1976L0763 — MT — 02.09.2010 — 004.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Lulju 1976

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ sedili għall-passiġġieri għal tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija

(76/763/KEE)

(ĠU L 262, 27.9.1976, p.135)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL tas-17 ta’ Diċembru 1982

  L 378

45

31.12.1982

►M2

ID-DIRETTIVA 97/54/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta’ Settembru 1997

  L 277

24

10.10.1997

 M3

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 1999/86/KE tal-11 ta' Novembru 1999

  L 297

22

18.11.1999

►M4

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/52/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-11 ta’ Awwissu 2010

  L 213

37

13.8.2010




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Lulju 1976

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ sedili għall-passiġġieri għal tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija

(76/763/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

Billi l-ħtiġijiet tekniċi li għandhom jikkonformaw magħhom it-tratturi bi qbil ma’ liġijiet nazzjonali jirrelataw inter alia ma’ sedili għall-passiġġieri;

Billi dawn il-ħtiġijiet huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor; billi għalhekk huwa neċessarju li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġijiet jew flimkien ma’ jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom sabiex, b’mod partikolari, jippermettu li l-proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett ta’ Direttiva tal-Kunsill ta’ 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimassjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-forestrija, tkun applikata fir-rigward ta’ kull tip ta’ trattur ( 3 );

Billi din id-Direttiva hija intenzjonata sabiex tarmonizza dispożizzjonijiet nazzjonali għad-disinn u installazzjoni ta’ sedili għall-passiġġieri fuq tratturi għall-agrikoltura iżda mhux sabiex tistandardizza il-ħtiġijiet ta’ jekk it-tratturi għall-agrikoltura għandhom jew ma għandhomx ikollhom tali sedili installati fuqhom b’mod obbligatorju; billi ma huwiex lanqas intenzjonat li jkun hemm standardizzazjoni tal-ħtiġijiet li jippermettu li tratturi jkollhom installat sedil wieħed jew aktar tal-passiġġiera; billi l-problemi li għadhom ma ġewx solvuti rigward is-sedili għall-passiġġieri bħala wieħed mill-oġġetti li jidhru fuq iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip iridu jkunu solvuti kemm jista’ jkun malajr billi din id-Direttiva tkun issupplimentata sabiex il-ħtiġijiet għall-ħruġ tal-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jistgħu jkunu stabbiliti għal sedili għall-passiġġieri,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

1.  “Trattur għall-agrikoltura jew għall-forestrija” ifisser kull vettura b’mutur li għandha roti jew trakkek li ma jispiċċawx u li jkollha ta’ l-inqas żewġt ifwies, li l-funzjoni prinċipali tagħha tkun fis-saħħa li tiġbed u li tkun speċifikament iddisinnjata sabiex tirmonka, timbotta, iġġorr jew tagħti s-saħħa lil ċertu għodda, makkinarju jew irmonki intenzjonata għall-użu għall-agrikoltura jew għall-forestrija. Jista’ jkun armat sabiex iġorr tagħbija u jkollhom installat sedili għall-passiġġieri.

▼M1

2.  Din id-Direttiva għandha tgħodd biss għal tratturi definiti fil-paragrafu 1 li jkunu ffittjati b’tyres pnewmatiċi u li jkollhom talanqas żewġ fusien u veloċità massima skond id-disinn ta’ bejn is-6 u t- ►M2  40 km/siegħa ◄ u wisa’ tal-karreġjata fissa ta’ 1 250 mm jew aktar.

▼B

Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni ta’ tip tal-KEE jew approvazzjoni ta’ tip nazzjonali għal raġuni li jkollha x’taqsam mas-sedili għall-passiġġieri jekk il-ħtiġijiet ta’ l-Anness ikunu ġew sodisfatti.

Artikolu 3

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta r-reġistrazzjoni jew jipprojbixxi l-bejgħ, dħul fis-servizz jew użu ta’ tratturi għal raġunijiet relatati mas-sedili għall-passiġġieri jekk il-ħtiġijiet ta’ l-Anness ikunu ġew sodisfatti.

Artikolu 4

Kwalunkwe emendi meħtieġa sabiex ikunu adattati l-ħtiġijiet ta’ l-Anness għal progress tekniku għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilità fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 74/150/KEE.

Artikolu 5

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar minn notifikazzjoni tagħha u għandhom jinfurmaw mal-ewwel lill-Kummissjoni bihom.

2.  Stati Membri għandhom jiżguraw li t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M4




ANNESS

Is-sedili tal-passiġġieri, jekk jiġu pprovduti, għandhom ikunu konformi ma’ EN 15694:2009.



( 1 ) ĠU Ċ 28, 17.2.1967, p. 462/67.

( 2 ) ĠU Ċ 42, 7.3.1967, p. 620/67.

( 3 ) ĠU L 84, 28.3.1974, p. 10.