1974R1985 — MT — 01.01.1995 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 1985/74 TAL-KUMMISSJONI tal-25 ta' Lulju 1974 (ĠU L 207, 29.7.1974, p.30) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
L 195 |
14 |
20.7.1978 |
||
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 2046/85 tal-24 ta' Lulju 1985 |
L 193 |
15 |
25.7.1985 |
|
L 111 |
50 |
1.5.1990 |
||
COMMISSION REGULATION (EEC) No 2211/94 of 12 September 1994 (*) |
L 238 |
1 |
13.9.1994 |
(*) |
Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti. |
IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 1985/74 TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta' Lulju 1974
li jipprovdi għal regoli dettaljati għall-iffissar ta' prezzijiet ta' riferenza u prezzijiet “free to frontier” għal karpjun
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea;
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2142/70 ( 1 ) tal-20 ta' Ottubru 1970 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq dwar prodotti tal-ħut, kif l-aħħar emendat b' Regolament (KEE) Nru 1555/74 ( 2 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 18a (5) tiegħu;
Billi l-Artikolu 18a (1) tar-Regolament (KEE) Nru 2142/70 jipprovdi li prezzijiet ta' riferenza għal karpjun jistgħu jiġu ffissati qabel il-bidu ta' kull sena; billi dawn il-prezzijiet jistgħu jiġu ffissati f'livelli differenti għal perjodi li għandhom jiġu speċifikati kull sena skond it-tlugħ u l-inżul ta' l-istaġun fil-prezzijiet;
Billi l-Artikolu 18a (2) jipprovdi li prezzijiet ta' riferenza għandhom jiġu ffissati fuq il-bażi tal-medja tal-prezzijiet tal-produzzjoni irrekordjati f'żoni tal-produzzjoni tal-Komunità rappreżentattivi, tul it-tlett snin qabel id-data meta l-prezz ta' riferenza hu ffissat, għal prodott definit mill-karatteristiċi kummerċjali tiegħu; billi l-kliem “karpjun”, “żona ta' produzzjoni rappreżenttativa” u “prezz tal-produzzjoni” għandhom jitfissru għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament;
Billi karpjun ħaj biss li jiżen mhux inqas minn 800 gramm huma ta' sinnifikat kummerċjali; billi l-Artikolu 18a kif ingħad hawn fuq għandu għalhekk ikun limitat għal tali prodotti;
Billi t-trobbija tal-karpjun fil-Komunità hu mifrux ħafna; billi minħabba f'hekk żona li tirrappreżenta 15 % tal-produzzjoni tal-Komunità għandha titqies bħala żona tal-produzzjoni rappreżentattiva;
Billi prezzijiet tal-produzzjoni f'żoni tal-produzzjoni rappreżentattivi huma differenti f'kull sena tas-suq; billi mis-16 ta' Novembru dawn il-prezzijiet għandhom tendenza li jaqgħu, u billi s-sena tas-suq għandha għalhekk tinqasam skond il-każ;
Billi l-paragrafu 3 ta' dak li ssemma qabel jipprovdi għall-fissazzjoni ta' taxxa ta' kumpens jekk il-prezz free to frontier ta' kwantita kummerċjali normali ta' karpjun li ġej minn post speċifikat hu inqas mill-prezz ta' riferenza; billi kwantità ta' għall-inqas 1 000 kg ta' karpjun jista'jiġi kkunsidrat kwantità kummerċjali normali;
Billi, sabiex prezzijiet li huma free to frontier jistgħu jiġu stabbiliti bl-aktar mod preċiż possibbli, l-informazzjoni li għandha tittieħed f'konsiderazzjoni għandha tiġi speċifikata; billi dan ifisser, apparti l-prezzijiet mogħtija fid-dokumenti tad-dwana u tal-kummerċ, kull informazzjoni li tikkonċerna l-prezzijiet applikati minn pajjiżi terzi;
Billi l-miżuri li hemm provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-Opinjoni tal-Kumitat għat-Tmexxija tal-Prodotti tas-Sajd,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-Regolament għandu japplika għal karpjun ħaj li jiżen mhux anqas minn 800 gramma.
Artikolu 2
▼M3 —————
Artikolu 3
Prezz ta' referenza għandu jiġi ffissat għall-karpjun għall-perjodi:
— mill-1 ta' Awissu sat-30 ta' Novembru,
— mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Diċembru,
— mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Lulju.
▼M4 —————
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU L 236, tas-27.10.1970, p. 5.
( 2 ) ĠU L 167, tat-22.6.1974, p. 1.