1979L0532 — MT — 30.10.1997 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL tas-17 ta’ Mejju 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal tagħmir ta’ dawl u sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (ĠU L 145, 13.6.1979, p.16) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 378 |
45 |
31.12.1982 |
||
|
ID-DIRETTIVA 97/54/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta’ Settembru 1997 |
L 277 |
24 |
10.10.1997 |
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ Mejju 1979
dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal tagħmir ta’ dawl u sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija
(79/532/KEE)
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 100 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),
Billi r-rekwiżiti tekniċi li għandhom jissodisfaw it-tratturi skond il-liġijiet nazzjonali huma dwar, fost ħwejjeġ oħra, tagħmir ta’ dawl u sinjalizzazzjoni bid-dawl;
Billi dawk ir-rekwiżiti jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor; billi huwa għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri jadottaw l-istess rekwiżiti, jew b’żieda jew minflok ir-regoli tagħhom eżistenti, sabiex, b’mod partikolari, tiġi permessa l-proċedura għall-approvazzjoni tat-tip KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija ( 4 ), li għandhom jiġu applikati għal kull tip ta’ trattur;
Billi fid-Direttiva 78/933/KEE ( 5 ) il-Kunsill stipula rekwiżiti komuni għall-tagħmir ta’ dawl u sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija;
Billi dak id-dawl u dak l-apparat li jagħmel sinjali bid-dawl għandhom l-istess karatteristiċi ta’ dawk li jitwaħħlu mal-karozzi; billi, għalhekk, apparat li jkun irċieva timbru ta’ approvazzjoni tal-komponenti tat-tip KEE skond id-Direttivi diġà adottata dwar dan is-suġġett b’konessjoni ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom jista’ jintuża wkoll fuq tratturi għall-agrikoltura,
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. “Trattur għall-agrikoltura jew għall-forestrija” tfisser kull vettura bil-mutur, mgħammra b’roti jew b’ċineg mingħajr tarf li għandha ta’ l-anqas żewġ fusien, li l-funzjoni primarja tagħha hi fil-forza trattiva tagħha u li hija disinjata speċifikament biex tirmonka, timbotta, iġġor jew tipprovdi enerġija għal ċerti għodda makkinarju jew karrijiet maħsuba għall-użu għall-agrikoltura jew għall-forestrija. Tista tkun mgħammra sabiex iġġorr tagħbija jew passiġġieri.
2. Din id-Direttiva għandha tgħodd biss għal tratturi definiti fil-paragrafu 1 li jkunu ffittjati b’tyres pnewmatiċi u li jkollhom żewġ fusien u veloċità massima skond id-disinn ta’ bejn is-6 u t- ►M2 40 km/siegħa ◄ .
Artikolu 2
L-ebda Stat Membru ma jista jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal trattur minħabba raġunijiet ta’:
— fanali ta’ quddiem li jaħdmu bħala fanali ta’ dawl ewlieni u/jew fanali ta’ dawl sekondarju jew fanali inkandexxenti b’filament elettrikugħal dawk il-fanali ta’ dawl ewlieni,
— fanali end-outline marker,
— fanali ta’ quddiem (tal-ġenb),
— fanali ta’ wara (tal-ġenb),
— fanali tal-waqfien,
— fanali ta’ l-indikazzjoni tad-direzzjoni,
— rifletturi tar-refless,
— fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara,
— fanali taċ-ċpar ta’ quddiem u fanali tal-filament għal dawk il-fanali,
— fanali taċ-ċpar ta’ wara,
— fanali tat-treġġiegħ lura,
— fanali tal-parkeġġ,
jekk dawn ikunu jġorru l-marka ta’ l-approvazzjoni ta’ komponent tat-tip KEE kif jipprovdi għalihom l-Anness hwan mehmuż u li huma stallati skond il-ħtiġiet stipulati fid-Direttiva 78/933/KEE.
Artikolu 3
L-ebda Stat Membru ma jista jirrifjuta r-reġistrazzjoni jew jipprojbixxi l-bejgħ, dħul fis-servizz jew użu ta’ trattur minħabba raġunijiet ta’:
— fanali ta’ quddiem li jaħdmu bħala fanali ta’ dawl ewlieni u/jew fanali ta’ dawl sekondarju jew fanali inkandexxenti b’filament elettriku għal dawk il-fanali ta’ dawl ewlieni,
— fanali end-outline marker,
— fanali ta’ quddiem (tal-ġenb),
— fanali ta’ wara (tal-ġenb),
— fanali tal-waqfien,
— fanali ta’ l-indikazzjoni tad-direzzjoni,
— rifletturi tar-refless,
— fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara,
— fanali taċ-ċpar ta’ quddiem u fanali tal-filament għal dawk il-fanali,
— fanali taċ-ċpar ta’ wara,
— fanali tat-treġġiegħ lura,
— fanali tal-parkeġġ,
jekk dawn ikunu jġorru l-marka ta’ l-approvazzjoni ta’ komponent tat-tip KEE kif jipprovdi għalihom l-Anness hawn mehmuż u li huma stallati skond il-ħtiġiet stipulati fid-Direttiva 78/933/KEE.
Artikolu 4
Kull emenda meħtieġa għall-aġġustament tal-ħtiġiet ta’ l-Anness mal-progress tekniku għandha tiġi adottata skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 74/150/KEE.
Artikolu 5
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifikazzjoni tagħha u għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni b’dan.
2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jiġu komunikati lill-Kummissjoni.
Artikolu 6
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
1. Fanali ta’ quddiem li jaħdmu bħala fanali ta’ dawl ewlieni u/jew fanali ta’ dawl sekondarju jew fanali inkandexxenti b’filament elettrikugħal dawk il-fanali ta’ dawl ewlieni,
Il-marka ta’ l-approvazzjoni ta’ komponent tat-tip KEE hija dak stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 76/761/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward fanali ta’ quddiem li jaħdmu bħala fanali ta’ dawl ewlieni u/jew fanali ta’ dawl sekondarju jew fanali inkandexxenti b’filament elettriku għal dawk il-fanali ta’ dawl ewlieni ( 6 ).
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 76/761/KEE japplikaw ukoll għall-approvazzjoni ta’ komponent tat-tip ta’ fanali ta’ quddiem speċjali għal tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija maħsuba li jipprovdu kemm dawl ewlieni kif ukoll dawl sekondarju ta’ inqas minn 160 mm, djametru D, bl-emendi li ġejjin:
(a) il-valuri minimi ta’ illuminazzjoni stabbiliti fit-taqsima 6.3 ta’ l-Anness I jitnaqqsu skond il-proporzjon
soġġetti għal-limiti assoluti aktar baxxi li ġejjin:
— 3 lux, jew fil-punt 75 R jew fil-punt 75 L,
— 5 lux, jew fil-punt 50 R jew fil-punt 50 L,
— 1.5 lux, f’Żona IV.
Nota:
Jekk il-wiċċ li jidher tar-riflettur ma jkunx ċirkulari, id-djametru hu dak ta’ ċirku bl-istess wesgħa daqs il-wiċċ li jidher utli tar-riflettur.
(b) is-simbolu M ġo trianglu maqlub jitwaħħal fuq il-fanal minflok is-simbolu CR li tipprovdi għalih it-taqsima 4.3.5 ta’ l-Anness VI;
(ċ) L-intestatura 1 taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ komponent tat-tip (l-Anness II) jaqra “fanal għat-tratturi għall-agrikoltura bir-roti jew tal-forestrija”.
2. Fanaliend-outline marker, fanali ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ wara (tal-ġenb) u fanali tal-waqfien:
Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ komponent tat-tip KEE hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 76/758/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar fanali end-outline marker, fanali ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ wara (tal-ġenb) u fanali tal-waqfien għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ( 7 ).
3. Fanali ta’ l-indikazzjoni tad-direzzjoni:
Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ komponent tat-tip KEE hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar fanali ta’ l-indikazzjoni tad-direzzjoni għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ( 8 ).
4. Rifletturi tar-refless:
Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ komponent tat-tip KEE hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 76/757/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar ir-rifletturi tar-refless tad-direzzjoni għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ( 9 ).
5. Fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara:
Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ komponent tat-tip KEE hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ( 10 ).
6. Fanali taċ-ċpar ta’ quddiem:
Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ komponent tat-tip KEE hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 76/762/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar fanali taċ-ċpar ta’ quddiem għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ( 11 ).
7. Fanali taċ-ċpar ta’ wara:
Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ komponent tat-tip KEE hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 77/538/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar fanali taċ-ċpar ta’ wara għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ( 12 ).
8. Fanali tat-treġġiegħ lura:
Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ komponent tat-tip KEE hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 77/539/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar fanali tat-treġġiegħ lura għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ( 13 ).
9. Fanali tal-parkeġġ:
Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ komponent tat-tip KEE hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 77/540/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar fanali tal-parkeġġ għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ( 14 ).
( 1 ) ĠU C 200, tat-22.8.1978, p. 8.
( 2 ) ĠU C 39, tat-12.2.1979, p. 74.
( 3 ) ĠU C 128, tal-21.5.1979, p. 16.
( 4 ) ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.
( 5 ) ĠU L 325, ta’ l-20.11.1978, p. 16.
( 6 ) ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 96.
( 7 ) ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 54.
( 8 ) ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 71.
( 9 ) ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 32.
( 10 ) ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 85.
( 11 ) ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 122.
( 12 ) ĠU L 220, tad-29.8.1977, p. 60.
( 13 ) ĠU L 220, tad-29.8.1977, p. 72.
( 14 ) ĠU L 220, tad-29.8.1977, p. 83.