1975R2729 — MT — 01.07.1995 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 2729/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar ►M1 dazji ◄ fuq l-importazzjoni ta’ taħlit ta’ ċereali, ross u ross maqsum (ĠU L 281, 1.11.1975, p.18) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 3290/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 |
L 349 |
105 |
31.12.1994 |
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 2729/75
tad-29 ta’ Ottubru 1975
dwar ►M1 dazji ◄ fuq l-importazzjoni ta’ taħlit ta’ ċereali, ross u ross maqsum
Il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment Artikolu 43 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),
Sabiex jiżgura t-tħaddim tajjeb tas-sistema ►M1 ta’ dazji ◄ applikabbli għall-importazzjoni ta’ ċereali, ross u ross maqsum minn pajjiżi terzi ntrodotti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 ( 2 ) tad– 29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali, u r-Regolament tal-Kunsill Nru 359/67/KEE ( 3 ) tal-25 ta’ Lulju 1967 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross, kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KEE) Nru 668/75 ( 4 ), għandhom ikunu applikati regoli adattati għall-kummerċ ta’ taħlit ta’ ċereali, ross u ross maqsum;
Billi ►M1 l-dazju ◄ ta’ importazzjoni fuq dan it-taħlit jirriżulta mill-klassifikar tat-tariffa tagħhom, li hija normalment stabbilita skond ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tat-Tariffa Komuni tad-Dwana;
Billi, fil-każ ta’ taħlit ta’ cereali, ross u ross maqsum, il-klassifikar tat-tariffi tista’ tagħti lok għal diffikultajiet jekk stabbilita skond dawn ir-regoli; billi fil-fatt, dan il-klassifikar kultant jirriżulta ►M1 f’dazju ◄ ta’ importazzjoni baxxa li tiġi miżjuda fuq taħlit li, madanakollu, jkun fihom proporzjon sostanzjali ta’ prodotti soġġetti għal ►M1 dazju ◄ ta’ importazzjoni għolja;
Sabiex jiġu evitati diffikultajiet bħal dawn, għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet speċjali sabiex tiġi stabbilita ►M1 l-dazju ◄ ta’ importazzjoni fuq taħlit ta’ ċereali, ross u ross maqsum;
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. ►M1 Il-dazju ◄ ta’ importazzjoni applikabbli għal taħlit magħmul minn żewġ ċereali li jaqgħu taħt Artikolu 1(a) u (b) tar-Regolament (KEE) Nru 2727/75 għandha tkun dik applikabbli:
— għaċ-ċereali kompenenti li jippredomina fil-piż, meta dak iċ-ċereali jirrappreżenta mill-inqas 90 % tal-użin tat-taħlita,
— għaċ-ċereali komponenti li jattira l-ogħla ►M1 dazju ◄ ta’ importazzjoni, meta l-ebda miż-żewġ ċereali komponenti ma jirrappreżenta mill-inqas 90 % tal-użin tat-taħlita.
2. Fejn taħlita hija komposta minn iktar minn żewġ ċereali li jaqgħu taħt Artikolu 1(a) u (b) tar-Regolament (KEE) Nru 2727/75, u fejn ħafna ċereali kull wieħed jirrapreżenta iktar minn 10 % tal-piż tat-taħlita, ►M1 l-dazju ◄ ta’ importazzjoni applikabbli għat-taħlita għandha tkun l-ogħla fost ►M1 l-dazji ◄ ta’ importazzjoni applikabbli għal dawn iċ-ċereali, anke meta l-ammont ►M1 tal-dazju ◄ ta’ importazzjoni hija l-istess għal żerġ ċereali jew aktar.
Meta ċereali wieħed biss jirrapreżenta iktar minn 10 % tal-piż tat-taħlita, ►M1 l-dazju ◄ ta’ importazzjoni li għandha tkun applikata għandha tkun dik applikabbli għal dan iċ-ċereali.
3. ►M1 L-dazju ◄ ta’ importazzjoni applikabbli għal taħlit kompost minn ċereali li jaqgħu taħt l-Artikolu 1(a) u (b) tar-Regolament (KEE) Nru 2727/75 u mhux regolat mir-regoli ta’ hawn fuq, għandha tkun ►M1 l-dazju ◄ ta’ importazzjoni ogħla jew l-iktar għolja applikabbli għaċ-ċereali li jagħmlu t-taħlita konċernata, anke meta l-ammont ta’ ►M1 dazju ◄ ta’ importazzjoni huwa l-istess għal żewġ ċereali jew iktar.
Artikolu 2
1. ►M1 L-dazju ◄ ta’ importazzjoni applikabbli għal taħlit magħmul minn ċereali wieħed jew aktar li jaqgħu taħt Artikolu 1(a) u (b) tar-Regolament (KEE) Nru 2727/75 u ta’ wieħed jew aktar mill-prodotti speċifikati f’Artikolu 1(a) u (b) tar-Regolament Nru 359/67/KEE għandu jkun dak applikabbli għaċ-ċereali komponenti jew prodott li jattira l-ogħla ►M1 dazju ◄ ta’ importazzjoni jew dik l-aktar għolja.
2. ►M1 L-dazju ◄ ta’ importazzjoni applikabbli għal taħlit kompost minn ross klassifikabbli taħt gruppi jew stadji ta’ proċessar differenti jew ta’ ross klassifikabbli taħt grupp(i) jew stadju(i) ta’ proċessar differenti u ta’ ross maqsum, għandha tkun dik applikabbli:
— għall-komponent li jippredomina fil-piż, meta dak il-komponent jirrapreżenta mill-inqas 90 % tal-piż tat-taħlita,
— il-komponent li jattira l-ogħla ►M1 dazju ◄ ta’ importazzjoni jew dik l-aktar għolja, meta l-ebda komponent ma jirrapreżenta mill-inqas 90 % tal-piż tat-taħlita.
Artikolu 3
Meta dan il-metodu ta’ stima ta’ ►M1 l-dazju ◄ ta’ importazzjoni stabbilit minn Artikoli 1 u 2 ma jistax ikun applikat, ►M1 l-dazju ◄ li għandha tkun applikata għal dan it-taħlit kopert permezz ta’ dan ir-Regolament għandha tkun dik determinata mill-klassifika tat-tariffa tat-taħlit.
Artikolu 4
1. Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 156/66/KEE ( 5 ) tal-25 ta’ Ottubru 1966 dwar ►M1 il-dazji ◄ fuq taħlit ta’ ċereali, ross u ross maqsum, huwa hawnhekk imħassar.
2. Referenzi għar-Regolament imħassar permezz tal-paragrafu 1 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) Opinjoni mogħtija fis-16 ta’ Ottubru 1975 (għad mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
( 2 ) ĠU L 281, tad-29.10.1975, p. 1.
( 3 ) ĠU C 174, tal-31.7.1967, p. 1.
( 4 ) ĠU L 72, ta’ l-20.3.1975, p. 18
( 5 ) ĠU C 192, tas-27.10.1966, p. 3278/66.