1975L0443 — MT — 25.07.1997 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Ġunju 1975

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-rivers u mat-tagħmir ta’ l-ispeedometer ta’ vetturi bil-mutur

(75/443/KEE)

(ĠU L 196, 26.7.1975, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 97/39/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE ta’ l-24 ta’ Ġunju 1997

  L 177

15

5.7.1997




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Ġunju 1975

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-rivers u mat-tagħmir ta’ l-ispeedometer ta’ vetturi bil-mutur

(75/443/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlamemt Ewropew ( 1 );

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 );

Billi l-ħtiġiet tekniċi li vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali għandhom x’jaqsmu inter alia mar-rivers u l-ispeedometer,

Billi dawn il-ħtiġiet, partikolarment dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ispeedometer, ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi għalhekk huwa meħtieġ li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess dispożizzjonijiet jew b’żieda jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex, partikolarment, il-proċedura ta’approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE ( 3 ) tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, tista’ tiġi applikata fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura;

Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li għandhom x’jaqsmu mal-vetturi bil-mutur tinvolvi r-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri ta’ l-ispezzjonijiet imwettqa minn kull wieħed minnhom abbażi ta’ dispożizzjonijiet komuni; billi, biex l-istess sistema tiffunzjona b’suċċess, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu applikati mill-Istati Membri kollha b’seħħ mill-istess data,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, ‘vettura’ tfisser kwalunkwe vettura bil-mutur imaħsuba għall-użu fit-triq, bil-karrozzerija jew mingħajrha, li jkollha ta’ l-inqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata li taqbeż il-25 km/fis-siegħa, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il- ►M1  linji u ta’ tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u kull makkinarju mobbli. ◄

Artikolu 2

Ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ vettura għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mar-rivers u l-ispeedometer jekk dawn jissodisfaw il-ħtiġiet stipulati fl-Annessi I u II għal din id-Direttiva.

Artikolu 3

Ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta r-reġistrazzjoni jew jipprojbixxi l-bejgħ, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ vettura għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mar-rivers u l-ispeedometer jekk dawn jissodisfaw il-ħtiġiet stipulati fl-Annessi I u II għal din id-Direttiva.

Artikolu 4

L-Istat Membru li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE għandu jieħu l-passi meħtieġa biex ikun infurmat bi kwalunkwe modifika li tkun saret lil xi partijiet jew karatteristiċi imsemmija fis-sezzjoni 2.1 ta’ l-Anness II. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandhom jiddeterminaw jekk ikunx hemm bżonn li jitwettqu iktar testijiet dwar it-tip ta’ vettura modifikat u li jitħejja rapport ġdid. Jekk dawn it-testijiet juru li l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva ma kienux sodisfatti il-modifika ma għandhiex tiġi awtorizzata.

Artikolu 5

L-Istati Membri li fihom il-veloċità ta’ vettura tiġi mkejla, fil-mument ta’ adozzjoni ta’ din id-Direttiva, f’mili fis-siegħa, għandhom ikunu awtorizzati illi jitolbu li t-tagħmir ta’ l-ispeedometer li jitwaħħal fil-vetturi li jinbiegħu fil-pajjiż tagħhom ikun immarkat kemm f’kilometri fis-siegħa kif ukoll f’mili fis-siegħa, sa dak iż-żmien li l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom tkun emendata biex titlob biss l-użu ta’ unitajiet ta’ kejl metriċi (SI) skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 71/354/KEE ( 4 ) tat-18 t’Ottubru 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri ligħandhom x’jaqsmu ma’ unitajiet ta’ kejl, kif emendata mit-Trattat ta’ l-Adeżjoni ( 5 ).

Artikolu 6

L-emendi meħtieġa biex ikunu adattati l-ħtiġiet ta’ l-Annessi I u II għall-progress tekniku għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva Nru 70/156/KEE.

Artikolu 7

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa l-1 t’April 1976 id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva u għandhom minnufih jgħarrfu b’dan lill-Kummissjoni

Huma għandhom jimplimentaw dawn id-dispożizzjonijiet b’effett minn l-1 ta’ Jannar 1977.

2.  Wara n-notifika ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu passi biex jinfurmaw lill-Kummissjoni, fi żmien suffiċjenti għaliha biex tissottometti l-kummenti tagħha, dwar kwalunkwe abbozzi ta’ liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li huma jkunu fi ħsiebhom jadottaw fil-qasam kopert mid-Direttiva.

Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M1




LISTA TA’L-ANNESSI



L-ANNESS I:

Rivers

L-ANNESS II:

Tagħmir ta’ l-ispeedometer.

Appendiċi 1: Dokument ta’ Informazzjoni.

Appendiċi 2: Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip.

▼B




ANNESS I

RIVERS

Il-vetturi kollha għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-irriversjar li jista’ jkun operat mill-pożizzjoni tas-sewqan.




ANNESS II

TAGĦMIR TA’ L-ISPEEDOMETER

1.   PREŻENZA

Il-vetturi kollha għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir ta’ speedometer. Dan m’għandux ikun meħtieġ għall-vetturi li jkunu mmanifatturati b’tagħmir ta’ reġistrazzjoni, li l-karatteristiċi tad-disinn u l-installazzjoni tiegħu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1463/70 ( 6 ) ta’ l-20 ta’ Lulju 1970 dwar l-introduzzjoni ta’ tagħmir ta’ reġistrazzjoni fit-trasport bit-triq.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskop ta’ din id-Direttiva:

2.1.

‘Tip ta’ vettura fir-rigward ta’ tagħmir ta’ l-ispeedometer’ tfisser vetturi li ma jvarjawx fl-aspetti essenzjali segwenti:

2.1.1.  Tyres normalment iffittjati;

2.1.2. ir-rapport tat trasmissjoni globali inkluża r-riduzzjoni tas-sewqan jekk tkun iffittjata (numru ta’ dawrien ta’ l-input ta’ l-ispeedometer għal kull dawra tal-fus li jdawwar it-tagħmir ta’ l-ispeedometer meta l-vettura tkun miexja f’linja dritta);

2.1.3. Tip (i) a tagħmir ta’ l-ispeedometer; it-tip ikun definit bit-tolleranza tal-mekkaniżmu tal-kejl ta’ l-ispeedometer, il-kostanti ta’ l-istrument u l-marġni ta’ l-ispeeds indikati;

2.2.

tyres normalment iffittjati’ tfisser it-tip jew tipi ta’ tajer ipprovdut mill-manifattur fuq it-tip ta’ vettura in kwestjoni u speċifikat fid-dokument t’informazzjoni annessjat għad-Direttiva Nru 70/156/KEE; tyres tal-borra ma jitqisux bħala tyres normalment iffittjati;

2.3.

‘pressjoni għal sewqan normali’ tfisser il-pressjoni t’inflazzjoni kiesħa speċifikata mill-manifattur tal-vettura miżjuda b’0 72 bar;

2.4.

speedometer’ tfisser dik il-parti tat-tagħmir ta’ l-ispeedometer li tindika lis-sewwieq l-ispeed tal-vettura tiegħu f’ċertu ħin.

▼M1

3.   APPLIKAZZJONI GħALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ TIP TA’ VETTURA

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta’ tip ta’ vettura għal dak li għandu x’jaqsam mar-rivers u t-tagħmir ta’ l-ispeedometer tagħha għandha ssir mill-manifattur.

3.2.

Mudell għad-dokument ta’ informazzjoni huwa mogħti fl-Appendiċi 1.

3.3.

Dan li ġej għandu jkun mogħti lis-servizz tekniku responsabbli għat-twettieq tat-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

3.3.1. Vettura rappreżentattiva tat-tip li għandu jiġi approvat.

▼B

4.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET

4.1.

Il-werrej ta’ l-ispeedometer għandu jkun imqiegħed fil-qasam tal-viżjoni tas-sewwieq u jkun kjarament leġibbli kemm bi nhar kif ukoll bil-lejl. Il-marġni tal-veloċitajiet indikati għandhom ikunu kbar biżżejjed li jinkludu l-ispeed massimu mogħti mill-manifattur għat-tip ta’ vettura.

4.2.

Fejn l-ispeedometer għandu skala, hekk distinta minn forma ta’ werrej diġitali, din tkun kjarament leġibbli.

▼M1

4.2.1. Il-gradwazzjonjijiet għandhom ikunu ta’ 1, 2, 5 jew 10km/siegħa. Il-valur tal-veloċità għandhom ikunu indikati fuq l-arloġġ kif imiss:

4.2.1.1 Meta l-ogħla valur fuq l-arloġġ ma jaqbiż il-200km/siegħa, il-valuri tal-veloċità għandhom ikunu indikati f’intervalli li ma għandhomx jeċċedu l-20km/siegħa;

4.2.1.2 Meta l-ogħla numru fuq l-arloġġ jeċċedi l-200km/siegħa, il-valuri tal-veloċità għandhom ikunu indikati f’intervalli li ma jeċċedux it-30km/siegħa;

4.2.2. F’każ ta’ speedometer li jkun ġie manifatturat għall-bejgħ fi kwalunkwe Stat Membru li uża l-unitajiet imperjali ta’ miżura, u fejn l-arranġamenti transitorji skond l-Artikolu 5 huma fis-seħħ, l-ispeedometer għandu jkollu marka wkoll f’ mph (mili fis-siegħa); il-gradwazzjonijiet għandhom ikunu ta’ 1, 2, 5 jew 10 mph. Il-valuri tal-veloċita għandhom ikunu indikati fuq l-arloġġ f’intervalli li ma jeċċedux l-20mph.

4.2.3. L-intervalli tal-valur tal-veloċità indikat m’għandux ikun uniformi.

▼B

4.3.

L-eżattezza tat-tagħmir ta’ l-ispeedometer għandha tkun ittestjata skond il-proċedura segwenti:

4.3.1.

Il-vettura tkun armata b’wieħed mit-tipi ta’ tyres normalment iffittjati; it-test ikun irripetut għal kull wieħed mit-tipi ta’ speedometer speċifikati mill-manifattur;

4.3.2.

it-tagħbija fuq il-fus li jdawwar it-tagħmir ta’ l-ispeedometer għandha tikkorrispondi mal-piż konformi ma’ 2.6 ta’ l-Anness I għad-Direttiva Nru 70/156/KEE;

4.3.3.

it-temperatura ta’ riferenza fl-ispeedometer tkun 23 ± 5 °C;

4.3.4.

waqt kull test il-pressjoni tat-tyres tkun il-pressjoni tas-sewqan normali kif definita fi 2.3;

4.3.5.

il-vettura tkun ittestjata fit-tliet veloċitajiet li ġejjin: 40, 80 u 120 km/siegħa jew 80 % ta’ l-ispeed massimu speċifikat mill-manifattur, jekk dan ikun inferjuri għal 150 km/siegħa;

4.3.6.

l-istrumentazzjoni tat-test użata għall-kejl tal-veloċità tal-vetturi vera jkun eżatt għal ± 1.0 %;

4.3.6.1.

il-wiċċ tal-korsa tat-test meta użata lixxa u niexfa, u tkun tipprovdi adeżjoni suffiċjenti.

4.4.

Il-veloċità indikata m’għandha qatt tkun inqas minn l-ispeed veru. Fil-veloċitajiet speċifikati għat-test f’4.3.5 t’hawn fuq u bejn dawn il-veloċitajiet, għandu jkun hemm ir-relazzjoni segwenti bejn il-veloċità indikata fuq il-wiċċ ta’ l-ispeedometer (VI) u l-veloċità vera (V2):

image

.

▼M1

5.   GĦOTI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ TIP TA’ VETTURA

5.1. Jekk il-ħtiġiet relevanti jiġu sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, skond l-Artikolu 4(3) u, jekk applikabbli, l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tingħata.

5.2. Il-mudell għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE qiegħed jingħata f’Appendiċi 2:

5.3. In-numru ta’ l-approvazzjoni skond l-Anness VII għad-Direttiva 70/156/KEE għandu jkun assenjat għal kull tip ta’ vettura approvata. L-istess Stat Membru m’ għandhux jassenja l-istess numru lill-tip ieħor ta’ vettura.

6.   MODIFIKAZZJONIJIET TAT-TIP U EMENDI GħALL-APPROVAZZJONIJIET

6.1. F’każ ta’ modifikazzjonijiet tat-tip approvat skond din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE

7.   KONFORMITÀ TA’ PRODUZZJONI

7.1. Bħala regola ġenerali, għandhom jittieħdu miżuri li jassiguraw il-konformità tal-produzzjoni skond id-disposizzjonijiet mniżżla fl-Artikolu 10 ta’ Direttiva 70/156/KEE.




Appendiċi 1

image

image




Appendiċi 2

image

image

image



( 1 ) ĠU Ċ 5, 8.1.1975, p. 41.

( 2 ) ĠU Ċ 47, 27.2.1973, p. 44.

( 3 ) ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1.

( 4 ) ĠU L 243, 29.10.1971, p. 29.

( 5 ) ĠU L 73, 27.3.1972, p. 14.

( 6 ) ĠU L 164, 27.7.1970, p. 1.