzjoni ta’ l-ilma tax-xorb fl-Istati Membri ( 5 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tagħha, tistipula l-adozzjoni ta’ politika tal-Komunitá dwar il-frekwenza tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ l-analiżi tal-parametri, kif ukoll metodi ta’ kejl;

Billi kull nuqqas ta’ qbil fid-dispożizzjonijiet diġà applikabbli jew li qegħdin jiġu preparati fid-diversi Stati Membri dwar il-metodi ta’ kejl u l-frekwenza tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ l-analiżi għal kull parametru sabiex tiġi determinata l-kwalitá ta’ l-ilma tal-wiċċ jista’ joħloq kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux ugwali u konsegwentament jaffettwa direttament it-tħaddim tas-suq komuni; billi għalhekk huwa neċessarju li l-liġijiet f’dan il-qasam jiġu approssimati, taħt l-Artikolu 100 tat-Trattat;

Billi jidher li huwa neċessarju li din l-approssimazzjoni tkun akkumpanjata minn azzjoni tal-Komunitá intiża sabiex tilħaq wieħed mill-oġġettivi tal-Komunitá fil-qasam tal- ħarsien ta’ l-ambjent u t-titjib tal-kwalitá tal-ħajja permezz ta’ leġiżlazzjoni aktar sħiħa; billi għaldaqstant għandu jkun hemm ċerti dispożizzjonijiet speċifiċi għal dan il-għan; billi għandu jiġi invokat l-Artikolu 235 tat-Trattat, peress illi s-setgħat meħtieġa għal dan il-għan m’humiex maħsuba fit-Trattat;

Billi, għall-analiżi mwettqa fl-Istati Membri, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti metodi ta’ kejl ta’ referenza komuni sabiex jiddeterminaw il-valuri tal-parametri li jiddefinixxu l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u mikrobijoloġiċi ta’ l-ilma tal-wiċċ maħsuba għall-estrazzjoni ta’ l-ilma tax-xorb;

Billi, bl-iskop li tiġi mħarsa l-kwalitá meħtieġa, huwa neċessarju li jittieħed numru minimu regolari ta’ kampjuni ta’ l-ilma tal-wiċċ sabiex il-parametri msemmija fl-Anness II tad-Direttiva 75/440/KEE jkunu jistgħu jitkejjlu;

Billi l-frekwenza minima tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ analiżi għal kull parametru għandha tiżdied fi proporzjon mal-volum ta’ ilma estratt u mal-popolazzjoni moqdija; billi l-frekwenza għandha tiżdied skond il-grad ta’ riskju li jinħoloq bid-deterjorament tal-kwalitá ta’ l-ilma;

Billi l-progress tekniku u xjentifiku jista’ jkun jeħtieġ l-aġġustament ta’ malajr ta’ xi ħtiġijiet definiti fl-Anness II ta’ din id-Direttiva, sabiex jieħdu in-konsiderazzjoni b’mod partikolari bidliet fil-livelli tal-parametri speċifikati fl-Anness II tad-Direttiva 75/440/KEE; billi, sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri neċessarji, għandha tiġi stabbilita proċedura sabiex ikun hemm kollaborazzjoni aktar mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni f’Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku u Xjentifiku,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

Din id-Direttiva hija dwar il-metodi ta’ kejl ta’ referenza u l-frekwenzi tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ l-analiżi għall-parametri elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 75/440/KEE.

Artikolu 2

Għall-iskop ta’ din id-Direttiva:

 “metodu ta’ kejl referenza” ifisser l-għażla ta’ prinċipju ta’ kejl jew deskrizzjoni distinta ta’ proċedura sabiex jiġu determinati l-valuri tal-parametri elenkati fl-Anness I ta’ din id-Direttiva,

 “limitu ta’ għarfien” ifisser il-valur minimu tal-parametru eżaminat li huwa possibbli illi jiġi rilevat,

 “preċiżjoni” tfisser il-firxa fejn ikunu jinsabu 95 % tar-riżultati tal-qisien fuq kampjun wieħed, bl-użu ta’ l-istess metodu,

 “eżattezza” tfisser id-differenza bejn il-valur veru tal-parametru eżaminat u l-valur medju sperimentali miksub.

Artikolu 3

1.  Analiżi ta’ kampjuni ta’ l-ilma meħuda għandhom ikunu jikkonċernaw dawk il-parametri msemmija fl-Anness II tad-Direttiva 75/440/KEE li għalihom ġew assenjati valuri I u/jew G.

2.  L-Istati Membri għandhom kemm jista’ jkun jużaw il-metodi ta’ kejl ta’ referenza msemmija fl-Anness I ta’ din id-Direttiva.

3.  Il-valuri għal-limitu ta’ għarfien u għall-preċiżjoni u l-eżattezza tal-metodi ta’ kejl użati sabiex jiġu spezzjonati l-parametri msemmija fl-Anness I ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu rispettati.

Artikolu 4

1.  Il-frekwenzi annwali minimi tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ l-analiżi għal kull parametru jinsabu fl-Anness II ta’ din id-Direttiva. It-teħid ta’ kampjuni għandu kemm jista’ jkun ikun mifrux matul is-sena sabiex jagħti stampa rappreżentattiva tal-kwalitá ta’ l-ilma.

2.  Il-kampjuni ta’ l-ilma tal-wiċċ għandhom ikunu jirrappreżentaw l-ilma fil-punt tal-kampjun kif definit fl-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 75/440/KEE.

Artikolu 5

Il-kontenituri użati għall-kampjuni, l-aġenti jew il-metodi użati sabiex tiġi preservata parti minn kampjun għall-analiżi ta’ parametru, wieħed jew aktar, il-ġarr u l-ħażna tal-kampjuni u l-preparazzjoni tal-kampjuni għall-analiżi m’għandhiex tkun tali li tikkawża xi bidliet sinifikanti fir-riżultati ta’ l-analiżi.

Artikolu 6

1.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu frekwenzi tat-teħid tal-kampjuni u ta’ l-analiżi għal kull parametru għal kull punt tal-kampjun.

2.  Il-frekwenzi tat-teħid tal-kampjuni u ta’ l-analiżi m’għandhomx ikunu inqas mill-frekwenzi annwali minimi stipulati fl-Anness II ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 7

1.  Fejn stħarriġ mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-ilma tal-wiċċ maħsub għall-estrazzjoni ta’ l-ilma tax-xorb juri li l-valuri miksuba għal ċerti parametri huma superjuri b’mod konsiderevoli għal dawk stabbiliti mill-Istati Membri skond l-Anness II tad-Direttiva 75/440/KEE, l-Istat Membru ikkonċernat jista’ jnaqqas il-frekwenza tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ l-analiżi għal dawn il-parametri.

2.  Jekk ma jkun hemm l-ebda tniġġis fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u jekk ma jkun hemm l-ebda riskju li l-kwalitá ta’ l-ilma tiddeterjora u jekk l-ilma in kwistjoni huwa superjuri fil-kwalitá għall-indikazzjonijiet mogħtija fil-kolonna A1 ta’ l-Anness II tad-Direttiva 75/440/KEE, l-awtoritajiet ikkonċernati jistgħu jiddeċiedu li mhux meħtieġa analiżi regolari.

Artikolu 8

▼M2

F'intervalli ta' tliet snin l-Istati Membri għandhom jibagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, permezz ta' rapport settorjali li għandu jiġbor fih ukoll Direttivi oħra relevanti tal-Komunità. Dan ir-rapport għandu jkun imsejjes fuq kwestjonarju jew punti prinċipali magħmula mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE ( 6 ). Il-kwestjonarju jew punti prinċipali għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri sitt xhur qabel ma jibda l-perjodu li għalih ikun sar ir-rapport. Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien disa' xhur mit-tmiem tal-perjodu ta' tliet snin li għalih ikun sar.

L-ewwel rapport għandu jkun għall-perjodu mill-1993 sa l-1995, biż-żewġ dati magħduda.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport tal-Komunità dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva fi żmien disa' xhur minn meta tirċievi r-rapporti mill-Istati Membri.

▼B

Artikolu 9

Sabiex jittieħdu in konsiderazzjoni b’mod partikolari bidliet fil-livelli tal-parametri speċifikati fl-Anness II tad-Direttiva 75/440/KEE, l-emendi meħtieġa skond il-progress tekniku dwar:

 il-metodi ta’ kejl ta’ referenza msemmija fl-Anness I ta’ din id-Direttiva,

 il-limitu ta’ għarfien, il-preċiżjoni u l-eżattezza ta’ dawn il-metodi,

 il-materjali rakkommandati għall-kontenitur

ghal progress tekniku, għandhom isiru skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 11 ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 10

1.  Għall-iskopijiet imsemmija fl-Artikolu 9, qiegħed hawn jitwaqqaf Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku u Xjentifiku (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “Il-Kumitat”), li jikkonsisti f’rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u mmexxi minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

▼M3 —————

▼M3

Artikolu 11

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta' l-Addattament għall-Progress Tekniku u Xjentifiku.

2.  Meta jsir riferiment għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 7 ).

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

3.  Il-kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

▼B

Artikolu 12

1.  Id-Direttiva 75/440/KEE qegħda hawnhekk tiġi emendata kif ġej:

(a) L-Artikolu 5(2) għandu jitħassar;

(b) fl-Artikolu 5(3) il-kliem “dawk imsemmija fil-paragrafu 2” għandhom jiġu mibdula bil-kliem “il-valuri parametriċi għall-kwalitá ta’ l-ilma in kwistjoni”.

2.  Il-paragrafu 1 għandu jidħol fis-seħħ fi żmien sentejn min-notifika ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 13

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fi żmien sentejn min-notifika tagħha. Huma għandhom minnufih jinnotifikaw b’dan lill-Kummissjoni.

Artikolu 14

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

Metodu ta’ referenza għall-kejl tal-valuri I u/jew G tal-parametri fid-Direttiva tal-Kunsill 75/440/KEE



(A)

(B)

(C)

(D)

(E)

(F)

(G)

 

Parametru

Limitu ta’ kxif

Preċiżjoni ±

Eżattezza ±

Metodu ta’ kejl ta’ referenza

Materjali rakkomandati għall-kontenitur

1

pH

unità pH

-

0.1

0.2

—  Elettrometrija

Il-kejl isir fuq il-post waqt li jittieħdu l-kampjuni mingħajr ebda trattament tal-kampjun minn qabel

 

2

Kulur

(wara filtrazzjoni sempliċi)

mg Pt/l

5

10 %

20 %

—  Filtrazzjoni minn membran tal-fibri tal-ħġieġ

Metodu fotometriku bl-użu ta’ skala tal-kobalt tal-platinu

3

Total ta’ solidi sospiżi

mg/l

-

5 %

10 %

—  Filtrazzjoni minn membran ta’ 0.45 μm, li tinxef f’105 oC u tiżen

—  Ċentrifugazzjoni (għal mill-inqas 5 minuti b’aċċellerazzjoni medja ta’ 2 800 sa 3 200 g) li tinxef f’105 oC u tiżen

 

4

Temperatura

oC

-

0.5

1

—  Termometrija

Il-kejl isir fuq il-post waqt li jittieħdu l-kampjuni mingħajr ebda trattament tal-kampjun minn qabel

 

5

Konduttivitá f’20 oC

us/ċm

-

5 %

10 %

—  Elettrometrija

 

6

Riħa

Fattur ta’ taħlit ta’ l-ilma (dilutions) f’25 oC

-

-

-

—  B’taħlit suċċessiv

Ħġieġ

7

Nitrati

mg/l NO3,

2

10 %

20 %

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari

 

8

Fluworuri

mg/l F

0.05

10 %

20 %

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari wara d-distillazzjoni jekk neċessarja

—  Elettrodi joniċi speċifiċi

 

9

Total ta’ klorin organiku li jista’ jiġi estratt

mg/l Cl

 
 
 
 
 

10

Ħadid maħlul

mg/l Fe

0.02

10 %

20 %

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku wara filtrazzjoni minn membran (0.45 μm)

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari wara filtrazzjoni minn membran ta’ 0.45 μm

 

11

Manganeżju

mg/l Mn

0.01 (1)

10 %

20 %

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku

 

0.02 (2)

10 %

20 %

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari

 

12

Ram (5)

mg/l Cu

0 005

10 %

20 %

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku

—  Polarografija

 

0.02 (3)

10 %

20 %

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari

—  Polarografija

 

13

Żingu (5)

mg/l Zn

0.01 (1)

10 %

20 %

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku

 

0.02

10 %

20 %

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari

 

14

Boron (5)

mg/l B

0.1

10 %

20 %

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku

Materjali li ma fihomx boron fi kwantitajiet sinifikanti

15

Berillju

mg/l Be

 
 
 
 
 

16

Kobalt

mg/l Co

 
 
 
 
 

17

Nijkil

mg/l Ni

 
 
 
 
 

18

Vanadju

mg/lV

 
 
 
 
 

19

Arseniku (5)

mg/l As

0 002 (1)

20 %

20 %

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku

 

0.01 (4)

 
 

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari

 

20

Kadmiju (9)

mg/l cd

0.0002

30 %

30 %

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku

 

0 001 (7)

 
 

—  Polarografija

21

Kromju totali (9)

mg/l Cr

0.01

20 %

30 %

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari

 

22

Ċomb (9)

mg/l Pb

0.01

20 %

30 %

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku

—  Polografija

 

23

Selenju (9)

mg/l Se

0 005

 
 

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku

 

24

Merkurju (9)

mg/l Hg

0.0001

0.0002 (7)

30 %

30 %

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku mingħajr fjamma (vaporizzazzjoni kiesħa)

 

25

Barju (9)

mg/l Ba

0.02

15 %

30 %

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku

 

26

Ċjanur

mg/l CN

0.01

20 %

30 %

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari

 

27

Sulfati

mg/l So4

10

10 %

10 %

—  Analiżi gravimetrika

—  Komplessimetrija EDTA

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari

 

28

Kloruri

mg/l Cl

10

10 %

10 %

—  Titrazzjoni (il-metodu Mohr)

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari

 

29

Surfactants (li jagħmlu reazzjoni mal-methylene blu)

mg/l (Lauryl Sulfate)

0.05

20 %

 

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari

 

30

Fosfati

mg/l P2O5

0.02

10 %

20 %

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari

 

31

Fenoli (indiċi tal-fenol)

mg/l C6H5OH

0.0005

0.0005

0.0005

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari metodu 4 amnijoantipirina

Ħġieġ

0.001 (8)

30 %

50 %

—  Metodu tal-paranitranlina

32

Idrokarbonji maħlulin jew emulsifikati

mg/l

0.01

20 %

30 %

—  Spettrometrija bl-infra-red wara estrazzjoni bit-tetraklorur tal-karbonju

Ħġieġ

0.04 (6)

 
 

—  Gravimetrija wara estrazzjoni bl-ether tal-petrolju

33

Idrokarbonji aromatiċi poliċikliċi (5)

mg/l

0.00004

50 %

50 %

—  Kejl ta’ florexxenza fl-UV wara kromatografija fuq qoxra rqiqa

Kejl komparattiv fir-rigward ta’ taħlita ta’ sitt sustanzi ta’ kontoll bl-istess konċentrazzjoni (10)

Ħġieġ jew aluminju

34

Pestiċidi totali (parathion, hexacholoro-cyclohexane, dieldrin) (5)

mg/l

0.0001

50 %

50 %

—  Kromatografija f’gass jew likwidu wara estrazzjoni permezz ta’ solventi adattati u purifikazzjoni

Identifikazzjoni tal-kostitwenti tat-taħlita

Analiżi kwantitattiva (11)

Ħġieġ

35

Domanda ta’ ossiġnu kimiku (DOK)

mg/l O2

15

20 %

20 %

—  Metodu tad-dikoromat tal-potassju

 

36

Rata ta’ saturazzjoni ta’ ossiġnu maħlul

%

5

10 %

10 %

—  Metodu ta’ Winkler

Ħġieġ

 
 
 

—  Metodu elettrokimiku

 

37

Domanda ta’ ossiġnu bijokimiku (DOB5) f’20 oC mingħajr nitrifikazzjoni

mg/l O2

2

1.5

2

—  Determinazzjoni ta’ ossiġnu maħlul qabel u wara ħamest ijiem ta’ inkubazzjoni f’20 oC +/- 1 oC, fi dlam ċappa Żieda ta’ inibitur tan-nitrifikazzjoni

 

38

Nitroġenu permezz tal-metodu Kjeldahl (barra minn f’NO2 u NO3)

mg/l N

0.3

0.5

0.5

—  Mineralizzazzjoni, distillazzjoni bil-metodu Kjeldahl u determinazzjoni ta’ l-ammonju permezz ta’ spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari jew titrazzjoni

 

39

Ammonju

mg/l NH4

0.01 (1)

0.03 (1)

0.03 (1)

—  Spettrofotometrija ta’ assorbiment molekulari

 

0.1 (2)

10 % (2)

20 % (2)

 

40

Sustanzi li jistgħu jiġu estratti bil-kloroform

mg/l

 (12)

-

-

—  Estrazzjoni meta l-valur tal-pH ikun newtrali permezz tal-kloroform purifikat, evaporazzjoni in vacuo f’temperatura ta’ ġewwa, użin tar-residwi

 

41

Karbonju organiku totali

mg/l C

 
 
 
 
 

42

Karbonju organiku residwu wara l-flokkulazzjoni u filtrazzjoni minn membran (5 μm)

mg/l C

 
 
 
 
 

43

Koliformi totali

/100 ml

(1)

500 (13)

 
 

—  Koltura f’37 oC fuq mezz solidu speċifiku adattat (bħal Tergitol lactose agar, Endo agar, 0.4 % Teepol broth) bil-filtrazzjoni (1) jew mingħajr filtrazzjoni (13) u l-għadd tal-kolonji. Il-kampjuni għandhom jitħalltu ma’ l-ilma jew, fejn xieraq, ikkonċentrati b’tali mod li jkun fihom bejn 10 u 100 kolonja. Jekk tkun neċessarja,identifikazzjoni permezz ta’ gassifikazzjoni.

Ħġieġ sterilizzat

(1)

500 (13)

 
 

—  Metodu ta’ taħlit ma’ l-ilma bil-fermentazzjoni f’substrati likwidi f’mill-anqas tliet tubi fi tliet taħlitiet. Sotto-koltura tat-tubi pożittivi fuq mezz ta’ konferma. Għodd skond in-NAP (in-numru l-aktar probabbli).Temperatura ta’ inkubazzjoni: 37 oC+- 1 oC.

44

Faecal coliforms

/100 ml

(1)

200 (13)

 
 

—  Koltura f’44 oC fuq mezz solidu speċifiku adattat (bħal Tergitol lactose agar, Endo agar, 0.4 % Teepol broth) bil-filtrazzjoni (1) jew mingħajr filtrazzjoni (13) u l-għadd tal-kolonji. Il-kampjuni għandhom jitħalltu ma’ l-ilma jew, fejn xieraq, ikkonċentrati b’tali mod li jkun fihom bejn 10 u 100 kolonja. Jekk tkun neċessarja, identifikazzjoni permezz ta’ gassifikazzjoni.

Ħġieġ sterilizzat

(1)

200 (13)

 
 

—  Metodu ta’ taħlit ma’ l-ilma bil-fermentazzjoni f’substrati likwidi f’mill-anqas tliet tubi fi tliet taħlitiet. Sotto-koltura tat-tubi pożittivi fuq mezz ta’ konferma. Għodd skond in-NAP (in-numru l-aktar probabbli). Temperatura ta’ inkubazzjoni: 44 oC+- 0.5 oC.

45

Faecal streptococci

/100 ml

(1)

200 (13)

 
 

—  Kultura f’37 oC fuq mezz solidu adattat u speċifiku (bħal sodium azide) bil-filtrazzjoni (1) jew mingħajr il-filtrazzjoni (13) u kont tal-kolonja. Il-kampjuni għandhom ikunu mħallta jew, fejn xieraq, ikkonċentrati b’tali mod illi jkun fihom bejn 10 u 100 kolonja.

Ħġieġ sterilizzat

(1)

200 (13)

 
 

—  Metodu ta’ taħlit ma’ l-ilma f’sodium azide broth f’mill-inqas tliet tubi bi tliet taħlitiet. Għodd skond in-NAP (in-numru l-aktar probabbli).

46

Salmonella (14)

 

1/5 000 ml

1/1 000 ml

 
 

—  Konċentrazzjoni permezz ta’ filtrazzjoni (fuq membran jew filtru xieraq).

—  Inokulazzjoni f’mezz ta’ tisħiħ minn qabel. Tisħiħ u trasferiment f’gelese ta’ iżolament - Identifikazzjoni.

Ħġieġ sterilizzat

(1)   Għall-ilma tal-kategorija A1, valur G

(2)   Għall-ilmijiet tal-kategoriji A2 u A3.

(3)   Għall-ilmijiet tal-kategorija A3.

(4)   Għall-ilmijiet tal-kategoriji A1, A2 u A3, valur 1.

(5)   Jekk il-kampjuni jkun fihom daqshekk materjal sospiż li jirrikjedi trattament preliminari speċjali, il-valuri ta’ eżattezza murija fil-kolonna E f’dan l-Anness jistgħu bħala eċċezzjoni jinqabżu u jkunu meqjusa bħala mira. Dawn il-kampjuni għandhom jiġu trattati sabiex jiġi żgurat li l-analiżi tkopri l-akbar kwantitá ta’ sustanzi li għandhom jiġu mkejjla.

(6)   Għall-ilmijiet tal-kategoriji A2 u A3.

(7)   Għall-ilmijiet tal-kategoriji A1, A2 u A3, valur 1.

(8)   Għall-ilmijiet tal-kategoriji A2, valur 1 u A3.

(9)   Jekk il-kampjuni jkun fihom daqshekk materjal sospiż li jirrikjedi trattament preliminari speċjali, il-valuri ta’ eżattezza murija fil-kolonna E f’dan l-Anness jistgħu bħala eċċezzjoni jinqabżu u jkunu meqjusa bħala mira. Dawn il-kampjuni għandhom jiġu trattati sabiex jiġi żgurat li l-analiżi tkopri l-akbar kwantitá ta’ sustanzi li għandhom jiġu mkejjla.

(10)   Taħlita ta’ sitt sustanzi standard kollha ta’ l-istess konċentrazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni: fluoranthene: 3, 4 benzofluoranthene; 11, 12-benzofluoranthene:3, 4-benzopyrer 1, 12-benzoperylene; indano/1,2,3 – cd/pyrene.

(11)   Taħlita ta’ tliet sustanzi ta’ l-istess konċentrazzjoni li għandhom jittieħdu in- konsiderazzjoni: parathion, hexachlorocyclohexane, dieldrin.

(12)   Billi fil-preżent dan il-metodu mhuwiex użat fl-Istati Membri, mhuwiex ċert li l-metodu ta’ għarfien meħtieġ sabiex jiġu spezzjonati l-valuri fid-Direttiva 75/440/KEE jista’ jintlaħaq

(13)   Għall-ilmijiet tal-kategoriji A2 u A3, valur G.

(14)   Assenza f’5 000 ml (A1, G) u assenza f’1 000 ml (A2,G)

(15)   Kampjuni ta’ l-ilma tal-wiċċ meħuda fil-punt ta’ estrazzjoni jiġu analizzati u mkejla wara li jkunu ġew filtrati (passatur tax-xibka tal-wajer) sabiex jiġi mneħħi kull debris li jkun f’wiċċ l-ilma bħall-injam jew il-plastik.




ANNESS II

Frekwenza annwali minima tat-teħid tal-kampjuni u ta' l-analiżi għal kull parametru fid-Direttiva 75/440/KEE.



Popolazzjoni moqdija

A1 (1)

A2 (1)

A3 (1)

(2)

II (2)

III (2)

(2)

II (2)

III (2)

(2)

II (2)

III (2)

≤ 10 000

 (3)

 (3)

 (3)

 (3)

 (3)

 (3)

2

1

 (3) (4)

>10 000 sa ≤30 000

1

1

 (3)

2

1

 (3)

3

1

1

>30 000 sa ≤ 100 000

2

1

 (3)

4

2

1

6

2

1

>100 000

3

2

 (3)

8

4

1

12

4

1

(1)   Kwalitá ta' ilmijiet tal-wiċċ, l-Anness II Direttiva 75/440/KEE

(2)   Klassifikazzjoni tal-parametri skond il-frekwenza

(3)   Frekwenza li għandha tiġi determinata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti

(4)   Bis-suppożizzjoni li dan l-ilma tal-wiċċ huwa maħsub għall-estrazzjoni ta' ilma tax-xorb, l-Istati Membri huma rakkommandati li jieħdu kampjuni ta' din il-kategorija ta' ilma mill-inqas darba fis-sena (A3, III, 10 000)



KATEGORIJI

I

II

III

Parametri

Parametri

Parametri

1

pH

10

Ħadid maħlul

8

Fluworidi

2

Kulur

11

Manganeżju

14

Boron

3

Total ta' solidi sospiżi

12

Ram

19

Arseniku

4

Temperatura

13

Żingu

20

Kadmiju

5

Konduttivitá

27

Sulfati

21

Kromju totali

6

Riħa

29

Surfactants

22

Ċomb

7

Nitrati

31

Fenoli

23

Selenju

28

Kloruri

38

Nitroġenu bil-metodu Kjeldahl

24

Merkurju

30

Fosfati

43

Koliformi totali

25

Barju

35

Domanda ta' ossiġnu kimiku (DOK)

44

Faecal coliforms

26

Ċijanur

36

Rata ta' saturazzjoni ta' l-ossiġnu maħlul

 
 

32

Idrokarbonji maħlulin jew emulsifikati

37

Domanda ta' ossiġnu bijokimiku (DOB)

 
 

33

Idrokarbonji aromatiċi poliċikliċi

39

Ammonju

 
 

34

Pestiċidi totali

 
 
 
 

40

Sustanzi li jistgħu jiġu estratti bil-kloroform

 
 
 
 

45

Faecal Streptococci

 
 
 
 

46

Salmonella



( 1 ) ĠU C 208, 1.9.1978, p. 2.

( 2 ) ĠU C 67, 12.3.1979, p. 48.

( 3 ) ĠU C 128, 21.5.1979, p. 4.

( 4 ) ĠU C 112, 20.12.1973, p. 1.

( 5 ) ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 34.

( 6 ) ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48.

( 7 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.