1976L0758 — MT — 01.07.2013 — 009.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Lulju 1976

►M3  dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw il-fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), il-fanali tal-waqfien, il-fanali tas-sewqan bi nhar u l-fanali li jindikaw il-ġnub għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ◄

(76/758/KEE)

(ĠU L 262, 27.9.1976, p.54)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 87/354/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987

  L 192

43

11.7.1987

 M2

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 89/516/KEE ta“ 1 ta“ Awissu 1989

  L 265

1

12.9.1989

►M3

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 97/30/KE Test b’rilevenza għaż-ŻEE tal-11 ta’ Ġunju 1997

  L 171

25

30.6.1997

►M4

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/96/KE ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

81

20.12.2006

►M5

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/15/UE tat-13 ta' Mejju 2013

  L 158

172

10.6.2013


Emendat bi:

 A1

  L 291

17

19.11.1979

 A2

  L 302

23

15.11.1985

 A3

  C 241

21

29.8.1994

►A4

  L 236

33

23.9.2003




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Lulju 1976

►M3  dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw il-fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), il-fanali tal-waqfien, il-fanali tas-sewqan bi nhar u l-fanali li jindikaw il-ġnub għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ◄

(76/758/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

Billi l-ħtiġiet tekniċi li għandhom jissodisfaw vetturi bil-mutur skond il-liġijiet nazzjonali jirrelataw inter alia għall-fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf tagħhom,il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), u fanali tal-waqfien;

Billi dawk il-ħtiġiet jiddiferixxu minn Stat Membru għal ieħor; billi huwa meħtieġ għaldaqstant li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet jew b’żieda ma’ jew minflok ir-regolamenti eżistenti tagħhom, sabiex, b’mod partikolari, jippermettu li l-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ( 3 ), tiġi introdotta fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura;

Billi, fid-Direttiva 76/756/KEE ( 4 ), il-Kunsill stipula l-ħtiġiet komuni għall-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom;

Billi proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip armonizzata għall-fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb) u fanali tal-waqfien tagħmilha possibbli għal kull Stat Membru u sabiex tiċċekkja l-konformità mal-ħtiġiet ta’ kostruzzjoni u ttestjar komuni u li jinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar is-sejbiet tiegħu billi jibgħat kopja taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip mimli għal kull tip ta’ fanal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanal tal-pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb) u fanal tal- waqfien; billi t-tqegħid ta’ marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE fuq il-fanali kollha manifatturati f’konformità mat-tip approvat ineħħi kull bżonn għal verifiki tekniċi fuq dawn il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb) u fanali tal-waqfien fl-Istati Membri l-oħra;

Billi huwa mixtieq li jittieħed kont tal-ħtiġiet tekniċi adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU fir-Regolament tagħha Nru 7 (“Dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni ta’ fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ħomor ta’ wara u fanali tal-waqfien għall-vetturi bil-mutur” ( 5 ), li hu anness mal-Ftehim ta’ l-20 ta’ Marzu 1958 li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ kundizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku ta’ tagħmir u ta’ partijiet ta’ vetturi bil-mutur;

Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li jirrelataw ma’ vetturi bil-mutur tinvolvi r-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri dwar il-verifiki li jkunu saru minn kull wieħed minnhom abbażi tal-ħtiġiet komuni,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

▼M3

1.  L-Istati Membri għandhom jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent fir-rigward ta’ kwalunkwe tip ta’ fanal li jimmarka it-tmiem tat-tarf, fanal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanal tal-waqfien, fanal tas-sewqan bi nhar u fanal li jindika il-ġnub li jissodisfa l-ħtiġiet tal-kostruzzjoni u l-ittestjar stipulati fl-Annessi rilevanti.

▼B

2.  L-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jivverifika li mudelli tal-produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat, safejn dan huwa meħtieġ u jekk hemm bżonn f’koperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħra. Din il-verifika għandha tkun limitata għal investigazzjonijiet saltwarji.

▼M3

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom għal kull tip ta’ fanal li jimmarka it-tmiem tat-tarf, fanal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanal tal-waqfien, fanal tas-sewqan bi nhar u fanal li jindika il-ġnub li huma japprovaw skond l-Artikolu 1, joħorġu lill-manifattur il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent li tikkonforma mal-mudelli murija fl-Anness I, Appendiċi 3.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jipprevjenu l-użu ta’ marki li jistgħu joħolqu konfużjoni bejn il-fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), il-fanali tal-waqfien, il-fanali tas-sewqan bi nhar u l-fanali li jindikaw il-ġnub li jkunu ġew approvati skond l-Artikolu 1, u mezzi oħrajn.

Artikolu 3

1.  L-ebda Stat Membru m’għandu jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanali tal-waqfien, il-fanali tas-sewqan bi nhar u fanali li jindikaw il-ġnub għal raġunijiet marbuta mal-kostruzzjoni jew il-metodu tal-iffunzjonar tagħhom jekk dawn ikollhom fuqhom il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent.

2.  Minkejja dan, Stat Membru jista’ jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanali tal-waqfien, il-fanali tas-sewqan bi nhar u fanali li jindikaw il-ġnub li jkollhom il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent jekk dawn b’mod konsistenti jonqsu milli jikkonformaw mat-tip approvat.

Dak l-Istat għandu jinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda, filwaqt li jispeċifika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

Artikolu 4

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin, permezz tal-proċedura speċifikata fl-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 70/156/KEE, dwar kull approvazzjoni li huma jkunu taw, ċaħdu jew irtiraw skond din id-Direttiva.

▼B

Artikolu 5

▼M3

1.  Jekk Stat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent isib li numru ta’ fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanali tal-waqfien, il-fanali tas-sewqan bi nhar u fanali li jindikaw il-ġnub li jkollhom l-istess marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent ma jkunux jikkonformaw mat-tip li jkun approva, dan għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-mudelli ta’ produzzjoni ikunu jikkonformaw mat-tip approvat. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom javżaw lil dawk ta’ l-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri meħuda, li jistgħu, fejn ikun hemm nuqqas konsistenti ta’ konformità, jestendu għall-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent. L-awtoritajiet imsemmija għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk dawn ikunu infurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor dwar nuqqas ta’ konformità bħal dan.

▼B

2.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin, fi żmien xahar, dwar kull irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent, u dwar ir-raġunijiet għal din il-miżura.

▼M3

Artikolu 6

Kull deċiżjoni meħuda skond id-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, biex tkun irrifjutata jew irtirata approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent għal fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanali tal-waqfien, il-fanali tas-sewqan bi nhar u fanali li jindikaw il-ġnub, jew biex ikun ipprojbi it-tqegħid tagħhom fis-suq jew l-użu tagħhom, għandha tiddikjara fid-dettal ir-raġunijiet li fuqhom din tkun ibbażata. Deċiżjonjiet bħal dawn għandhom ikunu notifikati lill-parti konċernata, li fl-istess ħin għandha tkun infurmata dwar ir-rimedji disponibbli lilha taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u dwar il-limiti ta’ żmien permessi għall-eżerċizzju ta’ rimedji bħal dawn.

Artikolu 7

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal kwalunkwe vettura għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanali tal-waqfien, il-fanali tas-sewqan bi nhar u fanali li jindikaw il-ġnub tagħha jekk dawn ikollhom il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent u jkunu mwaħħlin skond il-ħtiġiet stabbiliti fid-Direttiva 76/756/KEE.

Artikolu 8

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ kwalunkwe vettura għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanali tal-waqfien, il-fanali tas-sewqan bi nhar u fanali li jindikaw il-ġnub tagħha jekk dawn ikollhom il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent u jkunu mwaħħlin skond il-ħtiġiet stabbiliti fid-Direttiva 76/756/KEE.

Artikolu 9

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, “vettura” tfisser kwalunkwe vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajrha, li għandha minn ta’ lanqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata li teċċedi l-25 kilometru fis-siegħa, u l-karrijiet tagħha, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il-linji, tratturi għall-agrikoltura u għall forestrija u kull makkinarju ieħor mobbli.

▼B

Artikolu 10

Kull emenda neċessarja sabiex taġġusta l-ħtiġiet ta’ l-Annessi sabiex jieħdu kont tal-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

Artikolu 11

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjoni meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 1977 u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b’dan. Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet b’effett mill-1 ta’ Ottubru 1977 l-aktar tard.

2.  Ladarba din id-Direttiva tkun ġiet notifikata, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-Kummissjoni hija infurmata, fiż-żmien suffiċjenti sabiex tkun tista’ tissottometti l-kummenti tagħha dwar kull abbozz ta’ liġi, regolament jew dispożizzjoniji amministrattiva li jipproponu li jddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 12

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M3




LISTA TA’ L-ANNESSI



L-ANNESS I

Dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip

Appendiċi 1:

Dokument ta’ informazzjoni

Appendiċi 2:

Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip

Appendiċi 3:

Mudell għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent

L-ANNESS II

Il-kamp ta’ applikazzjoni u l-ħtiġiet tekniċi għal fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb) u fanali tal-waqfien

L-ANNESS III

Il-kamp ta’ applikazzjoni u l-ħtiġiet tekniċi għal fanali tas-sewqan bi nhar

L-ANNESS IV:

Il-kamp ta’ applikazzjoni u l-ħtiġiet tekniċi għal fanali li jindikaw il-ġnub




L-ANNESS I

DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

1.   DAN L-ANNESS JITTRATTA L-APPROVAZZJONI TA’ TIP TA’ KOMPONENT

1.1.

fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb) u fanali tal-waqfien maħsuba għall-użu fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom u li jikkonformaw mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness II;

1.2.

fanali tas-sewqan bi nhar maħsuba għall-użu fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom u li jikkonformaw mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness III;

1.3.

fanali li jindikaw il-ġnub maħsuba għall-użu fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet taghom u li jikkonformaw mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness IV;

2.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT

2.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għal tip ta’ fanal li jimmarka it-tmiem tat-tarf, fanal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanal tal-waqfien, fanal tas-sewqan bi nhar u fanal li jindika il-ġnub għandha tkun sottomessa mill-manifattur.

2.2.

Mudell għad-dokument ta’ informazzjoni qed jingħata fl-Appendiċi 1.

2.3.

Dawn li ġejjin għandhom ikunu sottomessi lis-servizz tekniku responsabbli mit-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip:

2.3.1.

Żewġ kampjuni, mgħammra bil-bozza jew bozoz rakkomandati; jekk l-approvazzjoni tkun applikata għal mezzi li ma jkunux identiċi iżda huma simmetriċi u adatti biex jiġu armati wieħed fuq ix-xellug u l-ieħor fuq il-lemin tal-vettura, u/jew, alternattivament, wieħed lejn ‘l quddiem u l-ieħor lejn wara, iż-żewġ kampjuni sottomessi jistgħu jkunu identiċi u adatti biex jintramaw wieħed fuq il-lemin biss u l-ieħor fuq ix-xellug biss tal-vettura u/jew, alternattivament, lejn ‘l quddiem biss jew lejn wara biss; fil-każ ta’ fanal tal-waqfien b’żewġ livelli ta’ intensità, l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn żewġ kampjuni tal-partijiet li jikkostitwixxu s-sistema li tiżgura żewġ livelli ta’ intensità.

3.   IMMARKAR

3.1.

Il-mezzi sottomessi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent għandhom ikollhom:

3.1.1.

l-isem kummerċjali jew trade mark tal-manifattur;

3.1.2.

fil-każ ta’ fanali b’sorsi ta’ dawl li jinbidlu; it-tip(i) ta’ bozza bil-filament preskritt(i);

3.1.3.

fil-każ ta’ fanali b’sorsi ta’ dawl li ma jinbidlux; il-vultaġġ u wattage nominali.

3.2.

Dawn il-marki għandhom ikunu jinqraw b’mod ċar, ma jitħassrux u għandhom jitwaħħlu fuq il-wiċċ li jdawwal, jew fuq wieħed mill-uċuħ li jdawwlu, tal-mezz. Dawn għandhom ikunu jidhru minn barra meta l-mezz ikun mwaħħal fuq il-vettura.

3.3.

Kull mezz għandu jkollu spazju biżżejjed għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent. Dan l-ispazju għandu jkun indikat fuq it-tpinġijiet msemmija fl-Appendiċi 1.

4.   GĦOTI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT

4.1.

Jekk il-ħtiġiet rilevanti jkunu ntlaħqu, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għandha tingħata skond l-Artikolu 4(3) u, jekk applikabbli, 4 (4) tad-Direttiva 70/156/KEE.

4.2.

Mudell taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE huwa mogħti fl-Appendiċi 2.

4.3.

Numru tal-approvazzjoni skond l-Anness VII għad-Direttiva 70/156/KEE għandu jkun assenjat lil kull tip ta’ fanal li jimmarka it-tmiem tat-tarf, fanal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanal tal-waqfien, fanal tas-sewqan bi nhar u fanal li jindika il-ġnub li jkun ġie approvat. L-istess Stat Membru m’għandux jagħti l-istess numru tal-approvazzjoni għal tip ieħor ta’ fanal li jimmarka it-tmiem tat-tarf, fanal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanal tal-waqfien, fanal tas-sewqan bi nhar u fanal li jindika il-ġnub.

4.4.

Fejn l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent tkun meħtieġa għal tip ta’ mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl li jkun jikkomprendi fanal li jimmarka it-tmiem tat-tarf, fanal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanal tal-waqfien, fanal tas-sewqan bi nhar jew fanal li jindika il-ġnub u fanali oħra, numru wieħed ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent jista’ jkun assenjat basta li l-fanal li jimmarka it-tmiem tat-tarf, fanal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanal tal-waqfien, fanal tas-sewqan bi nhar jew fanal li jindika il-ġnub jkun konformi mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva u li kull wieħed mill-fanali l-oħra li jkunu jiffurmaw parti mill-mezz ta’ dawl jew ta’ sinjalazzjoni bid-dawl li għalih tkun qed tintalab l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ikun konformi mad-Direttiva separata li għalih din tkun tapplika.

5.   MARKA TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT

5.1.

Barra mill-marki msemmija fil-punt 3.1, kull fanal li jimmarka it-tmiem tat-tarf, fanal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanal tal-waqfien, fanal tas-sewqan bi nhar u fanal li jindika il-ġnub li jikkonforma mat-tip approvat skond din id-Direttiva għandu jkollu l-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent.

5.2.

Din il-marka għandha tkun tikkonsisti f’:

5.2.1.

rettangolu li jdawwar l-ittra “e”, segwita min-numru jew ittra distintiv/a tal-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip:

1

għall-Ġermanja

2

għall-Franza

3

għall-Italja

4

għall-Olanda

5

għal Svezja

6

għall-Belġju

▼A4

7

għall-Ungerija

8

għar-Repubblika Ċeka

▼M3

9

għall-Spanja

11

għar-Renju Unit

12

għall-Awstrija

13

għal-Lussemburgu

17

għall-Finlandja

18

għad-Danimarka

▼M4

19

għar-Rumanija

▼A4

20

għall-Polonja

▼M3

21

għall-Portugall

23

għall-Greċja

▼M5

25

għall-Kroazja

▼A4

26

għas-Slovenja

27

għas-Slovakkja

29

għall-Estonja

32

għal-Latvja

▼M4

34

għall-Bulgarija

▼A4

36

għal-Litwanja

CY

għal Ċipru

▼M3

IRL.

għall-Irlanda.

▼A4

MT

għal Malta.

▼M3

5.2.2.

viċin ir-rettangolu “n-numru tal-approvazzjoni bażi” li hemm fis-Sezzjoni 4 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip imsemmi fl-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE, preċedut minn żewġ ċifri li juru n-numru tas-sekwenza assenjat lill-iktar emenda teknika maġġuri l-aktar reċenti għall-Anness relevanti tad-Direttiva 76/758/KEE fid-data li ngħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-KE. F’din id-Direttiva n-numru tas-sekwenza huwa

 02 għall-Anness II,

 00 għall-Anness III,

 00 għall-Anness IV,

5.2.3.

simbolu(i) addizzjonali kif ġej:

5.2.3.1.

fuq mezzi li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva fejn huma konċernati il-fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf u fanali ta’ pożizzjoni (tal-ġenb) ta’ quddiem l-ittra “A”;

5.2.3.2.

fuq mezzi li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva fejn huma konċernati il-fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-t-tarf u fanali ta’ pożizzjoni (tal-ġenb) ta’ wara l-ittra “R”;

5.2.3.3.

fuq mezzi li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva fejn huma konċernati l-fanali tal-waqfien, l-ittra “S” segwita mill-figura “1” meta l-mezz ikollu livell wieħed biss ta’ intensità, bil-figura “2” meta l-mezz ikollu żewġ livelli ta’ intensità, u bil-figura “3” meta l-mezz ikun jilħaq il-ħtiġiet speċifiċi għal fanali tal-waqfien tal-kategorija S3;

5.2.3.4.

fuq mezzi li jikkomprendu kemm fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb) u fanal tal-waqfien u li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva fejn huma konċernati fanali bħal dawn, l-ittri “R” u “S1” jew “S2”, skond il-każ, separati b’sing orizzontali;

5.2.3.5.

fuq mezzi li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva fejn huma konċernati fanali tas-sewqan bi nhar, l-ittra “RL”;

5.2.3.6.

fuq mezzi li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva fejn huma konċernati fanali li jindikaw il-ġnub, wieħed mis-simboli “SM1” jew “SM2” jiddependi mill-kategorija tal-mezz;

5.2.3.7.

fuq id-dwal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem jew ta’ wara li l-angoli ta’ viżibilità tagħhom ikunu assimmetriċi fejn għandhom x’jaqsmu l-assi ta’ riferenza f’direzzjoni orizzontali, vleġġa li tipponta lejn in-naħa li fuqha l-ispeċifikazzjonijiet fotometriċi huma sodisfatti sa angolu ta’ 80° H;

5.2.3.8.

fuq fanali li jistgħu jintużaw bħala fanali weħidhom u bħala parti minn assemblaġġ ta’ żewġ fanali, l-ittra addizzjonali “D” fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu msemmi fil-paragrafi 5.2.3.1 sa 5.2.3.4.

5.3.

Il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent għandha tkun imwaħħla mal-lenti tal-fanal jew ma’ waħda mil-lentijiet b’tali mod li ma tkunx tista’ titħassar u tkun tista’ tinqara b’mod ċar anke meta l-fanali ikunu mwaħħla mal-vettura.

5.4.

L-arranġament tal-marka tal-approvazzjoni

5.4.1.

Fanali indipendenti:

Eżempji ta’ marki tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent qed jingħataw fl-Appendiċi 3, Figura 1.

5.4.2.

Fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati:

5.4.2.1.

Meta jkun inħareġ numru wieħed tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent, skond il-punt 4.4 fuq, għal tip ta’ mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl u li jkun jikkomprendi fih fanal li jimmarka it-tmiem tat-tarf, fanal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanal tal-waqfien, fanal tas-sewqan bi nhar u fanal li jindika il-ġnub fanal li jimmarka it-tmiem tat-tarf u fanali oħra, tista’ titwaħħal marka waħda biss tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent, li tkun tikkonsisti f’:

5.4.2.1.1.

rettangolu li jdawwar l-ittra “e”, segwita min-numru jew ittra distintiv/a tal-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip (ara l-punt 5.2.1);

5.4.2.1.2.

in-numru tal-approvazzjoni bażi (ara l-punt 5.2.2, l-ewwel nofs tas-sentenza);

5.4.2.1.3.

jekk neċessarju, il-vleġġa meħtieġa, safejn din ikollha x’taqsam mal-assemblaġġ ta’ fanali bħala ħaġa sħiħa.

5.4.2.2.

Din il-marka tista’ tkun tinsab kullimkien fuq il-fanali li jkunu raggruppati, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati basta li:

5.4.2.2.1.

din tkun tidher wara li tkun saret l-istallazzjoni tal-fanali;

5.4.2.2.2.

l-ebda komponenti li jittrasmettu d-dawl tal-fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati ma jistgħu jitneħħew mingħajr ma titneħħa simultanjament il-marka tal-approvazzjoni.

5.4.2.3.

Is-simbolu tal-identifikazzjoni għal kull fanal li tikkorrispondi għal kull Direttiva li skondha tkun ingħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent, flimkien man-numru tas-sekwenza (ara l-punt 5.2.2, it-tieni nofs tas-sentenza) u, fejn meħtieġ, l-ittra “D” u l-vleġġa meħtieġa għandhom ikunu mmarkati:

5.4.2.3.1.

jew fuq il-wiċċ xieraq li jitfa’ d-dawl;

5.4.2.3.2.

jew fi grupp, b’tali mod li kull wieħed mill-fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati jkunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar.

5.4.2.4.

Id-dimensjonijiet tal-komponenti ta’ din il-marka ma jistgħux ikunu inqas mid-dimensjonijiet minimi speċifikati għall-marki individwali mid-diversi Direttivi li skondhom tkun ingħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent.

5.4.2.5.

Eżempji ta’ marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent għal fanal raggruppat, kombinat jew reċiprokament inkorporat ma’ fanali oħra qed jingħataw fl-Appendiċi 3, Figura 2.

5.4.3.

Fanali inkorporati reċiprokament ma’ fanali oħra, li l-lenti tagħhom tista’ wkoll tintuża għal tipi oħra ta’ headlamps:

5.4.3.1.

id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5.4.2 fuq għandhom japplikaw;

5.4.3.2.

barra minnhekk, fejn tkun użata l-istess lenti, din ta’ l-aħħar jista’ jkollha l-marki differenti tal-approvazzjoni li huma konċernati mat-tipi differenti ta’ headlamps jew unitajiet ta’ fanali, sakemm il-parti ewlenija tal-headlamp, anke jekk ma tkunx tista’ tiġi separata mil-lenti, tkun tikkomprendi wkoll l-ispazju deskritt fil-punt 3.3 fuq u jkollha l-marki tal-approvazzjoni tal-funzjonijiet attwali;

5.4.3.3.

jekk tipi differenti ta’ headlamps ikunu jikkomprendu l-istess parti ewlenija, din ta’ l-aħħar jista’ jkollha marki differenti ta’ l-approvazzjoni.

5.4.3.4.

Eżempji ta’ marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent għal fanali reċiprokament inkorporati ma’ headlamp qed jingħataw fl-Appendiċi 3, Figura 3.

6.   MODIFIKI GĦAT-TIP U EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET

6.1.

Fil-każ li jkun hemm xi modifiki tat-tip approvat skond din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom ikunu japplikaw.

7.   KONFORMITA’ TAL-PRODUZZJONI

7.1.

Bħala regola ġenerali, il-miżuri li jiżguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jiġu adottati skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.

7.2.

Kull mezz imsemmi fil-punt 1.1 fuq għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet fotometriċi u kalorimetriċi speċifikati fil-paragrafi 6 u 8 ( 6 ). Minkejja dan, fil-każ ta’ mezz li jintgħażel saltwarjament mill-produzzjoni tas-serje, il-ħtiġiet li jikkoċenraw l-intensità minima tad-dawl mitfugħ (imkejjel b’fanal standard kif imsemmi fil-paragrafu 7 (6) ) għandhom ikunu limitati f’kull direzzjoni rilevanti għal 80 % tal-valuri minimi speċifikati fil-paragrafi 6.1 u 6.2 (6) .

7.3.

Kull mezz imsemmi fil-punt 1.2 fuq għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 7, 8, 9 u 11 ( 7 ). Minkejja dan, fil-każ ta’ mezz li jintgħażel saltwarjament mill-produzzjoni tas-serje, il-ħtiġiet li jikkonċernaw l-intensità minima u massima tad-dawl mitfugħ (imkejjel b’fanal standard kif imsemmi fil-paragrafu 10 (7) ) għandhom ikunu minn ta’ lanqas 80 % tal-valuri minimi speċifikati fil-paragrafi 7.1 u 7.2 (7)  u m’għandhomx jeċċedu aktar minn 120 % tal-valuri massimi speċifkati fil-paragrafu 7.3 (7) .

7.4.

Kull mezz imsemmi fil-punt 1.3 fuq għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 7 u 8 ( 8 ). Minkejja dan, fil-każ ta’ mezz magħżul saltwarjament mill-produzzjoni tas-serje, l-intensità tad-dawl li toħroġ f’kull direzzjoni rilevanti għandha tkun minn ta’ lanqas 80 % tal-valuri minimi u m’għandhomx jeċċedu aktar minn 120 % tal-valuri massimi speċifikati fil-paragrafu 7.1 (8) .




Appendiċi 1

Dokument ta’ informazzjoni Nru …

dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent ta’ fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, fanali ta’ pożizzjonita’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), fanali tal-waqfien, fanali tas-sewqn bi nhar ufanali li jindikaw il-ġnub għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(Direttiva 76/758/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva …/…/KE)

L-informazzjoni li ġejja, jekk tkun applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinji għandhom jingħataw fi skala adatta u f’dettal suffiċjenti fuq karti ta’ qies A4 jew ġo folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettal suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0.   ĠENERALI

0.1.

Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.

Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …

0.5.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

0.7

Fil-każ ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE: …

0.8.

Indirizz(i) tal-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ: …

1.   DESKRIZZJONI TAL-MEZZ

1.1.

Tip ta’ mezz: …

1.1.1.

Il-funzjoni(ijiet) tal-mezz: …

1.1.2.

Kategorija jew klassi ta’ mezz: …

1.1.3.

Kulur tad-dawl mitfugħ jew li jiġi rifless: …

1.2.

Disinn(ji) f’dettal suffiċjenti li jippermetti l-identifikazzjoni tat-tip tal-mezz u li juri(u) …

1.2.1.

f’liema pożizzjoni ġeometrika l-mezz għandu jkun armat fuq il-vettura (mhux applikabbli għall-fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara): …

1.2.2.

L-assi ta’ osservazzjoni li għandha tittieħed bħala l-assi ta’ referenza fit-testijiet (angolu orizzontali H = 0°, angolu vertikali V = 0°) u l-punt li għandu jittieħed bħala ċ-ċentru ta’ riferenza fit-testijiet imsemmija (mhux applikabbli għal mezzi retro-rifletturi u l-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara): …

1.2.3.

il-pożizzjoni maħsuba għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent …

1.2.4.

għall-fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara, il-pożizzjoni ġeometrika li fiha l-mezz għandu jitwaħħal f’relazzjoni mal-ispazju li għandu jkun okkupat bil-pjanċa tar-reġistrazzjoni, u l-linja ta’ barra taż-żona mdawwla b’mod adekwat: …

1.2.5.

għall-headlamps u l-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem, dehra minn quddiem tal-fanali b’dettalji tar-ribbing tal-lentijiet, jekk ikun hemm, u s-sezzjoni: …

1.3.

Deskrizzjoni teknika fil-qosor li tiddikjara, partikolarment, bl-eċċezzjoni ta’ fanali b’sorsi ta’ dawl li ma jinbidlux, il-kategorija jew kategoriji ta’ sorsi ta’ dawl preskritti li għandhom ikunu wieħed jew aktar minn dawk li hemm fid-Direttiva 76/761/KEE (mhux applikabbli għal mezzi retro-rifletturi): …

1.4.

Informazzjoni speċifika …

1.4.1.

Għall-fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara, dikjarazzjoni dwar jekk il-mezz huwiex maħsub biex idawwal pjanċa wiesa’/twila/kemm wiesa u kif ukoll twila: …

1.4.2.

Għall-headlamps, …

1.4.2.1.

informazzjoni dwar jekk il-headlamp huwiex maħsub li jipprovdi kemm raġġ dipped u raġġ prinċipali jekk inkella wieħed minn dawn biss: …

1.4.2.2.

informazzjoni, f’każ li l-headlamp ikun maħsub li jipprovdi raġġ dipped, jekk dan ikunx iddisinjat kemm għat-traffiku fuq in-naħa tax-xellug u għal dak tan-naħa tal-lemin jew inkella għal tan-naħa tax-xellug jew għan-naħa tal-lemin biss: …

1.4.2.3.

jekk il-headlamp ikun mgħammar b’riflettur aġġustabbli, indikazzjoni tal-pożizzjoni(jiet) tal-armar tal-headlamp f’relazzjoni mal-art u l-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura, jekk il-headlamp huwa għall-użu f’dik(dawk) il-pożizzjoni(jiet) biss: …

1.4.3.

Għal fanali ta’ pożizzjoni, fanali tal-waqfien u indikaturi tad-direzzjoni …

1.4.3.1.

jekk il-mezz jistax jintuża wkoll f’assemblaġġ ta’ żewġ fanali tal-istess kategorija: …

1.4.3.2.

fil-każ ta’ mezzi b’żewġ livelli ta’ intensità (fanali tal-waqfien u indikaturi tad-direzzjoni tal-kategorija 2b), diagramm ta’ l-arranġament u speċifikazzjoni tal-karatteristiċi tas-sistema li tiżgura ż-żewġ livelli ta’ intensità: …

1.4.4.

Għal mezzi retro-rifletturi, deskrizzjoni fil-qosor li tagħti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-materjali tal-unità ottika tar-retro-riflettur: …

1.4.5.

Għal fanali tar-rivers, dikjarazzjoni dwar jekk il-mezz huwiex maħsub li jkun stallat fuq vettura esklussivament bħala par: …




Appendiċi 2

MUDELL

(format massimu: A4 (210 × 297 mm))

IĊ-ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

It-timbru tal-amministrazzjoni

Komunikazzjoni li tikkonċerna l-:

 l-approvazzjoni tat-tip ( 9 )

 l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip (9) ,

 ċ-ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip (9) ,

 il-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip (9) 

ta’ tip ta’ vettura/komponent/unità teknika separata (9)  fir-rigward tad-Direttiva …/…/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva …/…/KE)

Numru tal-approvazzjoni tat-tip: …

Raġuni għall-estensjoni: …

TAQSIMA I

0.1.

Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.

Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …

0.3.

Mezz ta’ identifikazzjoni ta’ l-għamla, jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata (9)  ( 10 ): …

0.3.1.

Lok ta’ dak l-immarkar: …

0.4.

Il-kategorija ta’ vettura (10)  ( 11 ): …

0.5.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

0.7.

Fil-każ ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE: …

0.8.

Indirizz(i) tal-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ: …

TAQSIMA II

1.

Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-Addendum

2.

Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettieq tat-testijiet: …

3.

Id-data tar-rapport tat-test: …

4.

In-numru tar-rapport tat-test: …

5.

Rimarki (jekk hemm): ara l-Addendum

6.

Post: …

7.

Data: …

8.

Firma: …

9.

L-indiċi għall-pakkett ta’ l-informazzjoni ippreżentat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż.




Addendum għaċ-Ċertifikat tal-Approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru …

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent ta’ mezz ta’ dawl u/jew ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fejn huma konċernati d-Direttiva(i) 76/757/KEE; 76/758/KEE; 76/759/KEE; 76/760/KEE; 76/761/KEE; 76/762/KEE; 77/538/KEE; 77/539/KEEu 77/540/KEE ( 12 ) kif emendata(i) l-aħħar bid-Direttiva(i) …

1.   Informazzjoni addizzjonali

1.1.

Fejn applikabbli, indika għal kull fanal

1.1.1.

Il-kategorija(i) tal-mezz(i): …

1.1.2.

In-numru u l-kategorija tas-sorsi tad-dawl (mhux applikabbli għal retro-riflettur ( 13 ): …

1.1.3.

Kulur tad-dawl mitfugħ jew jiġi rifless: …

1.1.4.

Approvazzjoni mogħtija biss għall-użu bħala parti li tinbidel fuq vetturi diġa fis-servizz: Iva/Le (13) 

1.2.

Informazzjoni speċifika għal ċerti tipi ta’ mezzi ta’ dawl jew ta’ sinjalazzjoni bid-dawl

1.2.1.

Għal mezzi retro-rifletturi: Parti iżolata/parti minn assemblaġġ ta’ mezzi (13) 

1.2.2.

Għall-fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara: il-mezz li jdawwal pjanċa tawwalija/wiesa’ (13) 

1.2.3.

Għall-headlamps: Jekk il-headlamp ikun mgħammar b’riflettur aġġustabbli, indikazzjoni tal-pożizzjoni(jiet) tal-armar tal-headlamp f’relazzjoni mal-art u l-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura, jekk il-headlamp huwa għall-użu f’dik(dawk) il-pożizzjoni(jiet) biss: …

1.2.4.

Għall-fanali tar-rivers Dan il-mezz għandu jkun stallat fuq vettura biss bħala parti minn par ta’ mezzi: Iva/Le (13) 

5.   Rimarki

5.1.

Disinji

5.1.1.

Għall-fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara: in-numru tad-disinn mehmuż … juri l-pożizzjoni ġeometrika li fiha l-mezz għandu jkun imwaħħal f’relazzjoni mal-ispazju li għandu jkun okkupat bil-pjanċa tar-reġistrazzjoni, u l-linja ta’ barra taż-żona mdawwla b’mod adekwat;

5.1.2.

għal mezzi retro-rifletturi: in-numru tad-disinn mehmuż … juri l-pożizzjoni ġeometrika li fiha l-mezz għandu jkun imwaħħal fuq il-vettura;

5.1.3.

Għal kull mezz ieħor ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl: in-numru tad-disinn mehmuż … juri l-pożizzjoni ġeometrika li fiha l-mezz għandu jitwaħħal fuq il-vettura, u l-assi ta’ riferenza u ċ-ċentru ta’ riferenza tal-mezz.

5.2.

Għall-headlamps: Il-mod tat-tħaddim użat matul it-test (il-punt 5.2.3.9 tal-Anness I għad-Direttiva 76/761/KEE): …




Appendiċi 3

EŻEMPJI TA’ MARKI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT

image

Figura 1a

Il-mezz li għandu l-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent murija fuq huwa fanal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), li ngħata l-approvazzjoni tat-tip fil-Ġermanja (e1) skond l-Anness II għal din id-Direttiva (02) taħt in-numru bażi ta’ approvazzjoni 1471.

Il-vleġġa turi l-ġenb li fuqu l-ispeċfikazzjonijiet fotometriċi meħtieġa huma milħuqa sa angolu ta’ 80° H.

image

Figura 1b

Il-mezz li għandu l-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent murija fuq huwa fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara(tal-ġenb), li ngħata l-approvazzjoni tat-tip fil-Ġermanja (e1) skond l-Anness II għal din id-Direttiva (02) taħt in-numru bażi ta’ approvazzjoni 1471, li jista’ jintuża wkoll f’assemblaġġ ta’ żewġ fanali ta’ pożizzjoni (tal-ġenb) ta’ wara.

image

Figura 1ċ

Il-mezz li għandu l-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent murija fuq huwa mezz li jinkludi kemm fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb) u kif ukoll fanal tal-waqfien b’livell ta’ intensità wieħed, li ngħata l-approvazzjoni tat-tip fil-Ġermanja (e1) skond l-Anness II għal din id-Direttiva (02) taħt in-numru bażi ta’ approvazzjoni 1471.

image

Figura 1d

Il-mezz li għandu l-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent murija fuq huwa fanal tal-waqfien b’żewġ livelli ta’ intensità, li ngħata l-approvazzjoni tat-tip fil-Ġermanja (e1) skond l-Anness II għal din id-Direttiva (02) taħt in-numru bażi ta’ approvazzjoni 1471.

image

Figura 1e

Il-mezz li għandu l-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent murija fuq huwa fanal tas-sewqan bi nhar, li ngħata l-approvazzjoni tat-tip fil-Ġermanja (e1) skond l-Anness III għal din id-Direttiva (00) skond in-numru bażi ta’ approvazzjoni 1471.

image

Figura 1f

Il-mezz li għandu l-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent murija fuq huwa fanal li jimmarka l-ġenb tal-kategorija 1, li ngħata l-approvazzjoni tat-tip fil-Ġermanja (e1) skond l-Anness IV għal din id-Direttiva (00) skond in-numru bażi ta’ approvazzjoni 1471.

image

Figura 2a

Immarkar simplifikat ta’ fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati meta żewġ fanali jew aktar ikunu parti mill-istess assemblaġġ

(Il-linji vertikali u orizzontali jiskematizzaw il-forma tal-mezz ta’ sinjalazzjoni bid-dawl. Mhumiex parti mill-marka ta’ approvazzjoni).

MUDELL A

image

MUDELL B

image

MUDELL Ċ

Nota:

It-tliet eżempji ta’ marki ta’ approvazzjoni, mudelli A, B u Ċ jirrappreżentaw tliet varjanti possibbli ta’ mmarkar ta’ mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl meta żewġ fanali jew aktar ikunu jiffurmaw parti mill-istess unità ta’ fanali ragruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati. Dawn il-marki tal-approvazzjoni juru li l-mezz kien ġie approvat fil-Ġermanja (e1) skond in-numru bażi tal-approvazzjoni 1712 u jikkomprendi:

Retro-riflettur ta’ wara u tal-ġenb tal-klassi IA approvat f’konformità mad-Direttiva 76/757/KEE, Numru tas-sekwenza 02;

Indikatur tad-direzzjoni ta’ wara tal-kategorija 2A approvat f’konformità mad-Direttiva 76/759/KEE, Numru tas-sekwenza 01;

Fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara aħmar (R) approvat f’konformità mad-Direttiva 76/758/KEE, Numru tas-sekwenza 02;

Fanal taċ-ċpar ta’ wara (F) approvat f’konformità mad-Direttiva 77/538/KEE, Numru tas-sekwenza 00;

Fanal tar-rivers (AR) approvat f’konformità mad-Direttiva 77/539/KEE, Numru tas-sekwenza 00;

Fanal tal-waqfien b’żewġ livelli ta’ intensità (S2) approvat f’konformità mal-Anness II għad-Direttiva 76/758/KEE, Numru tas-sekwenza 02;

Fanal li jimmarka l-ġenb tal-kategorija 1 (SM1) approvat f’konformità mal-Anness IV għad-Direttiva 76/758/KEE, Numru tas-sekwenza 00;

image

Figura 2b

Marki simplifikati ta’ fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati meta żewġ fanali jew aktar ikunu parti mill-istess assemblaġġ

(Il-linji vertikali u orizzontali jiskematizzaw il-forma tal-mezz ta’ sinjalazzjoni bid-dawl. Dawn mhumiex parti mill-marka tal-approvazzjoni).

MUDELL A

image

MUDELL B

image

MUDELL Ċ

image

MUDELL D

Nota:

L-erba’ eżempji ta’ marki ta’ approvazzjoni, mudelli A, B, Ċ u D jirrappreżentaw erba’ varjanti possibbli ta’ mmarkar ta’ mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl meta żewġ fanali jew aktar ikunu jiffurmaw parti mill-istess unità ta’ fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati. Dawn il-marki tal-approvazzjoni juru li l-mezz kien ġie approvat fil-Ġermanja (e1) taħt in-numru bażi tal-approvazzjoni 7120 u jikkomprendi:

Fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem (A) approvat f’konformità mal-Anness II għad-Direttiva 76/758/KEE, Numru tas-sekwenza 02;

Headlamp (HCR) b’raġġ ta’ mgħoddija iddisinjat għat-traffiku tan-naħa tal-lemin u dak tan-naħa tax-xellug u b’dawl ta’ sewqan b’intensità massima li tikkomprendi bejn it-86,250 u l-101,250 candelas (kif indikat bin-numru 30) approvata skond l-Anness V għad-Direttiva 76/761/KEE, Numru tas-sekwenza 02;

Fanal li tixgħel bi nhar (RL) approvat f’konformità mal-Anness III għad-Direttiva 76/758/KEE, Numru tas-sekwenza 00;

Indikatur tad-direzzjoni ta’ quddiem tal-kategorija 1a approvat f’konformità mad-Direttiva 76/759/KEE, Numru tas-sekwenza 01;

image

Figura 3



Jew

headlamp b’raġġ ta’ mgħoddija iddisinjat għaż-żewġ sistemi ta’ traffiku u dawl ta’ sewqan b’luminożità massima li tikkomprendi bejn it-86,250 u l-101,250 candelas (kif muri bin-numru “30”) approvata fil-Ġermanja (e1) bin-numru bażi ta’ approvazzjoni 7120 f’konformità mal-ħtiġiet tal-Anness IV għad-Direttiva 76/761/KEE, Numru tas-sekwenza 04, li hija inkorporata reċiprokament ma’ fanal li tixgħel bi nhar approvat skond l-Anness III għad-Direttiva 76/758/KEE, Numru tas-sekwenza 00,

jew

headlamp b’raġġ ta’ mgħoddija u b’dawl ta’ sewqan, idisinnjat għaż-żewġ sistemi ta’ traffiku u approvat fil-Ġermanja (e1) bin-numru bażi tal-approvazzjoni 7122 f’konformità mal-ħtiġiet tal-Anness II għad-Direttiva 76/761/KEE, Numru tas-sekwenza 01, li huwa reċiprokament inkorporat mal-istess fanal li tixgħel bi nhar bħal fuq.

jew

waħda mill-headlamps imsemmija fuq u approvata bħala fanal waħdieni.

Il-parti ewlenija tal-headlamp għandu jkollha in-numru tal-approvazzjoni validu biss, per eżempju:

image

jew

image

jew

image

jew

image




L-ANNESS II

IL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U ĦTIĠIET TEKNIĊI

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan l-Anness japplika għal fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb) u fanali tal-waqfien għall-vetturi u l-karrijiet tagħhom.

2.   ĦTIĠIET TEKNIĊI

2.1.

Il-ħtiġiet tekniċi huma dawk stabbiliti fil-paragrafi 1 u 5 sa 8 u l-Annessi 1, 4 u 5 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN-ECE) Regolament Nru 7 li jikkonsisti f’konsolidament ta’ dawn id-dokumenti li ġejjin:

 is-serje 01 u 02 tal-emendi li jinkorporaw is-Suppliment 1 għas-serje 02 tal-emendi u diversi korrezzjonijiet ( 14 ),

 l-Erratum ( 15 ),

 is-Suppliment 2 tas-serje 02 tal-emendi ( 16 ),

 il-Korriġendum 1 għas-Suppliment 2 u s-Suppliment 3 għas-serje 02 tal-emendi ( 17 ),

barra fejn:

2.1.1.

Fejn issir referenza għar-“Regolament Nru 48”, din għandha tiftiehem bħala d-“Direttiva 76/756/KEE”.

2.1.2.

Fejn issir referenza għar-“Regolament Nru 37”, din għandha tiftiehem bħala d-“l-Anness VII għad- Direttiva 76/761/KEE”.

2.1.3.

In-nota (17)  fit-tabella tal-paragrafu 6.1 għandha tiftiehem kif ġej:

“L-istallazzjoni tal-mezzi msemmija fuq f’vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom hija prevista fid-Direttiva 76/756/KEE.”




L-ANNESS III

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U ĦTIĠIET TEKNIĊI

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan l-Anness japplika għal fanali tas-sewqan bi nhar għal vetturi bil-mutur.

2.   ĦTIĠIET TEKNIĊI

2.1.

Il-ħtiġiet tekniċi huma dawk stabbiliti fil-paragrafi 2 u 6 sa 11 u l-Annessi 3, 4 u 5 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN-ECE) Regolament Nru 87 li jikkonsisti f’konsoldiament ta’ dawn id-dokumenti li ġejjin:

 ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu (00) ( 18 ),

 il-Korriġendum 1 għar-Regolament Nru 87 ( 19 ),

 is-Suppliment 1 għar-Regolament Nru 87 ( 20 ),

barra fejn:

2.1.1.

Fejn issir riferenza għar-“Regolament Nru 48”, din għandha tiftiehem bħala d-“Direttiva 76/756/KEE”.




L-ANNESS IV

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U ĦTIĠIET TEKNIĊI

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan l-Anness japplika għal fanali li jimmarkaw il-ġnub għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom.

2.   ĦTIĠIET TEKNIĊI

2.1.

Il-ħtiġiet tekniċi huma dawk stabbiliti fil-paragrafi 2 u 6 sa 9 u l-Annessi 1, 4 u 5 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN-ECE) Regolament Nru 91 li jikkonsisti f’konsoldiament ta’ dawn id-dokumenti li ġejjin:

 ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu (00) ( 21 ),

 il-Korriġendum 1 għar-Regolament Nru 91 ( 22 ),

barra fejn:

2.1.1.

Fejn issir riferenza għar-“Regolament Nru 48”, din għandha tiftiehem bħala d-“Direttiva 76/756/KEE”.

2.1.2.

Fejn issir riferenza għar-“Regolament Nru 37”, din għandha tiftiehem bħala d-“l-Anness VII għad- Direttiva 76/761/KEE”.



( 1 ) ĠU C 76, tas-7.4.1975, p.37.<0}

( 2 ) ĠU C 255, tas-7.11.1975, p. 3.

( 3 ) ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.<0}

( 4 ) ĠU L 262, tas-27.9.76, p. 1.

( 5 ) Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa, Dokument E/ECE/324, Addendum 6 tat-22 ta’ Mejju 1967 b’żieda tal-Korrezzjoni 1 tad-9 ta’ Frar 1971.

( 6 ) Tad-dokument imsemmi fil-punt 2.1 tal-Anness II għal din id-Direttiva.

( 7 ) Tad-dokument imsemmi fil-punt 2.1 tal-Anness III għal din id-Direttiva.

( 8 ) Tad-dokument imsemmi fil-punt 2.1 tal-Anness IV għal din id-Direttiva.

( 9 ) Ħassar fejn ma japplikax.

( 10 ) Jekk il-mezz ta’ l-identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex relevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta’ vettura, ta’ komponent jew ta’ unità teknika separata koperti b’dan iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu: (e.g. ABC??123??).

( 11 ) Kif definit fl-Anness II A tad-Direttiva 70/156/KEE.

( 12 ) Ħassar fejn ma japplikax.

( 13 ) Għal fanali b’sorsi ta’ dawl li ma jinbidlux, indika n-numru u l-wattage totali tas-sorsi ta’ dawl.

(

14



E/ECE324

right accolade Add. 6/Rev.2.

E/ECE/TRANS/505

(

15



E/ECE324

right accolade Add. 6/Rev.2/Korr. 1.

E/ECE/TRANS/505

(

16



E/ECE324

right accolade Add. 6/Rev.2Emend. 1.

E/ECE/TRANS/505

(

17



E/ECE/324

right accolade Add. 6/Rev.2Emend. 2.

E/ECE/TRANS/505

(

18



E/ECE324

right accolade Rev. 1/Add.86.

E/ECE/TRANS/505

(

19



E/ECE324

right accolade Rev. 1/Add.86/Korr. 1.

E/ECE/TRANS/505

(

20



E/ECE324

right accolade Rev. 1/Add.86/Emend. 1.

E/ECE/TRANS/505

(

21



E/ECE/324

right accolade Rev. 1/Add. 90

E/ECE/TRANS/505

(

22



E/ECE/324

right accolade Rev. 1/Add. 90/Emend. 1.’

E/ECE/TRANS/505