1977R0495 — MT — 01.05.2004 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE, EURATOM, KEFA) Nru 495/77

tat-8 ta' Marzu 1977

li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali li huma ntitolati għall, u l-kondizzjonijiet għal, u r-rati ta', allowances għal xogħol regolari ta' stand-by

(ĠU L 066, 12.3.1977, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, Euratom, KEFA) Nru 495/77 li jisabbilixxi l-kategoriji ta' l-uffiċjali intitolati għal konċessjonijiet ta' flus għax-xogħol regolari ta' standby, u l-kondizzjonijiet għalihom u r-rati tagħhom bix-shift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom

  L 161

23

30.4.2004




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE, EURATOM, KEFA) Nru 495/77

tat-8 ta' Marzu 1977

li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali li huma ntitolati għall, u l-kondizzjonijiet għal, u r-rati ta', allowances għal xogħol regolari ta' stand-by



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra ir-Regolamenti dwar il-Persunal tal-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta' l-impieg ta' impjegati tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 ( 1 ), kif emendat mir-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 3178/76 ( 2 ), u partikolarment it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 56b tar-Regolamenti dwar il-Persunal,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi huwa għall-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, biex jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal, u l-kondizzjonijiet għal, u r-rati ta', allowances li jistgħu jingħataw lill-uffiċjali li huma regolarment meħtieġa jwettqu xogħol ta' stand-by duty fil-post ta' l-impieg jew id-dar f'ħinijiet li mhumhiex il-ħinijiet normali tax-xogħol,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

1.  Uffiċjali mħallsa minn approprjazzjonijiet fl-estimi operattivi għal riċerka u investiment u impjegati f'istituzzjoni taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka jew li jaħdmu f'azzjonijiet indiretti, jew li huma mħallsa minn approprjazzjonijiet fil-budget operattiv u impjegati biex imexxu u jissorveljaw stallazzjonijiet tekniċi jew biex jaħdmu f'servizzi mediċi, huma intitolati għall-allowance meta jkunu meħtieġa jwettqu xogħol ta' stand-by skond l-Artikolu 56b tar-Regolamenti Dwar il-Persunal.

L-allowance għandha tiġi stabbilita kif ġej:

(a) il-konċessjoni tal-flus għandha tiġi espressa f'punti.Punt għandu jkun egwali għal 0,032 % tas-salarju bażiku ta' uffiċjal fil-grad 1, skaluna 1 ( 3 ). Il-konċessjoni tal-flus għandha tiġi aġġustata bil-peżati applikabbli għall-ħlas ta' l-uffiċjal;

(b) in-numru ta' punti fis-siegħa ta' xogħol stand-by li fil-fatt iseħħ:

 għall-stand-by duty fil-post ta' impieg: 11 għall-jiem utli u 22 għas-Sibtijiet, Ħdud, u ġranet ta' vakanza pubblika;

 għall-stand-by duty li jsir id-dar: 2.15 għall-jiem utli u 4.3 għas-Sibtijiet, Ħdud u ġranet ta' vakanza pubblika.

2.  L-allowance f'stand-by duty id-dar ma tingħatax jekk il-perjodu attwali ta' xogħol ma tkunx għall-inqas 14-il siegħa.

3.  L-uffiċjal li jista' juri li għall-perjodu ta' mhux iktar minn xahar ma kienx tħalla jaħdem xogħol stand-by fil-post ta' l-impieg minħabba mard jew inċident, jew għax kien bil-leave ta' kull sena, jibqa' intitolat għall-allowance. Jekk l-uffiċjal ma kienx tħalla jaħdem xogħol stand-by għal iktar minn xahar minħabba mard, jew inċident, id-dritt għall-allowance jiġi sospiż fi tmiem l-ewwel xahar sa kemm jerġa jibda jaħdem.

Għall-perjodu msemmi qabel, l-uffiċjal huwa intitolat għall-allowance ta' 42 punt għal kull ġurnata ta' assenza dovuta għall-mard jew inċident li għalihom l-uffiċjal jista' jippreżenta ċertifikat mediku, jew għal kull ġurnata tal-leave ta' kull sena.

▼M1

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu japplika b'analoġija għall-personal temporanju, awżiljari u fuq kuntratt.

▼B

Artikolu 3

F'April ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Kunsill rapport bin-numru ta' uffiċjali u impjegati f'kull kategorija li rċevew l-allowance imsemmija f'dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1371/72 tas-27 ta' Ġunju 1972 li jistabbilixxi ir-rati u l-kondizzjonijiet ta' l-allowances speċjali li jistgħu jingħataw lil uffiċjali jew impjegati li huma mħallsa mill-approprjazzjonijiet fl-estimi operattivi għal riċerka u investiment u impjegati fi stabbiliment taċ- Centru Konġunt tar-Riċerka jew li jaħdmu f'azzjoni indiretta, għal ċertu servizzi ta' natura speċjali ( 4 ), huwa hawnhekk imħassar.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, p. 1.

( 2 ) ĠU L 359, tat-30.12.1976, p. 9.

( 3 ) Għall-perjodu taż-żmien mill-1 ta' Mejju 2004 sat-30 ta' Ġunju 2006: il-grad D_1, l-iskaluna 1.

( 4 ) ĠU L 149, ta' l-1.7.1972, p. 4.