1976L0760 — MT — 01.05.2004 — 006.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (ĠU L 262, 27.9.1976, p.85) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 192 |
43 |
11.7.1987 |
||
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 97/31/KE Test b’rilevanza għaż-ŻEE ta’ l-11 ta’ Ġunju 1997 |
L 171 |
49 |
30.6.1997 |
|
Emendat bi:
|
L 291 |
17 |
19.11.1979 |
||
|
L 302 |
23 |
15.11.1985 |
||
|
C 241 |
21 |
29.8.1994 |
||
|
L 236 |
33 |
23.9.2003 |
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL
tas-27 ta’ Lulju 1976
dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom
(76/760/KEE)
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 );
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),
Billi l-ħtiġiet tekniċi li l-vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali għandhom jirrigwardjaw, inter alia, il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara tagħhom;
Billi dawk il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi huwa għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet jew bħala żieda jew inkella minflok ir-regoli eżistenti tagħhom sabiex, partikolarment, jippermettu li l-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ( 3 ), tiġi ntrodotta fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura;
Billi fid-Direttiva 76/756/KEE ( 4 ), il-Kunsill stabbilixxa l-ħtiġiet komuni għall-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom;
Billi t proċedura armonizzata ta’ approvazzjoni tat-tip għall-fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara tagħmilha possibbli għal kull Stat Membru li jivverifika l-konformità mal-ħtiġiet komuni dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar u li jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn bis-sejbiet tiegħu billi jibgħat kopja taċ-ċertifikat mimli għal kull tip ta’ fanal tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara; billi t-twaħħil ta’ marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent fuq il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara kollha manifatturati b’konformità mat-tip approvat ineħħi l-ħtieġa għall-verifiki tekniċi fuq dawn il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara fl-Istati Membri l-oħra;
Billi huwa mixtieq li jittieħed kont tal-ħtiġiet tekniċi adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU fir-Regolament tagħha Nru 4 (“Dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni ta’ mezzi ta’ l-illuminazzjoni tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara għal vetturi bil-mutur (apparti milli muturi) u l-karrijiet tagħhom”) ( 5 ), li huwa anness mal-Ftehim ta’ l-20 ta’ Marzu 1958 li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ kondizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku għall-approvazzjoni ta’ tgħamir u partijiet tal-vetturi bil-mutur;
Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li jirrigwardjaw il-vetturi bil-mutur tinvolvi r- rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri tal-verifiki mwettqa minn kull wieħed minnhom fuq il-bażi tal-ħtigiet komuni,
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. L-Istati Membri għandhom jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għal kull tip ta’ fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara li jissodisfa l-ħtiġiet tal-kostruzzjoni u ttestjar stabbiliti fl-Annessi rilevanti.
2. L-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE tal-komponent għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jivverifika li l-mudelli tal-produzzjoni jkunu konformi mat-tip approvat, kemm il-darba dan ikun meħtieġ, u jekk tinħass il-ħtieġa b’koperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra.Verifika bħal din għandha tkun limitata għal verifiki saltwarji.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom għal kull tip ta’ fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara li huma japprovaw skond l-Artikolu 1, joħorġu lill-manifattur marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent li tikkonforma mal-mudell muri fl-Anness I, Appendiċi 3.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-mużuri kollha xierqa sabiex jipprevjenu l-użu ta’ marki li jistgħu joħolqu konfużjoni bejn il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara li jkunu ngħataw l-approvazzjoni tat-tip skond l-Artikolu 1, u mezzi oħrajn.
Artikolu 3
1. L-ebda Stat Membru ma jista’ jipprojbixxi t-tqiegħid fis-suq ta’ fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara għal raġunijiet li jirrigwardjaw il-kostruzzjoni tagħhom jew il-metodu tal-funzjonament tagħhom kemm il-darba dawn ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’komponent.
2. B’danakollu, Stat Membru jista’ jipprojbixxi li it-tqiegħid fis-suq ta’ fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara li jkollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent, li b’mod konsistenti jonqsu milli jkunu konformi mat-tip approvat.
Dak l-Istat għandu minnufih jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda u jispeċifika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.
Artikolu 4
L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin, permezz tal-proċedura speċifikata fl-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 70/156/KEE, b’kull approvazzjoni li huma jkunu taw, irrifjutaw jew irtiraw skond din id-Direttiva.
Artikolu 5
1. Jekk l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponenti jsib li numru ta’ fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara li għandhom l-istess marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent ma jkunux konformi mat-tip li jkun approva, dan għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jassigura li l-mudelli tal-produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom jgħarrfu lill-Istati Membri l-oħrajn bil-miżuri meħuda, li jistgħu, meta jkun hemm nuqqas konsistenti ta’ konformità, jestendu sa l-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent. Dawn l-awtoritajiet għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk ikunu nfurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’Stat Membru ieħor b’tali nuqqas tal-konformità.
2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin fi żmien xahar b’kull irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent, u bir-raġunijiet li wasslu għal din il-miżura.
Artikolu 6
Kull deċiżjoni meħudha skond id-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva sabiex tiġi miiċħudha jew irtirata approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għal fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara jew li jiġi pprojbit it-tqegħid fis-suq jew l-użu tiegħu, għandha telenka bid-dettall ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata. Deċiżjonijiet bħal dawn għandhom ikunu notifikati lill-parti konċernata, li fl-istess waqt għandha tkun infurmata bir-rimedji għad-dispożizzjoni tagħha permezz tal-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u bil-limiti taż-żmien permissibbli sabiex teżerċita dawk ir-rimedji.
Artikolu 7
L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal vettura għal raġunijiet li jirrigwardaw il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara tagħha jekk dawn ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent u huma mwaħħla skond il-ħtiġiet stabbiliti fid-Direttiva 76/756/KEE.
Artikolu 8
L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ jew ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ vettura għal raġunijiet li jirrigwardaw il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara tagħha jekk dawn ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent u huma mwaħħla skond il-ħtiġiet stabbiliti fid-Direttiva 76/756/KEE.
Artikolu 9
Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, “vettura” tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajrha, li jkollha mill-inqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata li taqbeż il-25 km fis-siegħa, u l-karrijiet tagħha, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il-linji u ta’ tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u kull makkinarju mobbli.
Artikolu 10
Kull emenda meħtieġa għall-aġġustament tal-ħtiġiet ta’ l-Annessi sabiex jieħdu konsiderazzjoni tal-progress tekniku għandha tkun adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.
Artikolu 11
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 1977,u għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan. Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet b’effett mill-1 ta’ Ottubru 1977 l-aktar tard.
2. La darba din id-Direttiva tkun ġiet notifikata, l-Istati Membri għandhom ukoll jassiguraw li l-Kummissjoni tkun informata, fi żmien biżżejjed biex tkun tista tippreżenta l-kummenti tagħha, bl-abbozzi ta’ liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li huma jipproponu li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 12
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
LISTA TA’ L-ANNESSI
|
L-ANNESS I: |
Disposizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip |
|
|
Appendiċi 1: |
Dokument ta’ Informazzjoni |
|
|
Appendiċi 2: |
Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip |
|
|
Appendiċi 3: |
Mudelli tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent |
|
|
L-ANNESS II: |
Il-kamp ta’ l-applikazzjoni u l-ħtiġiet tekniċi |
|
L-ANNESS I
DISPOSIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
1. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT
|
1.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE dwar xi tip ta’ fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara għandha ssir mill-manifattur. |
|
1.2. |
Fl-Appendiċi 1 qed jingħata mudell għad-dokument ta’ informazzjoni. |
|
1.3. |
Dawn li ġejjin għandhom jingħataw lis-servizz tekniku responsabbli li jagħmel it-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip:
|
2. MARKI
|
2.1. |
L-oġġetti sottomessi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent għandu jkollhom:
|
|
2.2. |
Dawn il-marki għandhom ikunu jinqraw sew u ma jitħassrux u għandhom ikunu mwaħħla mal-wiċċ li jixgħel, jew ma’ wieħed mill-uċuh li jixgħelu, ta’ l-oġġett. Dawn għandhom ikunu jidhru minn barra meta l-mezz ikun mgħammar mal-vettura. |
|
2.3. |
Kull mezz għandu jkollu spazju biżżejjed għall-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponentt. Dan l-ispazju għandu jkun indikat fuq id-disinni imsemmija fl-Appendiċi 1. |
3. GĦOTI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT
|
3.1. |
Jekk il-ħtiġijiet rilevanti jkunu sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE bis-saħħa ta’ l-Artikolu 4(3) u, jekk ikun applikabbli, 4 (4) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tingħata. |
|
3.2. |
Fl-Appendiċi 2 qed jingħata mudell għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip. |
|
3.3. |
Għandu jingħata numru ta’ l-approvazzjoni skond l-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE għal kull tip ta’ fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara approvata. L-istess Stat Membru ma jistax jagħti l-istess numbru għal xi tip ieħor ta’ fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara. |
|
3.4. |
Meta l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent tkun mitluba għal xi tip ta’ mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl li jinkludi xi fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara jew fanali oħra, jista’ jingħata numru wieħed ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent sakemm il-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara jaderixxi mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva u li kull waħda mill-fanali l-oħrajn li jiffurmaw parti mill-mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl li dwarhom tintalab l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent taderixxi mad-Direttiva li tgħodd għaliha separatament. |
4. MARKA TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT
|
4.1. |
B’żieda mal-marki msemmija fl-intestatura 2.1 kull fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara li tikkonforma ma’ l-approvazzjoni tat-tip skond din id-Direttiva għandu jkollha l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent. |
|
4.2. |
Din il-marka għandha jkollha:
|
|
4.3. |
Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent għandha titwaħħal fuq il-lenti tal-fanal jew fuq waħda mil-lentijiet b’tali mod li ma titħassarx u li tkun tidher b’mod sew meta l-fanali ikunu mwaħħla mal-vettura. |
|
4.4. |
Eżempji tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent huma mogħtija fl-Appendiċi 3, Figura 1. |
|
4.5. |
Meta jinħareġ numru wieħed ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent, kif indikat fl-intestatura 3.4 t’hawn fuq, għal xi tip ta’ mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl li jkun fihom xi fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara u fanali oħra, tista’ titwaħħal marka waħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent, li jkun fiha:
|
|
4.6. |
Din il-marka tista’ tkun tinstab kullimkien fuq il-fanali li jkunu raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament, sakemm:
|
|
4.7. |
Is-simbolu ta’ identifikazzjoni għal kull fanal li jikkorrispondi għal kull Direttiva li bis-saħħa tagħha l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent tkun ingħatat, flimkien man-numru ta’ sekwenza (ara intestatura 4.2.2, it-tieni nofs tas-sentenza) u, meta meħtieġ, l-ittra “D” u l-vleġġa meħtieġa għandhom ikunu mmarkati:
|
|
4.8. |
Il-qisien tal-komponenti ta’ din il-marka m’għandhomx ikunu inqas mill-qisien minimi speċifikati għall-marki individwali mid-diversi Direttivi li bis-saħħa tagħhom tkun ingħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent. |
|
4.9. |
Eżempji ta’ marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent li tkun ragruppata, kombinata jew inkorporata reċiprokament ma’ fanali oħrajn jinsabu fl-Appendiċi 3, Figura 2. |
5. MODIFIKI TAT-TIP U L-EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET
|
5.1. |
Fil-każ ta’ modifiki tat-tip approvat bis-saħħa ta’ din id-Direttiva, għandhom jgħoddu d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE. |
6. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
|
6.1. |
Bħala regola ġenerali, il-miżuri biex tkun assigurata konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE. |
|
6.2. |
Il-luminance B ta’ xi mezz li jittieħed bla ħsieb minn qatgħa prodotta bil-massa m’għandhiex tkun inqas minn 2 cd/m² u, fil-formula għall-gradient, il-fattur 2 jista’ jiġi sostitwit bi 3 (ara l-paragrafu 9 tad-dokumenti msemmija fl-intestatura 2.1 ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva). |
Appendiċi 1
Appendiċi 2
Appendiċi 3
EŻEMPJI TAL-MARKA TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT
Figura 1
Il-mezz li jkollu l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent muri hawn fuq hu fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara, li t-tip tiegħu hu approvat fil-Ġermanja (e1) skond din id-Direttiva (00) skond in-numru bażi ta’ approvazzjoni 1471.
Figura 2
Marka simplifikata ta’ fanali ragruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament meta żewġ fanali jew aktar ikunu parti mill-istess assemblaġġ
(Il-linji vertikali u orizzontali jiskematizzaw il-forma tal-mezz ta’ sinjalazjoni bid-dawl. Dawn mhumiex parti mill-marki ta’ approvazzjoni).
MUDELL A
MUDELL B
MUDELL C
Nota:
It-tliet eżempji ta’ marki ta’ approvazzjoni, mudelli A, B u C, jirrappreżentaw varjanti possibbli tal-marka ta’ xi mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl meta żewġ fanali jew aktar ikunu parti mill-istess unità ta’ fanali ragruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament. Din il-marka ta’ approvazzjoni turi li l-mezz kien approvat fil-Ġermanja (el) skond in-numru bażi ta’ approvazzjoni 1712 u tinkorpora:
— retro-riflettur ta’ klassi IA approvat skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/757/KEE (ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 32), sekwenza Nru 02;
— indikatur tad-direzzjoni ta’ wara ta’ kategorija 2a approvat skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE (ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 71), sekwenza Nru 01;
— fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara aħmar (R) approvat skond l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 76/758/KEE (ĠU Nru L 262, tas-27.9.1976, p. 54), sekwenza Nru 02;
— fanal taċ-ċpar ta’ wara (F) approvat skond id-Direttiva tal-Kunsill 77/538/KEE (ĠU Nru L 220, tad-29.8.1977, p. 60), sekwenza Nru 00;
— fanal tar-rivers (F) approvat skond id-Direttiva tal-Kunsill 77/539/KEE (ĠU Nru L 220, tad-29.8.1977, p. 72), sekwenza Nru 00;
— fanal ta’ waqfien b’żewġ livelli ta’ intensità (S2) approvat skond l-Anness II tad-Direttiva 76/758/KEE sekwenza Nru 02;
— fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara (L) approvata skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE, sekwenza Nru 00.
L-ANNESS II
IL-KAMP TA’ L-APPLIKAZZJONI U L-ĦTIĠIET TEKNIĊI
1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Din id-Direttiva tgħodd għall-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom.
2. ĦTIĠIJIET TEKNIĊI
|
2.1. |
Il-ħtiġijiet tekniċi huma dawk stabbiliti fil-paragrafi 1 u 5 sa 9 u l-Annessi 3 sa 5 tar-Regolament Nru 4 UN-ECE li hu magħmul mill-konsolidazzjoni tad-dokumenti li ġejjin: — ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu (00) ( 6 ), — is-Suppliment 1 għar-Regolament 4 ( 7 ), — is-Suppliment 2 għar-Regolament 4 ( 8 ), — is-Supplimenti 3 u 4 għar-Regolament Nru 4 ( 9 ), — is-Suppliment 5 għar-Regolament Nru 4 ( 10 ), minbarra:
|
( 1 ) ĠU C 76, tas-7.4.1975, p. 37.
( 2 ) ĠU C 248, tad-29.10.1975, p. 23.
( 3 ) ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.
( 4 ) ĠU L 262, tat-27.9.1976, p. 1.
( 5 ) Il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa, Dokument E/KEE/324, l-Addendum 3, l-Emenda 1 tad-29 ta’ Ottubru 1975.
(
6)
|
E/ECE/324 |
|
||
|
E/ECE/TRANS/505 |
(
7)
|
E/ECE/324 |
|
||
|
E/ECE/TRANS/505 |
(
8)
|
E/ECE/324 |
|
||
|
E/ECE/TRANS/505 |
(
9)
|
E/ECE/324 |
|
||
|
E/ECE/TRANS/505 |
( 10 ) TRANS/WP.29/447.