1976L0756 — MT — 09.07.2007 — 008.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Lulju 1976

dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(76/756/KEE)

(ĠU L 262, 27.9.1976, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 80/233/KEE tal-21 ta’ Novembru 1979

  L 51

8

25.2.1980

 M2

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 82/244/KEE tas-17 ta’ Marzu 1982

  L 109

31

22.4.1982

 M3

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 83/276/KEE tas-26 ta’ Mejju 1983

  L 151

47

9.6.1983

 M4

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 84/8/KEE ta’ l-14 Diċembru 1983

  L 9

24

12.1.1984

 M5

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 89/278/KEE tat-28 Marzu 1989

  L 109

38

20.4.1989

►M6

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 91/663/KEE tal-10 ta’ Diċembru 1991

  L 366

17

31.12.1991

►M7

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 97/28/KE Test b’rilevanża għaż-ŻEE tal-11 ta’ Ġunju 1997

  L 171

1

30.6.1997

►M8

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/35/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-18 ta’ Ġunju 2007

  L 157

14

19.6.2007




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Lulju 1976

dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(76/756/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

Billi l-ħtiġiet tekniċi li vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali jirrelataw, inter alia, għall-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl;

Billi dawk il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi huwa meħtieġ għalhekk li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet jew b’żieda ma’ jew minflok ir-regolamenti eżistenti tagħhom, sabiex, b’mod partikolari, jippermettu li l-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ( 3 ),tiġi introdotta fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura;

Billi ħtiġiet komuni għall-kostruzzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl għandhom ikunu s-suġġett ta’ aktar Direttivi speċjali;

Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li għandhom x’jaqsmu mal-vetturi bil-mutur tinvolvi r-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri tal-verifiki mwettqa minn kull wieħed minnhom abbażi tal-ħtiġiet komuni; billi, jekk is-sistema għandha taħdem sew, dawn il-ħtiġiet għandhom jiġu applikati mill-istess data,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



▼M6

Artikolu 1

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, “vettura” tfisser kwalunkwe vettura li għaliha tkun tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE.

Artikolu 2

1.  B’effett mill-1 ta’ Jannar 1993, l-ebda Stat Membru ma jista’:

 jirrifjuta, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura, li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew joħroġ id-dokument imsemmi fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, jew li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonalitip, jew

 jipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta’ vetturi

għal raġunijiet marbuta mal-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq dan it-tip tip ta’ vettura jew fuq dawn il-vetturi, jekk dawn il-mezzi jkunu stallati f’konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

2.  B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1993, l-Istati Membri:

 ma għandhomx aktar joħorġu id-dokument msemmi fl-aħħar inċiż ta’ l- l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, u

 jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali tip

fir-rigward ta’ tip ta’ vettura li fuqha l-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl ma tkunx f’konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

3.  B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1994, l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-ewwel dħul fis-servizz ta’ vetturi li fuqhom l-istallazzjoni ta’ dawn il-mezzi ma tkunx skond il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

►M7  Stat Membru li jkun ta approvazzjoni tat-tip tal-KE għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jassigura li hu informat b’kull modifika għal xi parti jew karatteristika imsemmija fid-definizzjoni tat-tip ta’ vettura għar-rigward tal-istallazzjoni ta’ dawl u mezzi ta’ sinjalazzjoni bid-dawl. ◄ L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandhom jiddeterminaw jekk għandhomx jitwettqu testijiet oħra fuq it-tip ta’ vettura modifikat u jekk għandux jitfassal rapport ġdid. Meta testijiet bħal dawn jiżvelaw nuqqas ta’ konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, il-modifikazzjoni ma għandhiex tiġi approvata.

Artikolu 4

Kwalunkwe emendi meħtieġa biex ikunu adattat il-kontenut tal-Annessi għal din id-Direttiva biex dawn jieħdu kont tal-progress tekniku għandhom ikunu adottati f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

Artikolu 5

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regoli u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Jannar 1993 u għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

2.  Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet dawn għandhom jagħmlu riferenza għal din id-Direttiva fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-mod ta’ kif issir din ir-riferenza għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-termini tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kontrollat b’din id-Direttiva jkunu komunikati lill-Kummissjoni.

▼B

Artikolu ►M1  6 ◄

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M7




LISTA TA’ L-ANNESSI



L-ANNESS I:

Disposizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip

Appendiċi 1: Dokument ta’ informazzjoni

Appendiċi 2: Ċertifikazzjoni ta’ approvazzjoni tat-tip

L-ANNESS II:

Ħtiġiet tekniċi




L-ANNESS I

DISPOSIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

1.   APPLIKAZZJONI GĦAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ TIP TA’ VETTURA

1.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward għal-istallazzjoni tad-dawl u tal-mezzi ta’ sinjalazzjoni bid-dawl tiegħu għandha tiġi sottomessa mill-manifattur,

1.2.

Mudell għad-dokument ta’ informazzjoni jingħata f’Appendiċi 1.

1.3.

Dan li ġej għandu jiġi sottomess lis-serviżż tekniku responsabbli mit-twettieq tat-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

1.3.1.

Vettura rappreżentattiva tat-tip li se jkun approvat.

2.   L-GĦOTI TA’ APPLIKAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ TIP TA’ VETTURA

2.1.

Jekk ikun hemm konformità mal-ħtiġiet rilevanti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tingħata.

2.2.

Mudell għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE jingħata f’Appendiċi 2.

2.3.

Numru ta’ approvazzjoni skond l-Anness VII għad-Direttiva 70/156/KEE għandu jkun assenjat għal kull tip ta’ vettura approvata. L-istess Stat Membru ma għandux jagħti l-istess numru għal-tip ieħor ta’ vettura.

3.   MODIFIKI TAT-TIP U L-EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.

Fil-każ tal-modifiki tat-tip approvat skond din id-Direttiva, id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw.

4.   KONFORMITA’ TAL-PRODUZZJONI

4.1.

Bħala regola ġenerali, miżuri biex jassiguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond id-disposizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.

4.2.

Ħtiġiet speċifiċi rigward it-testijiet li għandhom jitwettqu huma stipulati fl-Anness 9 tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 1 ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva.




Appendċi 1

image

image

image




Appendiċi 2

image

image




Addendum

image

▼M8




L-ANNESS II

1. Il-ħtiġiet tekniċi huma dawk stipulati fil-paragrafi 2, 5 u 6 tar-Regolament NU-ECE Nru 48 ( 4 ) u l-Annessi 3 sa 9 tiegħu.

2. Għall-għanijiet ta’ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt 1, japplika dan li ġej:

(a) “Vettura mhux mgħobbija” tfisser vettura li l-massa tagħha hija deskritta fil-punt 2.6 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness 1 ta’ din id-Direttiva, mingħajr sewwieq;

(b) “Il-formula ta’ komunikazzjoni” għandha tinftiehem bħala ċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip stabbilit fl-Appendiċi 2 ta’ l-Anness I ta’ din id-Direttiva;

(c) “Partijiet Kontraenti għar-regolamenti rispettivi” għandhom jinftiehmu bħala Stati Membri;

(d) Ir-referenza għar-Regolament Nru. 3 għandha titqies bħala referenza għad-Direttiva 76/757/KEE;

(e) In-nota ta’ qiegħ il-paġna (2) fil-paragrafu 2.7.25 ma għandhiex tapplika;

(f) In-nota ta’ qiegħ il-paġna (8) fil-paragrafu 6.19 ma għandhiex tapplika;

(g) In-nota ta’ qiegħ il-paġna (1) fl-Anness 5 għandha tinftiehem kif ġej: “Għad-definizzjonijiet tal-kategoriji, ara l-Anness II A tad-Direttiva 70/156/KEE”.

3. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 8(2)(a) u (c) u (3) tad-Direttiva 70/156/KEE, ta’ dan l-Anness u għal kwalunkwe rekwiżit fi kwalunkwe direttiva separata, l-istallazzjoni ta’ dawl jew mezzi ta’ senjalazzjoni bid-dawl għajr dawk definiti fil-paragrafu 2.7. tar-Regolament NU/ECE Nru 48 hija pprojbita.



( 1 ) ĠU Ċ 55, 13.5.1974, p.14.

( 2 ) ĠU Ċ 109, 19.9.1974, p. 22.

( 3 ) ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1.

( 4 ) ĠU L 137, 30.5.2007, p. 1.