1976L0762 — MT — 01.07.2013 — 008.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL tas-27 ta’ Lulju 1976 ►M2 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-fanali taċ-ċpar ta' quddiem għall-vetturi bil-mutur ◄ (ĠU L 262, 27.9.1976, p.122) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
L 192 |
43 |
11.7.1987 |
||
ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI Test b'rilevanza għaż-ŻEE 1999/18/KE |
L 97 |
82 |
12.4.1999 |
|
L 363 |
81 |
20.12.2006 |
||
L 158 |
172 |
10.6.2013 |
Emendat bi:
L 291 |
17 |
19.11.1979 |
||
L 302 |
23 |
15.11.1985 |
||
C 241 |
21 |
29.8.1994 |
||
L 236 |
33 |
23.9.2003 |
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL
tas-27 ta’ Lulju 1976
►M2 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-fanali taċ-ċpar ta' quddiem għall-vetturi bil-mutur ◄
(76/762/KEE)
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 );
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),
Billi l-ħtiġiet tekniċi li l-vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali huma relatati inter alia mal-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem tagħhom;
Billi, dawn il-kondizzjonijiet ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor; billi huwa għaldaqstant neċessarju li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess kondizzjonijiet, flimkien ma’ jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex jippermettu li, b’mod partikolari, il-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet suġġetta għad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ( 3 ), tiġi ntrodotta fir-rispett ta’ kull tip ta’ vettura;
Billi fid-Direttiva 76/756/KEE ( 4 ), il-Kunsill speċifika l-ħtiġiet komuni għall-installazzjoni ta’ mezzi ta’dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom;
Billi proċedura armonizzata għall-approvazzjoni tat-tip għall-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem tagħmilha possibbli għal kull Stat Membru, li jivverifika l-konformità mal-ħtiġiet komuni tal-kostruzzjoni u ta’ l-ittestjar, u li jinforma lill-Istati Membri l-oħra bis-sejbiet tiegħu billi jibgħat kopja taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent komplet għal kull tip ta’ fanal taċ-ċpar ta’ quddiem; billi t-tqegħid ta’ marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent fuq il-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem kollha ffabbrikati b’konformità mat-tip approvat jneħħi kull bżonn ta’ kontrolli tekniċi ta’ dawn il-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem fl-Istati Membri l-oħra:
Billi huwa mixtieq li jiġu ikkunsidrati l-ħtiġiet tekniċi adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Regolament tagħha Nru 19 (“Dispożizzjonijiet komuni li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ fanali taċ-ċpar ta’ vetturi bil-mutur”) ( 5 ), li huwa anness mal-Ftehim tal-20 ta’ Marzu 1958 li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ kondizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku ta’ l-approvazzjoni ta’ tagħmir u ta’ partijiet ta’ vetturi bil-mutur;
Billi, l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali relatati mal-vetturi bil-mutur tirrikjedi r-rikonoxximent reċiproku min-naħa ta’ l-Istati Membri tal-kontrolli li jsiru minn kull wieħed minnhom skond il-ħtiġiet komuni,
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. Kull Stat Membru għandu jagħti l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent għal kwalunkwe tip ta' fanal taċ-ċpar ta' wara li jissodisfa l-ħtiġiet dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar fl-Anessi rilevanti.
2. L-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa jivverifika li l-mudelli ta’ produzzjoni jkunu konformi mat-tip approvat, safejn dan ikun neċessarju u jekk ikun hemm bżonn f’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra. Verifika bħal din għandha tkun limitata għal eżamijiet saltwarji.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom, għal kul tip ta' fanal taċ-ċpar ta' quddiem li huma japprovaw skond Artikolu 1, joħorġu lill-manifattur marka ta' approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent konformi mal-mudell muri f'Appendiċi 3 ta' Anness I.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprevjenu l-użu ta’ marki li jistgħu joħolqu konfużjoni bejn fanali taċ-ċpar ta’ quddiem li jkunu ngħataw l-appovazzjoni tat-tip skond l-Artikolu 1, u mezzi oħrajn.
Artikolu 3
1. L-ebda Stat Membru ma jista’ jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ fanali taċ-ċpar ta’ quddiem għal raġunijiet marbuta mal-kostruzzjoni tagħhom jew mal-metodu ta’ kif jaħdmu, jekk dawn ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent.
2. Madankollu, Stat Membru jista’ jipprojbixxi it-tqegħid fis-suq ta’ fanali taċ-ċpar ta’ quddiem, li jkollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent, jekk dawn konsistentement ma’ jikkonformawx mat-tip approvat.
Dak l-Istat għandu jinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda, u jispeċifika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.
Artikolu 4
L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jinformaw lil xulxin, permezz tal-proċeduri speċifikati f'Artikolu 4(6) tad-Direttiva 70/156/KEE, b'kull approvazzjoni li jkunu taw, irrifjutaw jew irtiraw skond din id-Direttiva.
Artikolu 5
1. Jekk l-Istat Membru li jkun ta approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent jsib li numru ta’ fanali taċ-ċpar ta’ quddiem li għandhom l-istess marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent m’humiex konformi mat-tip li hu jkun approva, dan l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jassigura li l-mudelli ta’ produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom javżaw lil dawk ta’ l-Istati Membri l-oħra bil-miżuri meħuda, li jistgħu fejn ikun hemm nuqqas konsistenti ta’ konformità, jestendu sa k-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent. L-awtoritajiet imsemmija għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk ikunu nfurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor b’dan in-nuqqas ta’ konformità.
2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, għandhom jinformaw wieħed lill-ieħor fi żmien xahar b’kull irtirar ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent u bir-raġunijiet ta’ miżura bħal din.
Artikolu 6
Kull deċiżjoni, meħuda skond id-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, li tirrifjuta jew tirtira approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għal fanali taċ-ċpar ta’ quddiem jew li tipprojbixxi it-tqegħid tagħhom fis-suq jew l-użu tagħhom, għandha tispeċifika fid-dettall ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata. Deċiżjonijiet bħal dawn, għandhom jiġu nnotifikati lill-parti konċernata, li għandha fl-istess ħin tiġi mgħarrfa bir-rimedji disponibbli għalih skond il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u fuq il-limiti ta’ żmien permessi għall-eżerċizzju ta’ dawn ir-rimedji.
Artikolu 7
L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal kwalunkwe vettura għal raġunijiet relatati mal-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem tagħha jekk dawn ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent u jkunu mmuntati skond il-ħtiġiet stipulati fid-Direttiva 76/756/KEE.
Artikolu 8
L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ kwalunkwe vettura għal raġunijiet relatati mal-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem tagħha jekk dawn ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent u jkunu mmuntati skond il-ħtiġiet stipulati fid-Direttiva 76/756/KEE.
Artikolu 9
Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, “vettura” tfisser kwalunkwe vettura bil-mutur maħsuba biex tintuża fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajrha, li jkollha mill-inqas erba' roti u veloċità massima ddisinjata li taqbeż il-25 kilometru fis-siegħa, u l-karrijiet tagħha, ħlief għal vetturi li jimxu fuq il-linji u tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u l-makkinarju mobbli kollu.
Artikolu 10
Kull emenda meħtieġa biex jiġu aġġustati l-ħtiġiet ta’ l-Annessi sabiex jiġi kkunsidrat il-progress tekniku, għandha tiġi adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.
Artikolu 11
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 1977 u għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni minnufih. Huma għandhom jibdew japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 1977.
2. Ladarba din id-Direttiva tiġi notifikata, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-Kummissjoni tkun infurmata bi kwalunkwe abbozz ta’ liġi, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li huma jipproponu li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, fi żmien suffiċjenti biex din tkun tista’ tippreżenta l-kummenti tagħha.
Artikolu 12
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
LISTA TA' L-ANNESSI
ANNESS I: |
Dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip |
|
Appendiċi 1: |
Dokument ta' informazzjoni |
|
Appendiċi 2: |
Ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip |
|
Appendiċi 3: |
Mudelli tal-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponenti |
|
ANNESS II: |
Ħtiġiet tekniċi |
ANNESS I
DISPOSIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
1. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE TA' KOMPONENT
1.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent skond Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għal tip ta' fanal taċ-ċpar ta' quddiem għandha tiġi sottomessa mill-manifattur. |
1.2. |
Mudell għad-dokument ta' informazzjoni hu mogħti f'Appendiċi 1. |
1.3. |
Dan li ġej għandu jiġi sottomess lis-servizz tekniku responsabbli mit-testijiet ta' l-approvazzjoni tat-tip:
|
2. IL-MARKI
2.1. |
Il-mezzi sottomessi għall-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent għandu jkollhom: 2.1.1. l-isem kummerċjali jew trade mark tal-manifattur; 2.1.2. fil-każ ta' fanali b'sorsi tad-dawl sostitwibbli: it-tip(i) ta' bozza bil-filament preskritt; 2.1.3. fil-każ ta' fanali bis-sorsi tad-dawl li mhumiex sostitwibbli: il-vultaġġ u l-wattage nominali. |
2.2. |
Dawn il-marki għandhom ikunu jistgħu jinqraw b'mod ċar u ma jitħassrux u għandhom ikunu mwaħħla mal-wiċċ li jarmi d-dawl, jew ma wieħed mill-uċuh li jarmu d-dawl, tal-mezzmezz. Għandhom ikunu jidhru minn barra meta l-mezz hu mwaħħal mal-vettura. |
2.3. |
Kull mezz għandu jkollu biżżejjed spazju għall-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent. Dan l-ispazju għandu jintwera fuq id-disinni imsemmija fl-Appendiċi 1. |
3. L-GĦOTI TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE TA' KOMPONENT
3.1. Jekk il-ħtiġiet rilevanti huma sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip KE skond Artikolu 4(3) u, jekk applikabbli, Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tingħata.
Nota: Xejn f'din id-Direttiva m'għandu jżomm Stat Membru milli jipprojibixxi l-kombinazzjoni ta' headlamp li jinkorpora lenti ta' materjal tal-plastik approvat taħt din id-Direttiva u mezz mekkaniku li jnaddaf il-headlamps (bil-wipers).
3.2. Mudell għaċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip KE jinsab f'Appendiċi 2.
3.3. Numru ta' l-approvazzjoni konformi ma’ Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE għandu jkun assenjat lil kull tip ta' fanal taċ-ċpar ta' quddiem approvat. L-istess Stat Membru m'għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' fanal taċ-ċpar ta' quddiem.
3.4. Meta l-approvazzjoni ta' tip KE ta' komponent hi mitluba għal tip ta' mezz ta' dawl jew ta' sinjalazzjoni bid-dawl li jinkludi fanal taċ-ċpar ta' quddiem u fanali oħrajn, numru wieħed ta' l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent jista’ jiġi assenjat basta li l-fanal taċ-ċpar ta' quddiem jikkonforma mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva u kull wieħed mill-fanali l-oħrajn li jiffurmaw parti mill-mezz ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl li għalihom l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent hi mitluba jikkonforma mad-Direttiva separata li tapplika għalih.
4. MARKA TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE TA' KOMPONENT
4.1. |
Flimkien mal-marki msemmija fil-punt 2.1., kull fanal taċ-ċpar ta' quddiem li jikkonforma mat-tip approvat skond din id-Direttiva għandu jkollu marka ta' l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent. |
4.2. |
Din il-marka għandha tikkonsisti f:
|
4.3. |
Il-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent għandha tkun imwaħħla mal-lenti tal-fanal jew ma’ waħda mill-lentijiet b'tali mod li ma titħassarx u tkun tista’ tinqara b'mod ċar anke meta l-fanali huma mwaħħla mal-vettura. |
4.4. |
L-Arranġament tal-marka ta' l-approvazzjoni.
|
5. MODIFIKI TAT- TIP U EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET
5.1. Fil-każ ta' modifiki fl-approvazzjoni tat-tip approvat skond din id-Direttiva, id- dispożizzjonijiet ta' Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw.
6. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
6.1 Bħala regola ġenerali, għandhom jittieħdu miżuri li jiżguraw il-konformità tal-produzzjoni skond id-dispożizzjonijiet imniżżla f'Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.
6.2. B'mod partikolari, it-testijiet imwettqa skond il-punt 2.3.5. ta' Anness X tad- Direttiva 70/156/KEE huma dawk preskritti fil-punt 3 ta' Anness 5 u f'Anness 6, u l-kriterji li għandhom jintużaw fl-għażla tal-kampjuni għat-testijiet imsemmija fil-punti 2.4.2. u 2.4.3. ta' Anness X huma dawk f’Anness 7 tad-dokumenti msemmija fil-punt 1 ta' Anness II ma’ din id-Direttiva.
6.3. Normalment, l-ispezzjonijiet awtoriżżati mill-awtorità ta' l-approvazzjoni għandhom isiru darba kull sentejn.
Appendiċi 1
Appendiċi 2
Appendiċi 3
EŻEMPJI TAL-MARKA TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE TA' KOMPONENT
Figura 1a
Figura 1b
Il-mezz li jkollu l-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent murija hawn fuq huwa fanal taċ-ċpar ta' quddiem, li t-tip tiegħu ġie approvat fil-Ġermanja (e1) skond din id-Direttiva (02) taħt in-numru bażi ta' l-approvazzjoni 147 1.
Il-Figura 1a turi li l-fanal taċ-ċpar ta' quddiem jinkorpora lenti ta' materjal tal-plastik u li ma jistax jinxtegħel fl-istess ħin ma' xi fanal ieħor li miegħu jista' jkun reċiprokament inkorporat.
Il-Figura 1b turi li l-fanal taċ-ċpar ta' quddiem jista' jinxtegħel fl-istess ħin ma' xi fanal ieħor li miegħu jista' jkun reċiprokament inkorporat.
Figura 2
Immarkar simplifikat ta' fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati meta żewġ fanali jew iktar jiffurmaw parti mill-istess assemblaġġ
(Il-linji wieqfa u mimduda jiskematiżżaw il-forma tal-mezz ta' sinjalazzjoni bid-dawl. Dawn m'humiex parti mill-marka ta' l-approvazzjoni)
MUDELL A
MUDELL B
MUDELL Ċ
MUDELL D
Nota:
L-erba' eżempji ta' marki ta' l-approvazzjoni, il-mudelli A, B, Ċ u D jirrappreżentaw erba' alternattivi possibbli għall-immarkar ta' mezz ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl meta żewġ fanali jew iktar jagħmlu parti mill-istess unità fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati. Din il-marka ta' approvazzjoni turi li l-mezz kien approvat fil-Ġermanja (e1) taħt in-numru bażi ta' l-approvazzjoni 7120 u jinkludi:
Headlamp A approvat skond l-Anness II mad-Direttiva 76/758/KEE, sekwenza Nru 02, għall-installazzjoni fuq in-naħa tax-xellug:
Headlamp (HCR) b'dawl passanti diżinjat għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin u fuq in-naħa tax-xellug u dawl għas-sewqan b'intensità massima bejn 86 250 u 101 250 kandela (kif indikat min-numru 30) approvat skond l-Anness V mad-Direttiva 76/761/KEE, sekwenza Nru 02, u li jinkorpora lenti ta' materjal tal-plastik (PL);
Fanal taċ-ċpar ta' quddiem (B) approvat skond id-Direttiva 76/762/KEE, Nru tas-sekwenza 02, u li jinkorpora lenti ta' materjal tal-plastik (PL);
Fanal fuq quddiem li juri d-direzzjoni tal-kategorija 1a approvat skond id-Direttiva 76/759/KEE, Nru tas-sekwenza 01.
Figura 3
Fanal reċiprokament inkorporat jew raggruppat ma' headlamp
L-eżempju ta' hawn fuq jikkorrispondi għall-marki ta' lenti maħsuba biex tintuża f'tipi differenti ta' headlamps, jiġifieri:
either: jew headlamp b'dawl passanti diżinjat għaż-żewġ sistemi tat-traffiku u dawl tas-sewqan b'intensita luminuża massima ta' bejn 86250 u 101250 kandela (kif muri fin-numru 30) approvat fil-Ġermanja (e1) taħt in-numru bażi ta' l-approvazzjoni 7120 skond il-ħtiġiet ta' l-Anness IV mad-Direttiva 76/761/KEE, Nru tas-sekwenza 04, li hu reċiproament inkorporat ma' fanal taċ-ċpar ta' quddiem approvat skond id-Direttiva 76/762/KEE, Nru tas-sekwenza 02,
jew:
headlamp b'dawl passanti u dawl tas-sewqan, diżinjat għaż-żewġ sistemti tat-traffiku u approvat fil-Ġermanja (e1) taħt in-numru bażi ta' l-approvazzjoni 7122 skond il-ħtiġiet ta' -Anness II mad-Direttiva 76/761/KEE, Nru tas-sekwenza 01, li hu reċiprokament inkorporat ma' l-istess fanal taċ-ċpar ta' quddiem kif muri hawn fuq,
jew:
anke kwalunkwe mill-headlamps imsemmija hawn fuq approvati bħala fanal wieħed.
Il-qafas ewlieni tal-headlamp għandu jkollu l-uniku numru validu ta' l-approvazzjoni, per eżempju:
|
jew: |
|
jew:
|
jew:
|
ANNESS II
ĦTIĠIET TEKNIĊI
1. |
Il-ħtiġiet tekniċi huma dawk imqiegħda fil-paragrafi 1. u 5. sa 8. u l-Annessi 3 sa 7 tar-Regolament UN-ECE Nru 19 li tikkonsisti fil-konsolidazzjoni tad-dokumenti li ġejjin: — is-serje ta' emendi 02 li tinkorpora s-Supplimenti 1 sa 4 tas-serje ta' emendi ( 7 ), — Is-Suppliment 5 sas-serje ta' emendi 02 inklużi l-Korrezzjonijiet tar-Reviżjoni 3 tar-Regolament Nru 19 ( 8 ), — is-Suppliment 6 mas-serje ta' emendi 02 ( 9 ), — is-Suppliment 7 mas-serje ta' emendi 02 ( 10 ), — is-Suppliment 8 mas-serje ta' emendi 02 ( 11 ), ħlief li:
|
( 1 ) ĠU C 55, tat-13.5.1974, p. 14.
( 2 ) ĠU C 109, tad-19.9.1974, p.24.
( 3 ) ĠU L 42, tat-23.2.1970, p.1.
( 4 ) ĠU L 262, tat-27.9.1976, p.1.
( 5 ) Il-Kummissjoni Ekonomoka għall-Ewropa, Dokument
E/ECE1324 |
|
||
E/ECE/TRANS/505 |
( 6 ) Mid-dokumenti msemmija fil-punt 1 ta' Anness II ta' din id-Direttiva.
(
7)
E/ECE/324 |
|
||
E/ECE/TRANS/505) |
(
8)
E/ECE/324) |
|
||
E/ECE/TRANS/505) |
(
9)
E/ECE/324) |
|
||
E/ECE/TRANS/505) |
( 10 ) TRANS/WP. 29/568.
( 11 ) TRANS/WP. 29/568.