1974L0061 — MT — 01.05.2004 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL tas-17 ta’ Diċembru 1973 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ mezzi li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 038, 11.2.1974, p.22) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 95/56/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-8 ta’ Novembru 1995 |
L 286 |
1 |
29.11.1995 |
|
Emendat bi:
|
L 236 |
33 |
23.9.2003 |
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ Diċembru 1973
dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ mezzi li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat ta’ vetturi bil-mutur
(74/61/KEE)
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 );
Billi l-ħtiġiet tekniċi li vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali jirrelataw, fost ħwejjeġ oħra ma’ mezzi biex jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat ta’ dawk il-vetturi;
Billi dawk il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor, billi għaldaqstant huwa meħtieġ li l-Istati Membri kollha jaddottaw l-istess ħtiġiet jew b’żieda ma’ jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex, b’mod partikolari, jippermettu li l-proċedura għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 ( 3 )dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhomtkun applikata fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura;
Billi, fir-rigward tal-ħtiġiet tekniċi, huwa tal-parir li bażikament ikunu segwiti dawk adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU fir-Regolament tagħha Nru 18 ( 4 ) (“Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tagħhom kontra użu mhux awtorizzat”), li hu anness mal-Ftehim ta’ l-20 ta’ Marzu 1958 li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ kondizzjonijiet uniformi ta’ approvazzjoni u rikonoxximent reċiproku għall-approvazzjoni ta’ tagħmir u partijiet ta’ vetturi bil-mutur,
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, “vettura” tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq ►M1 , tkun sħiħa jew mhux sħiħa, ◄ li jkollha ta’ l-anqas erba’ roti u veloċità massima disinjata li teċċedi l-25 kilometru fis-siegħa, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il- ►M1 linji u trakters agrikoli u tal-forestrija u kull makkinarju mobbli. ◄
Artikolu 2
L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ vettura għal raġunijiet li jirrelataw mal-mezz li jipprevjeni użu mhux awtorizzat jekk dan il-mezz jissodisfa l-ħtiġiet stabbiliti ►M1 fl-Annessi relevanti ◄ .
Artikolu 3
L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ, reġistrazzjoni, dħul fis-servizz jew użu ta’ xi vettura għal raġunijiet li jirrelataw mal-mezz li jipprevjeni użu mhux awtorizzat jekk dak il-mezz jissodisfa l-ħtiġiet stabbiliti ►M1 fl-Annessi relevanti ◄ .
Artikolu 4
L-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip għandhom jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex ikun informat dwar kull modifikazzjoni ta’ xi parti jew karatteristika msemmija ►M1 l-Annessi relevanti ◄ . L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom jistabilixxu jekk għandhomx isiru testijiet ġodda fuq it-tip tal-vettura modifikat u jitħejja rapport ġdid. Fejn testijiet bħal dawn jiżvelaw nuqqas ta’ konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, il-modifikazzjoni m’għandhiex tkun approvata.
Artikolu 5
L-emendi meħtieġa għall-aġġustament tal-ħtiġiet ta’ ►M1 l-Annessi ◄ sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet
Artikolu 6
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar min-notifikazzjoni tagħha u minnufih għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.
2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw illi t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jkun komunikat lill-Kummissjoni.
Artikolu 7
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
LISTA TA’ ANNESSI
|
ANNESS I: |
Dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip… |
|
|
Appendiċi 1: |
Mudell taċ-ċertifikat ta’ konformità… |
|
|
ANNESS II: |
Dokumenti ta’ informazzjoni… |
|
|
Appendiċi 1: |
Dokument ta’ informazzjoni għal tip ta’ vettura… |
|
|
Appendiċi 2: |
Informazzjoni għal tip ta’ immobilizzatur… |
|
|
Appendiċi 3: |
Dokument ta’ informazzjoni għal tip ta’ sistema ta’ allarm tal-vetturi… |
|
|
ANNESS III: |
Ċertifikati ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE… |
|
|
Appendiċi 1: |
Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE għal vettura… |
|
|
Appendiċi 2: |
Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE għalimmobilizzatur… |
|
|
Appendiċi 3: |
Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE għal sistema ta’ allarm ta’ vettura.… |
|
|
ANNESS IV: |
Kamp ta’ applikazzjoni, definizzjonijiet u ħtiġiet għal mezzi li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat… |
|
|
Appendiċi 1: |
Proċedura tat-test wear producing għal mezzi li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat li jaġixxu fuq l-isteering… |
|
|
Appendiċi 2: |
Proċedura tat-test għal mezzi li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat li jaġixxu fuq l-isteering bl-użu ta’ mezz li jillimita t-torque |
|
|
ANNESS V: |
Kamp ta’ applikazzjoni, definizzjonijiet u ħtiġiet għall-immobilzzaturi… |
|
|
Appendiċi 1: |
Mudell taċ-ċertifikat ta’ l-installazzjoni… |
|
|
ANNESS VI: |
Kamp ta’ applikazzjoni, definizzjonijiet u ħtiġiet għas-sistemi ta’ allarm ta’ vetturi |
|
|
Appendiċi 1: |
Mudell taċ-ċertifikat ta’ l-installazzjoni… |
|
|
Appendiċi 2: |
Test ta’ sistemi għall-protezzjoni tal-kompartiment tal-passiġġieri |
|
|
Appendiċi 3: |
Speċifikazzjoni għal swiċċijiet mekkaniċi biċ-ċavetta… |
|
|
Appendiċi 4: |
Stipulazzjonijiet tekniċi għal mezzi ta’ allarm bil-ħoss… |
|
ANNESS I
DISPOSIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
1. Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ vettura
|
1.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-mezz tagħha li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat, l-immobilzzatur tagħha u, fejn japplika, is-sistema tagħha ta’ allarm għandha tintbagħat mill-manifattur. |
|
1.2. |
Mudell tad-dokument ta’ informazzjoni huwa mogħti fl-Anness II, l-Appendiċi 1. |
|
1.3. |
Dan li ġej għandu jintbagħat lis-servizz tekniku responsabbli għat-twettieq tat-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip:
|
2. Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ tip ta’ immobilizzatur tal-vetturi
|
2.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE bħala komponent jew unità separata teknika skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta’ tip ta’ immobilizzatur għandha tintbagħat mill-manifattur. |
|
2.2. |
Mudell tad-dokument ta’ informazzjoni huwa mogħti fl-Anness II, l-Appendiċi 2. |
|
2.3. |
Dan li ġej għandu jintbagħat lis-servizz tekniku responsabbli għat-twettieq tat-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip:
|
3. Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE tas-sistema ta’ allarm ta’ vettura
|
3.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE bħala komponent jew bħala unità teknika separata skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta’ tip ta’ sistema ta’ allarm għandha tintbagħat mill-manifattur. |
|
3.2. |
Il-mudell tad-dokument ta’ informazzjoni huwa mogħti fl-Anness II, l-Appendiċi 3. |
|
3.3. |
Dan li ġej għandu jintbagħat lis-servizz tekniku responsabbli għat-twettieq tat-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip:
|
4. L-għoti ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE
|
4.1. |
Jekk il-ħtiġiet relevanti jiġu sodisfatti, approvazzjoni tat-tip tal-KEE skond l-Artikolu 4(3) u (4) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tingħata. |
|
4.2. |
Mudell ta’ ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE huwa mogħti fl-: — L-Anness III, l-Appendiċi 1 għall-applikazzjonijiet imsemmija fil-punt 1.1, — L-Anness III, l-Appendiċi 2 għall-applikazzjonijiet imsemmija fil- punt 2.1, — L-Anness III, l-Appendiċi 3 għall-applikazzjonijiet imsemmija fil- punt 3.1. |
|
4.3. |
Numru ta’ approvazzjoni skond l-Anness VII li jinsab mad-Direttiva 70/156/KEE għandu jiġi assenjat lil kull tip ta’ vettura, tip ta’ immobilizzatur jew tip ta’ sistema ta’ allarm approvata. L-istess Stat Membru m’għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura, tip ta’ immobilizzatur jew tip ta’ sistema ta’ allarm. |
5. Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE
|
5.1. |
Kull sistema ta’ allarm ta’ vettura u kull immobilizzatur, li jikkonforma għal tip approvat skond din id-Direttiva, għandha ġġorr marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE. Din il-marka għandha tikkonsisti fi:
|
|
5.2. |
Eżempji ta’ marki ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE huma mogħtija hawn taħt ( 5 ):
|
|
5.3. |
Bħala alternattiva tal-marka ta’ approvazzjoni deskritta fil-punti 5.1 u 5.2, ċertifikat ta’ konformità għandu jinħareġ għal kull sistema ta’ allarm offruta għall-bejgħ Fejn manifattur ta’ sistema ta’ allarm ta’ vettura jissupplixxi sistema approvata mhux immarkata ta’ allarm ta’ vettura lill-manifattur ta’ vettura, biex titwaħħal mill-manifattur bħala tagħmir oriġinali għal mudell ta’ vettura jew firxa ta’ mudelli ta’ vettura, il-manifattur tas-sistema ta’ allarm tal-vettura għandu jipprovdi numru ta’ kopji taċ-ċertifikat tal-konformità lill-manifattur tal-vettura, biżżejjed għal dak il-manifattur li jikseb l-approvazzjoni tal-vettura għat-Taqsima II ta’ l-Anness VI li jinsab ma’ din id-Direttiva. Jekk is-sistema ta’ allarm tal-vettura tkun magħmula minn komponenti separati, il-komponent/i prinċipali tagħha għandu jġorr marka ta’ referenza u ċ-ċertifikat ta’ konformità għandu jipprovdi lista ta’ dawk il-marki ta’ referenza. Mudell taċ-ċertifikat ta’ konformità huwa mogħti fl-Appendiċi I li jinsab ma’ dan l-Anness. |
6. Modifikazzjonijiet tat-tip u emendi għall-approvazzjonijiet
|
6.1. |
Fil-każ ta’ modifikazzjonijiet tat-tip ta’ vettura, tip ta’ immobilizzatur jew tip ta’ sistema ta’ allarm ta’ vettura approvati skond din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw. |
7. Konformità tal-produzzjoni
|
7.1. |
Miżuri biex jiżguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE. |
Appendiċi 1
Mudell ta’ ċertifikat ta’ konformità
Jiena hawn taħt iffirmat …, nikkonferma li s-sistema ta’ allarm tal-vettura deskritt hawn taħt
(kunjom u isem)
Mudell:
Tip:
hija f’konformità totali mat-tip approvat fi…fi…,
(post ta’ approvazzjoni) (data)
kif deskritta fiċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li jġib in-Numru ta’ approvazzjoni…
Identifikazzjoni tal-komponent/i prinċipali:
|
Komponent: |
… |
Immarkar: |
… |
|
… |
… |
||
|
… |
… |
||
|
Magħmul fi: |
… |
fi: |
… |
Isem sħiħ tal-manifattur u timbru:
Firma:…
(speċifika l-kariga)
ANNESS II
DOKUMENTI TA’ INFORMAZZJONI
Appendiċi 1
Dokument ta’ informazzjoni Nru.…..
skond l-Anness I li jinsab mad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE li tirrelata dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward ta’ mezzi li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat ( 6 )
(Direttiva 74/61/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva../…/KE)
L-informazzjoni li ġejja, jekk tkun applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinji għandhom jingħataw fi skala adatta u f’dettal suffiċjenti fuq karti ta’ qies A4 jew ġo folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettal suffiċjenti.
Jekk is-sistemi, il-komponenti jew il-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.
0. Ġenerali
0.1. Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur):
0.2. Tip u deskrizzjonijiet kummerċjali ġenerali:
0.3. Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (b):
0.3.1. Lok ta’ dak l-immarkar:
0.4. Kategorija ta’ vettura (ċ):
0.5. Isem u indirizz tal-manifattur
0.8. Indirizz/i ta’ l-impjant/i ta’ fejn isir l-assemblaġġ:
1. Karatteristiċi ġenerali ta’ kostruzzjoni tal-vettura
1.1. Ritratti u/jew disinji ta’ vettura rappresentattiva
12. Mixxellanji
12.2. Mezzi li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat tal-vettura
12.2.1. Mezz protettiv
12.2.1.1. Deskrizzjoni ddettaljata tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ l-arranġament u d-disinn tal-kontroll jew ta’ l-unità li fuqha jaġixxi l-mezz protettiv:
12.2.1.2. Disinn tal-mezz protettiv u tat-twaħħil tiegħu mal-vettura:
12.2.1.3. Deskrizzjoni teknika tal-mezz:
12.2.1.4. Dettalji tal-kombinazzjoni tas-serratura użata:
12.2.1.5. Immobilizzatur tal-vettura
12.2.1.5.1. Numru ta’ l-approvazjoni tat-tip, jekk disponibbli:
12.2.1.5.2. Għal immobilizzaturi li għadhom mhux approvati:
12.2.1.5.2.1. Deskrizzjoni dettaljata teknika ta’ l-immobilizzatur tal-vettura u l-miżuri meħuda kontra l-attivazzjoni bi żball:
12.2.1.5.2.2. Is-sistema/i li fuqha jaġixxi l-immobilizzatur tal-vettura:
12.2.1.5.2.3. Numru ta’ kodiċi li effettivament jistgħu jinbidlu, fejn japplika:
12.2.2. Sistema ta’ l-allarm, jekk ikun hemm
12.2.2.1. Numru ta’ l-approvazjoni tat-tip, jekk disponibbli:
12.2.2.2. Għal sistemi ta’ allarm li għandhom mhux approvati:
12.2.2.2.1. Deskrizzjoni ddettaljata tas-sistema ta’ allarm u tal-partijiet tal-vettura li jirrelataw mas-sistema ta’ allarm installata:
12.2.2.2.2. Lista tal-komponenti prinċipali li jikkomprendu s-sistema ta’ allarm:
Appendiċi 2
Dokument ta’ informazzjoni Nru…
li jirrelata ma’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE bħala komponent jew unità teknika separata ta’ immobilizzaturi ta’ vettura
(Direttiva 74/61/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva../…/KE)
L-informazzjoni li ġejja, jekk tkun applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinji għandhom jingħataw fi skala adatta u f’dettal suffiċjenti fuq karti ta’ qies A4 jew ġo folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettal suffiċjenti.
Jekk is-sistemi, il-komponenti jew il-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.
0. Ġenerali
0.1. Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur):
0.2. Tip u deskrizzjonijiet kummerċjali ġenerali:
0.5. Isem u indirizz tal-manifattur
0.7. Fil-każ ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu ta’ twaħħil tal-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE:
0.8. Indirizz/i ta’ l-impjant/i ta’ fejn isir l-assemblaġġ:
1. Deskrizzjoni tal-mezz
1.1. Deskrizzjoni ddettaljata teknika tal-mezz li tinkludi, fost ħwejjeġ oħra, il-miżuri meħuda kontra attivazzjoni bi żball:
1.2. Is-sistemi tal-vettura li fuqhom jaġixxi l-mezz:
1.3. Metodu ta’ issettjar/tneħħija ta’ l-issettjar tal-mezz:
1.4. Numru ta’ kodiċi li effettivament jistgħu jinbidlu, fejn japplika:
1.5. Lista tal-komponenti prinċipali li jikkomprendu l-mezz u, fejn japplika, il-marki tagħhom ta’ referenza:
2. Disinji
2.1. Disinji tal-komponenti prinċipali tal-mezz (id-disinji għandhom juru l-ispazju maħsub għall-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew il-marka ta’ referenza, skond kif japplika):
3. Istruzzjonijiet
3.1. Lista ta’ vetturi li magħhom il-mezz huwa maħsub li jitwaħħal:
3.2. Deskrizzjoni tal-metodu ta’ installazzjoni illustrat b’ritratti u/jew disinji:
3.3. Istruzzjonijiet għall-użu:
3.4. Istruzzjonijiet għall-manutenzjoni, jekk ikun hemm:
Appendiċi 3
Dokument ta’ informazzjoni Nru…
li jirrelata ma’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE bħala komponent jew unità teknika separata tas-sistemi ta’ allarm tal-vettura
(Direttiva 74/61/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva../…/KE)
L-informazzjoni li ġejja, jekk tkun applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinji għandhom jingħataw fi skala adatta u f’dettal suffiċjenti fuq karti ta’ qies A4 jew ġo folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettal suffiċjenti.
Jekk is-sistemi, il-komponenti jew il-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.
0. Ġenerali
0.1. Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur):
0.2. Tip u deskrizzjonijiet kummerċjali ġenerali:
0.5. Isem u indirizz tal-manifattur
0.7. Fil-każ ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu ta’ twaħħil tal-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE:
0.8. Indirizz/i ta’ l-impjant/i ta’ fejn isir l-assemblaġġ:
1. Deskrizzjoni tal-mezz
1.1. Deskrizzjoni teknika ddettaljata tal-mezz li tinkludi, fost ħwejjeġ oħra, il-miżuri meħuda kontra allarmi bla bżonn:
1.2. Medda ta’ protezzjoni offruta mill-mezz:
1.3. Metodu ta’ issettjar/tneħħija ta’ l-issettjar tal-mezz:
1.4. Numru ta’ kodiċi li effettivament jistgħu jinbidlu, fejn japplika:
1.5. Lista tal-komponenti prinċipali li jikkomprendu l-mezz u, fejn japplika, il-marki tagħhom ta’ referenza:
2. Disinji
2.1. Disinji tal-komponenti prinċipali tal-mezz (id-disinji għandhom juru l-ispazju maħsub għall-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew il-marka ta’ referenza, skond kif japplika):
3. Istruzzjonijiet
3.1. Lista ta’ vetturi li magħhom il-mezz huwa maħsub li jitwaħħal:
3.2. Deskrizzjoni tal-metodu ta’ installazzjoni illustrat b’ritratti u/jew disinji:
3.3. Istruzzjonijiet għall-użu:
3.4. Istruzzjonijiet għall-manutenzjoni, jekk ikun hemm:
ANNESS III
ĊERTIFIKATI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE
Appendiċi 1
MUDELL
(format massimu: A4 (210 × 297 mm))
ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE
Komunikazzjoni li tikkonċerna:
— l-approvazzjoni tat-tip ( 7 )
— estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip (7)
— ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip (7)
— irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip (7)
ta’ tip ta’ vettura/komponent/unità teknika separata ( 8 ) fir-rigward tad-Direttiva../…/KE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva../…/KE.
Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip:
Raġuni għall-estensjoni:
TAQSIMA I
0.1. Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur):
0.2. Tip u deskrizzjonijiet kummerċjali ġenerali:
0.3. Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata (8) (8) :
0.3.1. Lok ta’ dak l-immarkar:
0.4. Kategorija ta’ vettura ( 9 ):
0.5. Isem u indirizz tal-manifattur
0.7. Fil-każ ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu ta’ twaħħil tal-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE:
0.8. Indirizz/i ta’ l-impjant/i ta’ fejn isir l-assemblaġġ:
TAQSIMA II
1. Informazzjoni addizzjonali (fejn japplika): Ara l-addendum
2. Servizz tekniku responsabbli għat-testijiet:
3. Data tar-rapport tat-test:
4. Numru tar-rapport tat-test:
5. Rimarki (jekk ikun hemm): Ara l-addendum
6. Post:
7. Data:
8. Firma:
9. L-indiċi għall-pakkett ta’ l-informazzjoni ippreżentat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż.
Addendum għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE Nru…
li jikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tad-Direttiva 74/61/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva…/…/KE
1. Informazzjoni addizzjonali
1.1. Deskrizzjoni fil-qosor tal-mezz(i) kontra użu mhux awtorizzat u l-partijiet tal-vettura li fuqhom hu/ma jaġixxi/u:
1.2. Deskrizzjoni fil-qosor ta’l-immobilizzatur:
1.3. Deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema ta’ allarm, fejn japplika, inkluża r-rata tal-provvista tal-vultaġġ ( 10 ):
5. Rimarki
Appendiċi 2
MUDELL
(format massimu: A4 (210 × 297 mm))
ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE
Komunikazzjoni li tikkonċerna:
— l-approvazzjoni tat-tip ( 11 )
— estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip (11)
— ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip (11)
— irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip (11)
ta’ tip ta’ vettura/komponent/unità teknika separata ( 12 ) fir-rigward tad-Direttiva…/…/KE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva…/…/KE.
Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip:
Raġuni għall-estensjoni:
TAQSIMA I
0.1. Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur):
0.2. Tip u deskrizzjonijiet kummerċjali ġenerali:
0.3. Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata (12) (12) :
0.3.1. Lok ta’ dak l-immarkar:
0.4. Kategorija ta’ vettura ( 13 ):
0.5. Isem u indirizz tal-manifattur
0.7. Fil-każ ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu ta’ twaħħil tal-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE:
0.8. Indirizz/i ta’ l-impjant/i ta’ fejn isir l-assemblaġġ:
TAQSIMA II
1. Informazzjoni addizzjonali (fejn japplika): Ara l-addendum
2. Servizz tekniku responsabbli għat-twettieq tat-testijiet:
3. Data tar-rapport tat-test:
4. Numru tar-rapport tat-test:
5. Rimarki (jekk ikun hemm): Ara l-addendum
6. Post:
7. Data:
8. Firma:
9. L-indiċi għall-pakkett ta’ l-informazzjoni ippreżentat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż.
Addendum għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE Nru…
li jikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip bħala unità teknika separata ta’ immobilizzaturi fir-rigward tad-Direttiva 74/61/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva…/…/KE
1. Informazzjoni addizzjonali
1.1. Isem kummerċjali jew trade mark ta’ l-immobilizzatur:
1.2. Tip ta’ immobilizzatur
1.3. Deskrizzjoni fil-qosor ta’ l-immobilizzatur:
1.4. Lista ta’ vetturi li fuqhom l-immobilizzatur huwa maħsub li jitwaħħal:
1.5. Tipi ta’ vetturi li fuqhom l-immobilizzatur kien ittestjat:
1.6. Lista tal-komponenti prinċipali, debitament identifikati, li jikkomprendu l-immobilizzatur:
5. Rimarki
Appendiċi 3
MUDELL
(format massimu: A4 (210 × 297 mm))
ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE
Komunikazzjoni li tikkonċerna:
— l-approvazzjoni tat-tip ( 14 )
— estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip (14)
— ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip (14)
— irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip (14)
ta’ tip ta’ vettura/komponent/unità teknika separata (14) ( 15 ) ( 16 ) fir-rigward tad-Direttiva…/…/KE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva…/…/KE.
Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip:
Raġuni għall-estensjoni:
TAQSIMA I
0.1. Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur):
0.2. Tip u deskrizzjonijiet kummerċjali ġenerali:
0.3. Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata (16) (16) :
0.3.1. Lok ta’ dak l-immarkar:
0.4. Kategorija ta’ vettura (16) :
0.5. Isem u indirizz tal-manifattur
0.7. Fil-każ ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu ta’ twaħħil tal-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE:
0.8. Indirizz/i ta’ l-impjant/i ta’ fejn isir l-assemblaġġ:
TAQSIMA II
1. Informazzjoni addizzjonali (fejn japplika): Ara l-addendum
2. Servizz tekniku responsabbli għat-testijiet:
3. Data tar-rapport tat-test:
4. Numru tar-rapport tat-test:
5. Rimarki (jekk ikun hemm): Ara l-addendum
6. Post:
7. Data:
8. Firma:
9. L-indiċi għall-pakkett ta’ l-informazzjoni ippreżentat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż.
Addendum għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE Nru…
li jikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip bħala unità teknika separata ta’ sistema ta’ allarm ta’ vettura fir-rigward tad-Direttiva 74/61/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva…/…/KE
1. Informazzjoni addizzjonali
1.1. Isem kummerċjali jew trade mark tas-sistema ta’ allarm:
1.2. Tip ta’ sistema ta’ allarm:
1.3. Deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema ta’ allarm:
1.4. Lista ta’ vetturi li fuqhom is-sistema ta’ allarm hija maħsuba li titwaħħal:
1.5. Tipi ta’ vetturi li fuqhom is-sistema ta’ allarm kienet ittestjata:
1.6. Lista tal-komponenti prinċipali, debitament identifikati, li jikkomprendu s-sistema ta’ allarm:
5. Rimarki
ANNESS IV
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U ĦTIĠIET GĦALL-MEZZI LI JIPPREVJENU L-UŻU MHUX AWTORIZZAT
1. Kamp ta’ applikazzjoni
|
1.1. |
Il-vetturi kollha tal-kategorija M1 u N1 – kif iddefiniti fl-Anness II A li jinsab mad-Direttiva 70/156/KEE – għandhom ikunu mgħamra b’mezz li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat li jikkonforma mal-ħtiġiet stipulati fil-punti 3 u 4. |
|
1.2. |
L-iffittjar ta’ dan il-mezz ma’ vetturi ta’ kategoriji oħra mhux obbligatorju, iżda kull mezz bħal dak iffittjat għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness. |
2. Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness:
|
2.1. |
tip ta vettura’ tfisser kategorija ta’ vetturi bil-mutur li ma jvarjawx f’dawk l-aspetti essenzjali bħal:
|
|
2.2. |
“mezz li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat” tfisser sistema maħsuba li tipprevjeni l-attivazzjoni normali mhux awtorizzata tal-makna jew sors ieħor ta’ l-enerġija tal-makna prinċipali tal-vettura b’kombinazzjoni ma’ ta’ l-anqas sistema waħda li: — issakkar l-isteering, — issakkar it-trasmissjoni, jew — issakkar il-kontroll tal-bdil tal-gerijiet; |
|
2.3. |
“steering” tfisser il-kontroll ta’ l-isteering, il-kolonna ta’ l-isteering u l-aċċessorji tiegħu ta’ tlibbis, ix-xaft ta’ l-isteering, il-gearbox ta’ l-isteering u l-komponenti l-oħra kollha li direttament jaffettwaw l-effettività tal-mezz li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat; |
|
2.4. |
“kombinazzjoni” tfisser waħda mill-varjazzjonijiet speċifikament żviluppati u kostruiti ta’ sistema li jsakkar li, meta attivata kif imiss, tippermetti l-operazzjoni tas-sistema ta’ sokor; |
|
2.5. |
“ċavetta” tfisser kull mezz maħsub u kostruwit li jipprovdi metodu ta’ operazzjoni ta’ sistema ta’ sokor li hija disinjata u kostruwita biex titħaddem biss minn dak il-mezz; |
|
2.6. |
“kodiċi rolling” tfisser kodiċi elettroniku li jikkonsisti f’diversi elementi li l-kombinazzjoni tagħhom tinbidel saltwarjament wara kull operazzjoni ta’ l-unità li tittrasmetti; |
3. Speċifikazzjonijiet ġenerali
|
3.1. |
Il-mezz li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat għandu jkun hekk iddisinjat li jkun meħtieġ li jitwaqqaf milli jitħaddem sabiex jippermetti:
|
|
3.2. |
Il-ħtiġiet ta’ l-punt 3.1 għandhom jitħarsu permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ ċavetta waħda. |
|
3.3. |
Ħlief fil-każ li għalih jipprovdi l-punt 4.1.5, sistema li taħdem b’ċavetta li tiddaħħal fis-serratura m’għandhiex tippermetti t-tneħħija taċ-ċavetta qabel ma’ l-mezz msemmi fil-punt 3.1 ikun beda jaħdem jew ikun issettjat biex jaġixxi. |
|
3.4. |
Il-mezz biex jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat imsemmi fil-punt 3.1, u l-komponenti tal-vettura li fuqhom jopera, għandu jkun hekk iddisinjat li ma jistgħax jinfetaħ malajr u mingħajr ma jiġbed l-attenzjoni, jintgħamel ineffettiv jew jiġi distrutt minn, per eżempju, l-użu ta’ għodda rħisa u li tinħeba faċilment, tagħmir jew fabbrikazzjonijiet faċilment disponibbli lill-pubbliku in ġenerali. |
|
3.5. |
Il-mezz li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat għandu jitwaħħal mal-vettura bħala parti mit-tagħmir oriġinali (jiġifieri, tagħmir installat mill-manifattur tal-vettura qabel l-ewwel bejgħ tagħha bl-imnut). Għandu jiġi ffittjat b’dak il-mod li wkoll wara t-tneħħija mill-kompartiment tiegħu ma jkunx jista’ meta jkun fil-kondizzjoni imblukkata, jiżżarma ħlief b’għodda speċjali. Kieku kien possibbli li l-mezz li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat jitgħamel ineffettiv bit-tneħħija ta’ viti, dawk il-viti għandhom, sakemm ma jkunux viti li ma jistgħux jitneħħew, ikunu mgħottija b’partijiet tal-mezz protettiv imblukkat. |
|
3.6. |
Sistemi mekkaniċi ta’ tiskir għandhom jipprovdu ta’ l-anqas 1 000 kombinazzjonijiet differenti taċ-ċavetta jew numru ugwali għan-numru totali ta’ vetturi mmanifatturati kull sena jekk anqas minn 1 000. F’vetturi ta’ tip wieħed il-frekwenza tal-ġrajja ta’ kull kombinazzjoni għandha bejn wieħed u ieħor tkun ta’ waħda kull 1 000. |
|
3.7. |
Sistemi ta’ tiskir elettriċi/elettroniċi, per eżempju kontroll remot, għandu jkollhom ta’ l-anqas 50 000 varjant u għandhom jinkorporaw kodiċi rolling u jew ikollhom ħin minimu li jifli ta’ għaxart ijiem, per eżempju, massimu ta’ 5 000 varjant kull 24 siegħa għal minimu ta’ 50 000 varjant. |
|
3.8. |
Iċ-ċavetta u s-serratura m’għandhomx ikunu kkodifikati viżibbilment. |
|
3.9. |
Is-serratura għandha tkun hekk iddisinjata, kostruwita u ffittjata li t-tidwir taċ-ċilindru tas-serratura, meta jkun fil-pożizzjoni maqfula, b’tensjoni ta’ anqas minn 2,45 Nm ma jkunx possibbli b’xi ċavatta oħra ħlief iċ-ċavetta li taqbel; u
|
|
3.10. |
Il-mezzi li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat għandhom ikunu tali li jeskludu kull riskju ta’ nuqqas aċċidentali ta’ operazzjoni waqt li l-makna tkun taħdem, partikolarment fil-każ ta’ imblukkar li x’aktarx jikkomprometti s-sigurezza.
|
|
3.11. |
Assistenza bl-enerġija tista’ tintuża biss biex tattiva l-azzjoni tat-tiskir jew tal-ftuħ tal-mezz li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat. Il-mezz għandu jinżamm fil-pożizzjoni tiegħu ta’ operazzjoni b’kull mezz addattat li ma jenħtieġx provvista ta’ enerġija. |
|
3.12. |
M’għandux ikun possibbli li tiġi attivata l-enerġija mekkanika tal-vettura b’mezzi normali sakemm il-mezz li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat ma jkunx ġie deattivat. |
|
3.13. |
Mezzi li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat li jipprevjenu r-rilaxx tal-brejkijiet tal-vettura m’għandhomx ikunu permessi. |
|
3.14. |
Jekk il-mezz li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat ikun mgħammar b’karatteristika ta’ avviż lis-sewwieq għandu jiġi attivat meta l-operatur jiftaħ il-bieba tan-naħa tas-sewwieq, sakemm il-mezz ma jkunx ġie attivat u ċ-ċavetta mneħħija mill-operatur. |
4. Speċifikazzjoni partikolari
B’żieda ma’ l-ispeċifikazzjoni stipulata fit-Taqsima 3, il-mezz li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat għandu jikkonforma mal-kondizzjonijiet partikolari stipulati hawn taħt:
|
4.1. |
Mezzi li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat li jaġixxu fuq l-isteering
|
|
4.2. |
Mezzi li jaġixxu fuq it-trasmissjoni
|
|
4.3. |
Mezzi li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat li jaġixxu fuq il-kontroll tal-bdil tal-gerijiet
|
5. Mezzi elettromekkaniċi u elettroniċi li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat
Mezzi elettromekkaniċi u elettroniċi li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat, meta mwaħħla, għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet tal-punti 3 u 4 u l-punt 5 ta’ l-Anness V, mutatis mutandis.
Appendiċi 1
Proċedura tat-test wear producing għal mezzi li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat li jaġixxu fuq l-isteering
1. Tagħmir tat-test
|
1.1. |
It-tagħmir tat-test għandu jikkonsisti fi:
|
2. Metodu tat-test
|
2.1. |
Kampjun ta’ l-isteering komplut bil-mezz li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat huwa mwaħħal mal-pożizzjoni fissa msemmija fil-punt 1.1.1. |
|
2.2. |
Ċiklu wieħed tal-proċedura tat-test għandu jikkonsisti fl-operazzjonijiet li li ġejjin:
|
|
2.3. |
Iċ-ċiklu li jipproduċi l-ħsara permezz ta’ l-użu għandu jiġi rripetut għan-numru ta’ drabi riferit fil- punt 4.1.3 ta’ l-Anness IV. |
Appendiċi 2
Proċedura tat-test għall-mezzi li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat li jaġixxu fuq l-isteering bl-użu ta’ mezz li jillimita t-tensjoni
1. Tagħmir tat-test
|
1.1. |
It-tagħmir tat-test għandu jkun jikkonsisti fi:
|
2. Deskrizzjoni tal-proċedura tat-test
|
2.1. |
Jekk it-test jitwettaq fuq vettura sħiħa, it-test għandu jitwettaq bir-roti kollha ta’ gwida merfugħa mill-art. |
|
2.2. |
Is-serratura ta’ l-isteering għandha tkun attivata sabiex l-isteering jiġi mblukkat. |
|
2.3. |
Tensjoni għandha tiġi applikata fuq il-kontroll ta’ l-isteering sabiex idur. |
|
2.4. |
Iċ-ċiklu tat-test jinkludi dawrien tal-kontroll ta’ l-isteering ta’ 90° segwit b’dawrien fid-direzzjoni opposta ta’ 180°, u dwarien mill-ġdid ta’ 90° fid-direzzjoni oriġinali (ara l-figura); ciklu 1 = + 90°/-180°/+ 90° b’tolleranza ta’ ± 10 %
|
|
2.5. |
It-tul ta’ żmien ta’ ċiklu huwa ta’ 20 s ± 2 s. |
|
2.6. |
Ħames ċikli tat-test għandhom jitwettqu. |
|
2.7. |
Matul kull wieħed miċ-ċikli tat-test il-valur minimu rrekordjat tat-tensjoni għandu jkun għola minn dak mogħti fil- punt 4.1.4.2 ta’ dan l-Anness. |
ANNESS V
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONI U ĦTIĠIET GĦAL IMMOBILIZZATURI
1. Kamp ta’ applikazzjoni
|
1.1. |
Il-vetturi kollha tal-kategorija M1 għandhom ikunu mgħamra b’immobilizzatur. |
|
1.2. |
Immobilizzaturi għal twaħħil ma’ vetturi ta’ kategoriji oħra mhumiex obbligatorji, iżda kull mezz bħal dak imwaħħal huwa meħtieġ li hekk jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, mutatis mutandis. |
2. Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:
|
2.1. |
Immobilizzatur tfisser mezz li huwa maħsub li jipprevjeni li vettura tinstaq bl-enerġija tal-makna tagħha stess. |
|
2.2. |
“Tagħmir ta’ kontroll” tfisser tagħmir meħtieġ għall-issettjar u/jew it-tneħħija ta’ l-issettjar ta’ immobilizzatur. |
|
2.3. |
“Turija ta’ l-istatus” tfisser kull mezz maħsub li jindika l-istatus ta’ l-immobilizzatur (issettjat/mhux issettjat, bidla ta’ issettjar għat-tneħħija ta’ l-issettjar u viċe versa). |
|
2.4. |
“Stat ta’ issettjar” tfisser l-istat li fih il-vettura ma tistax tinstaq bl-enerġija tagħha stess. |
|
2.5. |
“Stat mhux issettjat” tfisser l-istat li fih il-vettura tista’ tinstaq b’mod normali. |
|
2.6. |
“Ċavetta” tfisser kull mezz ddisinjat u kostruwit biex jipprovdi metodu ta’ operazzjoni ta’ sistema ta’ tiskir, li hija maħsuba u kostruwita biex tiġi operata biss b’dak il-mezz. |
|
2.7. |
“Override” tfisser karatteristika ta’ disinn li ssakkar l-immobilizzatur fil-kondizzjoni mhux issettjata. |
|
2.8. |
“Tip ta’ immobilizzatur” tfisser sistemi li ma jvarjawx sinjifikament f’dawk l-aspetti essenzjali bħal: — l-isem tal-marka jew marka tal-manifattur, — ix-xorta ta’ tagħmir ta’ kontroll, — id-disinn ta’ l-operazzjoni tagħhom fuq is-sistema/i relevanti tal-vettura (kif imsemmija fl- punt 4.1). |
3. Speċifikazzjonijiet ġenerali
|
3.1. |
Għandu jkun possibbli li l-immobilizzatur jiġi ssettjat u l-issettjar imneħħi skond dawn il-ħtiġiet. |
|
3.2. |
Jekk l-immobilizzatur jinkludi l-possibbiltà ta’ trasmissjoni bir-radju, per eżempju għall-issettjar jew it-tneħħija ta’ l-issettjar, għandu jkun jikkonforma ma’ l-istandards relevanti ETSI ( 18 ). |
|
3.3. |
Immobilizzatur u l-installazzjoni tiegħu għandhom ikunu hekk iddisinjati li kull vettura mgħammra tibqa’ tikkonforma mal-ħtiġiet tekniċi. |
|
3.4. |
M’għandux ikun possibbli li immobilizzatur jidħol fl-istat ta’ issettjar meta ċ-ċavetta ta’ l-ignition tkun fil-pożizzjoni tal-makna taħdem. |
|
3.5. |
Għandu jkun possibbli li immobilizzatur jinqabeż meta jkun fil-kondizzjoni tiegħu mhux issettjata bl-użu ta’ ċavetta addattata. |
|
3.6. |
L-immobilizzatur għandu jkun hekk iddisinjat u kostruwit illi meta jiġi installat m’għandux jeffettwa l-funzjoni maħsuba u l-operazzjoni tal-vettura, ukoll fil-każ li ma jaħdimx sewwa. |
|
3.7. |
Immobilizzatur għandu jkun hekk iddisinjat u kostruwit li, meta jkun installat fuq vettura, skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur, ma jistax jintgħamel ineffettiv jew jiġi distrutt malajr jew mingħajr ma jiġbed l-attenzjoni bi, per eżempju, l-użu ta’ għodda rħisa li tista’ tinħeba faċilment u tagħmir jew fabbrikazzjonijiet faċilment disponibbli għall-pubbliku in ġenerali. Is-sostituzzjoni jew immuntar ta’ komponent prinċipali għandha tkun diffiċili u tieħu ħafna ħin sabiex taqbeż l-immobilizzatur. |
|
3.8. |
Immobilizzatur għandu jkun hekk iddisinjat u kostruwit li meta jiġi installat kif speċifikat mill-manifattur ikun kapaċi li jiflaħ għall-ambjent ġewwa l-vettura għal tul ta’ ħajja raġonevoli (għall-ittestjar ara l-paragrafu 5). Partikolarment aktar il-proprjetajiet elettriċi taċ-ċirkwit tagħha, m’għandhomx jiġu effettwati ħażin biż-żieda ta’ immobilizzatur (lead cross-sections, sigurezza ta’ kuntatt, eċċ.). |
|
3.9. |
Immobilizzatur jista’ jiġi kkombinat ma’ sistemi oħra ta’ vettura jew jista’ jiġi integrat fihom (per eżempju immaniġġar tal-makna, sistemi ta’ allarm). |
4. Speċifikazzjonijiet partikolari
|
4.1. |
Limitu ta’ diżabbiltà
|
|
4.2. |
Operabbiltà ta’ min jorbot fuqha Operabbiltà ta’ min jorbot fuqha għandha tinkiseb b’disinn addattat ta’ l-immobilizzatur, waqt li jingħata kont tal-kondizzjonijiet speċifiċi ambjentali fil-vettura (ara l-paragrafu 3.8 u 5). |
|
4.3. |
Sigurezza ta’ operazzjoni Għandu jiġi żgurat li l-immobilizzatur ma jbiddilx l-istat tiegħu (issettjat/mhux issettjat) bħala riżultat ta’ xi wieħed mit-testijiet tal-paragrafu 5. |
|
4.4. |
Issettjar ta’ l-immobilizzatur
|
|
4.5. |
Tifi
|
|
4.6. |
Wiri ta’ l-istatus
|
5. Parametri ta’ operazzjoni u kondizzjonijiet tat-test
|
5.1. |
Parametri ta’ operazzjoni Il-komponenti kollha ta’ l-immobilizzatur għandhom jikkonformaw ma’ l-istipulazzjonijiet mogħtija fil-punt 5 ta’ l-Anness VI. Din il-ħtieġa m’għandhiex tapplika għal: — dawk il-komponenti li huma mwaħħla u ttestjati bħala parti mill-vettura, sew jekk immobilizzatur ikun imwaħħal sew jekk le (per eżempju fanali); jew — dawk il-komponenti li jkunu ġew ittestjati qabel bħala parti mill-vettura u tkun ġiet ipprovduta evidenza dokumentata. |
|
5.2. |
Kondizzjonijiet tat-test It-testijiet kollha għandhom jitwettqu f’sekwenza fuq immobilizzatur wieħed. Iżda, fid-diskrezzjoni ta’ l-awtorità tat-test kampjuni oħra jistgħu jintużaw jekk dan ma jkunx meqjus li jeffettwa r-riżultati tat-testijiet l-oħra.
|
6. Istruzzjonijiet
(Il- punti 6.1 sa 6.3 għall-għanijiet ta’ stallazzjoni biss wara s-suq)
Kull immobilizzatur għandu jkun akkumpanjat bi:
|
6.1. |
Istruzzjonijiet għall-installazzjoni
|
|
6.2. |
Ċertifikat vojt ta’ l-installazzjoni, li eżempju tiegħu huwa mogħti fl-Appendiċi 1. |
|
6.3. |
Dikjarazzjoni ġenerali lix-xerrej ta’ l-immobilizzatur li tiġbed l-attenzjoni tiegħu għall-punti li ġejjin:
|
|
6.4. |
Istruzzjonijiet għall-użu |
|
6.5. |
Istruzzjonijiet għall-manutenzjoni |
|
6.6. |
Twissija ġenerali fir-rigward tal-perikoli li jsiru xi alterazzjonijiet jew żidiet ma’ l-immobilizzatur; dawk l-alterazzjonijiet jew żidiet għandhom awtomatikament jinvalidaw iċ-ċertifikat ta’ l-installazzjoni msemmi fil-paragrafu 6.2. |
Appendiċi 1
Mudell taċ-ċertifikat ta’ l-installazzjoni
Jiena, hawn taħt iffirmat, …
,niċċertifika li l-installazzjoni ta’ l-immobilizzatur deskritt hawn taħt twettqet minni stess skond l-istruzzjonijiet ta’ twaħħil pprovduti mill-manifattur tas-sistema.
Deskrizzjoni tal-vettura:
Għamla:
Tip:
Numru tas-Serje:
Numru tar-Reġistrazzjoni:
Deskrizzjoni ta’ l-immobilizzatur:
Għamla:
Tip:
Numru ta’ l-Approvazzjoni:
Magħmul fi: … fi: …
Indirizz sħiħ ta’l-installatur (u timbru, fejn japplika):
Firma: …
Kariga: …
ANNESS VI
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U ĦTIĠIET GĦAS-SISTEMI TA’ ALLARM TA’ VETTURI
1. Kamp ta’ applikazzjoni
Dan l-Anness japplika għal:
|
1.1. |
Taqsima I : Sistemi ta’ allarm ta’ vetturi (VAS) li huma maħsuba biex jitwaħħlu b’mod permanenti ma’ vetturi tal-kategotija M1 ( 19 ) u dawk tal-kategorija N1 (19) b’massa teknika permissibbli ta’ mhux aktar minn 2 000 kg ( 20 ). |
|
1.2. |
Taqsima II : Vetturi il-kategorija M1 (20) u l-kategorija N1 (20) vetturi b’massa massima teknikament permissibbli ta’ mhux aktar minn 2 000 kg (20) . |
|
1.3. |
Jekk sistema bħal dik titwaħħal ma’ vetturi ta’ kategoriji oħrajn, allura għandha tikkonforma, mutatis mutandis mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness. |
TAQSIMA I
APPROVAZZJONI TAS-SISTEMA TA’ALLARM TA’ VETTURA
2. Definizzjonijiet
Għall-għan tat-Taqsima I ta’ dan l-anness
|
2.1. |
Sistema ta’ allarm ta’ vettura (VAS) tfisser sistema maħsuba għall-installazzjoni fuq tip/i ta’ vettura/i ddisinjata biex tindika d-dħul mhux permess fi jew l-interferenza ma’ vettura; dawn is-sistemi jistgħu jipprovdu protezzjoni addizzjonali kontra l-użu mhux awtorizzat tal-vettura; |
|
2.2. |
“Sensor” tfisser mezz li jittendi b’bidla li tista’ tinħoloq bi dħul bla permess fi jew interferenza ma’ vettura; |
|
2.3. |
“Mezz ta’ sinjal ta’ allarm” tfisser mezz li jindika li dħul bla permess fi jew l-interferenza tkun seħħet; |
|
2.4. |
“Tagħmir ta’ kontroll” tfisser it-tagħmir meħtieġ għall-issettjar, tneħħija ta’ l-issettjar u l-ittestjar tal-VAS u biex jibgħat kondizzjoni ta’ allarm lill-mezzi ta’ twissija; |
|
2.5. |
“Issettjat” tfisser l-istat tal-VAS li bih kondizzjoni ta’ allarm tista’ tiġi trasmessa għall-mezzi ta’ twissija; |
|
2.6. |
“Issettjar imneħħi” tfisser l-istat tal-VAS li fih kondizzjoni ta’ allarm ma tistax tiġi trasmessa lill-mezzi ta’ twissija; |
|
2.7. |
“Ċavetta” tfisser kull mezz ddisinjat u kostruwit biex jipprovdi metodu ta’ operazzjoni ta’ sistema ta’ tiskir li hija ddisinjata u kostruwita biex tiġi operata biss b’dak il-mekaniżmu; |
|
2.8. |
“Tip ta’ sistema ta’ allarm ta’ vettura” tfisser sistemi li ma jvarjawx b’mod sinifikanti f’dawk l-aspetti tekniċi bħal: — l-isem tal-marka jew marka tal-manifattur, — it-tip ta’ sensor, — ix-xorta ta’ mezz ta’ sinjal ta’ allarm, — ix-xorta ta’ tagħmir ta’ kontroll; |
|
2.9. |
“Immobilizzatur” tfisser mezz li huwa maħsub li jipprevjeni l-użu tal-vettura mħaddma bil-makna tagħha stess. |
|
2.10. |
“Allarm ta’ Paniku” tfisser mezz li jippermetti persuna li tuża allarm, installat fuq vettura, biex issejjaħ l-assistenza f’emerġenza. |
3. Speċifikazzjonijiet ġenerali
|
3.1. |
Il-VAS għandha, fil-każ ta’ dħul bla permess fi jew interferenza ma’ vettura, tipprovdi sinjal ta’ allarm. Is-sinjal ta’ allarm għandu jkun jistema’ u b’żieda jista’ jinkludi mezzi ottiċi ta’ allarm, jew ikun allarm tar-radju jew xi kombinazzjoni ta’ hawn fuq. |
|
3.2. |
Il-VAS għandha tkun iddisinjata, kostruwita u installata b’dak il-mod li l-vettura meta mgħammra għandha tibqa’ tikkonforma mal-ħtiġiet relevanti tekniċi, speċjalment fir-rigward tal-kompatibbiltà elettromanjetika (EMC). |
|
3.3. |
Jekk il-VAS tinkludi l-possibbiltà ta’ trasmissjoni bir-radju, per eżempju l-issettjar u t-tneħħija ta’ l-issettjar ta’ l-allarm jew għal trasmissjoni ta’ allarm, għandha tkun tikkonforma ma’ l-istandards relevanti ETSI. Il-frekwenza għandha tkun 433,92 MHz u l-enerġija massima radjata 25 mW. |
|
3.4. |
L-installazzjoni ta’ VAS f’vettura m’għandhiex tkun kapaċi li tinfluwenza t-tħaddim tal-vettura fl-istat mhux issettjata), jew is-sigurezza ta’ l-operazzjoni tagħha. |
|
3.5. |
Il-VAS u l-komponenti tagħha m’għandhomx jattivaw bi żball, partikolarment waqt li l-vettura tkun fil-mod tagħha ta’ tħaddim. |
|
3.6. |
Ħsara fil-VAS, jew ħsara fil-provvista elettrika tagħha m’għandhiex teffettwa s-sigurezza ta’ l-operazzjoni tal-vettura. |
|
3.7. |
Il-VAS, il-komponenti tagħha u l-partijiet ikkontrollati minnhom għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u installati b’dak il-mod li jitnaqqas ir-riskju li xi ħadd jagħmilhom inoperattivi jew jiddistruġġihom malajr u mingħajr ma jiġbed attenzjoni, per eżempju bl-użu ta’ għodda rħisa li tinħeba faċilment, tagħmir jew fabbrikazzjonijiet faċilment disponibbli għall-pubbliku in ġenerali. |
|
3.8. |
Il-mezz ta’ l-issettjar u t-tneħħija ta’ l-issettjar tal-VAS għandu jkun iddisinjat b’dak il-mod li ma jinvalidax il-ħtiġiet ta’ l-Anness IV li jinsab ma’ din id-Direttiva. Konnessjonijiet elettriċi għall-komponenti koperti b’dan l-Anness huma permessi. |
|
3.9. |
Is-sistema għandha tkun hekk irranġata li x-xortjar ta’ xi ċirkwit ta’ sistema ta’ allarm m’għandux jagħmel inoperattiv xi aspett tas-sistema ta’ allarm, ħlief iċ-ċirkwit li jixxortja. |
|
3.10. |
Il-VAS tista’ tinkludi immobilzzatur li għandu jikkonforma mal-ħtiġiet ta’ l-Anness V. |
4. Speċifikazzjonijiet partikolari
|
4.1. |
Medda ta’ protezzjoni
|
|
4.2. |
Allarm li jinstema’
|
|
4.3. |
Allarm ottiku – jekk imwaħħal
|
|
4.4. |
Allarm bir-radju (pager) – jekk imwaħħal Il-VAS tista’ tinkludi faċilità li tiġġerna sinjal ta’ allarm bit-trasmissjoni tar-radju. |
|
4.5. |
Issettjar tal-qfil tas-sistema ta’ allarm Meta l-makna tkun fil-mod tagħha ta’ tħaddim, l-issettjar apposta jew bi żball tas-sistema ta’ allarm għandu jkun impossibbli. |
|
4.6. |
Issettjar u tneħħija ta’ l-issettjar tal-VAS
|
|
4.7. |
Dewmien ta’ ħruġ Jekk il-mezz li jixgħel għall-issettjar tal-VAS huwa mwaħħal f’żona protetta, dewmien għall-ħruġ għandu jiġi pprovdut. Għandu jkun possibbli li d-dewmien għall-ħruġ jiġi ssettjat bejn 15-il sekonda u 45 sekonda wara li s-swiċċ ikun ġie operat. Il-perjodu ta’ dewmien jista’ jiġi aġġustat biex jaddatta għaċ-ċirkostanzi individwali ta’ l-operatur. |
|
4.8. |
Dewmien għad-dħul Jekk il-mezz li jixgħel l-issettjar tal-VAS ikun imwaħħal ġewwa żona protetta, dewmien minimu ta’ 5 sekondi u massimu ta’ 15-il sekonda għandu jkun permess qabel l-attivazzjoni tas-sinjali ta’ allarm bil-ħoss u ottiċi. Il-perjodu ta’ dewmien jista’ jiġi aġġustat biex jaddatta għaċ-ċirkostanzi individwali ta’l-operatur. |
|
4.9. |
Wiri ta’ l-istatus
|
|
4.10. |
Provvista ta’ enerġija Is-sors ta’ enerġija għall-VAS tista’ tkun il-batterija tal-vettura. Fejn ipprovdut, batterija addizzjonali tista’ tiġi kkargata u m’għandha bl-ebda mod tipprovdi enerġija għall-partijiet l-oħra tas-sistema elettrika tal-vettura. |
|
4.11. |
Speċifikazzjonijiet għal funzjonijiet ottiċi
|
5. Parametri ta’ operazzjoni u kondizzjonijiet tat-test ( 21 )
|
5.1. |
Parametri ta’ operazzjoni Il-komponenti kollha tal-VAS għandhom joperaw mingħajr ħsara taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin.
|
|
5.2. |
Kondizzjonijiet tat-test
|
6. Istruzzjonijiet
Kull VAS għandu jkun akkumpanjat bi:
|
6.1. |
Istruzzjonijiet għall-installazzjoni:
|
|
6.2. |
Ċertifikat vojt ta’ l-installazzjoni, li eżempju tiegħu huwa mogħti fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness. |
|
6.3. |
Dikjarazzjoni ġenerali lix-xerrej tal-VAS li tiġbed l-attenzjoni tiegħu għall-punti li ġejjin: — il-VAS għandha tkun installata skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur, — l-għażla ta’ installatur tajjeb hija rakkomandata (il-manifattur tal-VAS jista’ jiġi kkuntattjat biex jindika installaturi addattati), — iċ-ċertifikat ta’ installazzjoni pprovdut mal-VAS għandu jimtela mill-installatur. |
|
6.4. |
Istruzzjonijiet għall-użu |
|
6.5. |
Istruzzjonijiet għall-manutenzjoni |
|
6.6. |
Twissija ġenerali fir-rigward ta’ perikolu li jsiru alterazzjonijiet jew żidiet mas-sistema; |
|
6.7. |
Indikazzjonijiet tal-lokazzjoni/jiet tal-marka ta’ approvazzjoni msemmija fl-Anness I li jinsab ma’ din id-Direttiva u/jew iċ-ċertifikat tal-konformità msemmi f’din id-Direttiva. |
TAQSIMA II
APPROVAZZJONI TA’ VETTURA FIR-RIGWARD TAS-SISTEMA TA’ALLARM TAGĦHA
Meta VAS approvata skond it-Taqsima I ta’ dan l-Anness tkun qed tintuża f’vettura mibgħuta għall-approvazzjoni skond it-Taqsima II ta’ dan l-Anness, it-testijiet meħtieġa li l-VAS tgħaddi minnhom għall-approvazzjoni skond it-Taqsima II ta’ dan l-Anness, it-testijiet meħtieġa li tgħaddi minnhom skond it-Taqsima I ta’ dan l-Anness m’għandhomx jiġu rripetuti.
7. Definizzjonijiet
Għall-għan tat-Taqsima II ta’ dan l-Anness:
|
7.1. |
“Sistema/i ta’ allarm” (AS) tfisser arranġament ta’ komponenti mwaħħla bħala tagħmir oriġinali f’tip ta’ vettura, maħsuba biex tindika d-dħul bla permess fi jew l-interferenza ma’ vettura; dawn is-sistemi jistgħu jipprovdu protezzjoni addizzjonali kontra użu mhux awtorizzat tal-vettura. |
|
7.2. |
“Tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema ta’ allarm tagħha” tfisser vetturi li ma jvarjawx b’mod sinifikanti f’dawk l-aspetti essenzjali bħal: — l-isem tal-marka jew marka tal-manifattur, — karatteristiċi tal-vettura li jinfluwenzaw b’mod sinifikanti t-twettieq ta’ l-AS, — it-tip u d-disinn ta’ l-AS jew il-VAS, |
|
7.3. |
Definizzjonijiet oħra applikabbli għat-Taqsima II jinsabu fil-punt 2 ta’ dan l-Anness. |
8. Speċifikazzjonijiet ġenerali
|
8.1. |
L-AS għandha tkun iddisinjata u kkostruwita b’dak il-mod li, fil-każ ta’ dħul bla permess fi jew interferenza mal-vettura, tipprovdi sinjal ta’ allarm. Is-sinjal ta’ l-allarm għandu jkun jinstema’ u b’żieda jista’ jinkludi mezzi ottiċi ta’ allarm, jew ikun allarm bir-radju, jew xi kombinazzjoni ta’ dawn ta’ hawn fuq. |
|
8.2. |
Vetturi li huma mgħammra b’sistemi ta’ allarm għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet relevanti tekniċi, speċjalment fir-rigward tal-kompatibbiltà elettromanjetika (EMC). |
|
8.3. |
Jekk l-AS tinkludi l-possibbiltà ta’ trasmissjoni bir-radju, per eżempju għall-issettjar jet it-tneħħija ta’ l-issettjar ta’ l-allarm jew għat-trasmissjoni ta’ allarm, għandha tikkonforma ma’ l-istandards relevanti ETSI (ara n-nota fl-aħħar tal-paġna relevanti għall-punt 3.3). Il-frekwenza għandha tkun 433,92 MHz u l-enerġija massima radjata 25 mW. |
|
8.4. |
L-AS u l-komponenti tagħha m’għandhomx jiġu attivati bi żball, partikolarment waqt li l-makna tkun fil-mod tagħha tal-mixi. |
|
8.5. |
Ħsara fl-AS, jew ħsara fil-provvista elettrika tagħha, m’għandhiex teffettwa l-operazzjoni bla perikolu tal-vettura. |
|
8.6. |
Is-sistema ta’ allarm, il-komponenti tagħha u l-partijiet ikkontrollati minnhom għandhom jiġu hekk installati sabiex jimminimizzaw ir-riskju li xi ħadd jirrendihom ma jaħdmux jew jiddistruġġihom malajr u mingħajr ma jiġbed l-attenzjoni, per eżempju bl-użu ta’ għodda rħisa, li tista’ tinħeba faċilment, tagħmir jew fabbrikazzjonijiet faċilment disponibbli għall-pubbliku in ġenerali. |
|
8.7. |
Is-sistema għandha tkun hekk irranġata li x-xortjar ta’ xi ċirkwit ta’ sistema ta’ allarm m’għandux jagħmel inoperattiv xi aspett tas-sistema ta’ allarm, ħlief iċ-ċirkwit li jixxortja. |
|
8.8. |
L-AS għandha tinkludi immobilizzatur li għandu jikkonforma mal-ħtiġiet ta’ l-Anness V. |
9. Speċifikazzjonijiet partikolari
|
9.1. |
Medda ta’ protezzjoni
|
|
9.2. |
Allarm li jinstema’
|
|
9.3. |
Allarm ottiku – jekk imwaħħal
|
|
9.4. |
Allarm bir-radju (pager) – jekk imwaħħal L-AS tista’ tinkludi faċilità li tġġenera sinjal ta’ allarm permezz ta’ trasmissjoni bir-radju. |
|
9.5. |
Issettjar tal-qfil tas-sistema ta’ allarm
|
|
9.6. |
Issettjar u tneħħija ta’ l-issettjar tas-sistema ta’ l-allarm
|
|
9.7. |
Dewmien ta’ ħruġ Jekk il-mezz li jixgħel għall-issettjar ta’ l-AS huwa mwaħħal ġewwa żona protetta, dewmien għall-ħruġ għandu jiġi pprovdut. Għandu jkun possibbli li d-dewmien għall-ħruġ jiġi ssettjat bejn 15-il sekond u 45 sekonda wara li s-swiċċ ikun ġie operat. Il-perjodu ta’ dewmien jista’ jiġi aġġustat biex jaddatta għaċ-ċirkostanzi individwali ta’l-operatur. |
|
9.8. |
Dewmien għad-dħul Jekk il-mezz għat-tifi ta’ l-AS tkun imwaħħla ġewwa żona protetta, dewmien ta’ 5 sekondi minimu u 15-il sekonda massimu għandu jkun permess qabel l-attivazzjoni tas-sinjali ta’ allarm ottiċi u li jinstemgħu. Il-perjodu ta’ dewmien jista’ jiġi aġġustat biex jaddatta għaċ-ċirkostanzi individwali ta’ l-operatur. |
|
9.9. |
Wiri ta’ l-istatus
|
|
9.10. |
Provvista ta’ enerġija Is-sors ta’ enerġija għall-AS tista’ tkun il-batterija tal-vettura. Fejn ipprovdut, batterija addizzjonali tista’ tiġi kkargata u m’għandha bl-ebda mod tipprovdi enerġija għall-partijiet l-oħra tas-sistema elettrika tal-vettura. |
|
9.11. |
Speċifikazzjonijiet għal funzjonijiet ottiċi
|
10. Kondizzjonijiet tat-test
Il-komponenti kollha tal-VAS jew l-AS għandhom jiġu ttestjati skond il-proċeduri deskritti fil-punt 5.
Din il-ħtieġa m’għandhiex tapplika għal:
|
10.1. |
Dawk il-komponenti li huma mwaħħla u ttestjati bħala parti mill-vettura, sew jekk VAS/AS ikunu mwaħħla jew le (per eżempju fanali); jew |
|
10.2. |
Dawk il-komponenti li jkunu ġew ittestjati qabel bħala parti mill-vettura u xhieda dokumentarja ma tkunx ġiet ipprovduta. |
11. Istruzzjonijiet
Kull vettura għandha tkun akkumpanjata bl-:
|
11.1. |
Istruzzjonijiet għall-użu |
|
11.2. |
Istruzzjonijiet għall-manutenzjoni |
|
11.3. |
Twissija ġenerali fir-rigward tal-perikolu li jsiru xi alterazzjonijiet jew addizzjonijiet mas-sistema. |
Appendiċi 1
Mudell taċ-ċertifikat ta’ l-installazzjoni
Jiena, hawn taħt iffirmat, …, installatur professjonali, niċċertifika li l-installazzjoni tas-sistema ta’ allarm tal-vettura deskritta hawn taħt twettqet minni stess skond l-istruzzjonijiet ta’ immuntar ipprovduti mill-manifattura tas-sistema.
Deskrizzjoni tal-vettura:
Għamla:
Tip:
Numru tas-serje:
Numru tar-reġistrazzjoni:
Deskrizzjoni tas-sistema ta’ allarm tal-vettura:
Għamla:
Tip:
Numru ta’ approvazzjoni:
Magħmul fi: … fi: …
Indirizz sħiħ ta’l-installatur (u timbru, fejn japplika):
Firma:…
(jekk jogħġbok speċifika l-kariga)
Appendiċi 2
Il-punt 5.2.11
Test għas-sistemi għall-protezzjoni tal-kompartiment tal-passiġġier
Appendiċi 3
Speċifikazzjoni għal swiċċijiet mekkaniċi biċ-ċavetta
|
1. |
Iċ-ċilindru tas-swiċċ biċ-ċavetta m’għandu jipprotrudi b’aktar minn 1 mm mill-cowling, u l-parti li tipprotrudi għandha tkun konika. |
|
2. |
Il-ġonta bejn il-qalba taċ-ċilindru u l-qoxra ta’ barra taċ-ċilindru għandha tkun kapaċi tiflaħ forza tensili ta’ 600 N u tensjoni ta’ 25 Nm |
|
3. |
Is-swiċċ biċ-ċavetta għandu jkun ipprovdut bi cylinder drill obstruction. |
|
4. |
Il-profil taċ-ċavetta għandu jkollu ta’ l-anqas 1 000 permutazzjoni effettiva. |
|
5. |
Is-swiċċ biċ-ċavetta m’għandux jopera b’ċavetta li tkun differenti b’permutazzjoni waħda miċ-ċavetta li taqbel mas-swiċċ biċ-ċavetta. |
|
6. |
L-apertura taċ-ċavetta ta’ swiċċ biċ-ċavetta estern għandu jkollu għatu jew ikun xort’oħra protett kontra d-dħul ta’ trab u/jew ilma. |
Appendiċi 4
Stipulazzjonijiet tekniċi għal mezzi ta’ allarm bil-ħoss (AAD)
|
1. |
L-AAD għandu jibgħat ħoss kontinwu u uniformi, l-ispektrum akustiku tiegħu m’għandux ivarja sostanzjalment matul l-operazzjoni. Għal AAD ipprovdut b’kurrent li jalterna, din il-ħtieġa għandha tapplika biss f’veloċità kostanti tal-ġeneratur, fil-firxa speċifikata fil-punt 2.1.3.2. |
|
2. |
L-AAD għandu jkollu karatteristiċi akkustiċi (distribuzzjoni spettrali tal-livell akustiku ta’ enerġija tal-pressjoni tal-ħoss) u karatteristiċi mekkaniċi, sabiex ikun jista’ jissodisfa t-testijiet li ġejjin, fl-ordni indikat.
|
|
3. |
Testijiet ta’ kemm jiflaħ
|
|
4. |
Testijiet ta’ approvazzjoni
|
( 1 ) ĠU Ċ 112, 27.10.1972, p. 16.
( 2 ) ĠU Ċ 60, 26.7.1973, p. 12.
( 3 ) ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1.
( 4 ) KEE, Geneva, E/ECE/324 - E/ECE/TRANS/505/Rev. Add. 17.
( 5 ) Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ sistema ta’ allarm ta’ vettura jew ma’ immobilizzatur turi li s-sistema ta’ allarm (A) jew l-immobilizzatur (I) jew sistema ta’ allarm b’kombinazzjoni ma’ immobilizzatur (AI) ġiet approvata fi Spanja (e 9), taħt in-numru bażi ta’ approvazzjoni 1406. L-ewwel żewġ numri (00) jindikaw li l-approvazzjoni kienet ingħatat skond din id-Direttiva.
( 6 ) In-numri tal-punti u tan-noti ta’ qiegħ il-paġna wżati f’dan id-dokument ta’ l-informazzjoni jikkorrispondu għal dawk stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE. Il-punti li mhumiex relevanti għall-iskop ta’ din id-Direttiva tħallew barra.
( 7 ) Ħassar fejn ma japplikax.
( 8 ) Jekk il-mezz ta’ l-identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex relevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta’ vettura, ta’ komponent jew ta’ unità teknika separata koperti b’dan iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu: (e.g. ABC??123??).
( 9 ) Kif definit fl-Anness II A tad-Direttiva 70/156/KEE.
( 10 ) Biex jiġu indikati biss għal sistemi ta’ allarm ta’ vetturi (VAS) li għandhom jintużaw fuq vetturi li l-provvista stmata tal-vultaġġ ma tkunx 12-il volt.
( 11 ) Ħassar fejn ma japplikax.
( 12 ) Jekk il-mezz ta’ l-identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex relevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta’ vettura, ta’ komponent jew ta’ unità teknika separata koperti b’dan iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu: (e.g. ABC??123??).
( 13 ) Kif definit fl-Anness II A tad-Direttiva 70/156/KEE.
( 14 ) Ħassar fejn ma japplikax.
( 15 ) Jekk il-mezz ta’ l-identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex relevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta’ vettura, ta’ komponent jew ta’ unità teknika separata koperti b’dan iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu: (e.g. ABC??123??).
( 16 ) Kif definit fl-Anness II A tad-Direttiva 70/156/KEE.
( 17 ) Jekk il-mezz biex jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat jippermetti t-tiskir f’xi pożizzjoni ta’ l-isteering, il-proċeduri deskritti fil- punti 2.2.3 u 2.2.5 għandhom jitħallew barra.
( 18 ) ETSI: Istitut Ewropew ta’ l-Istandards tat-Telekomunikazzjonijiet. Jekk dawn l-istandards ma jkunux disponibbli meta din id-Direttiva tidħol fis-seħħ, allura l-ħtiġiet relevanti domestiċi għandhom japplikaw.
( 19 ) M1& N1 kif iddefiniti fl-Anness II A li jinsab mad-Direttiva 70/156/KEE.
( 20 ) Vetturi biss b’sistemi elettriċi ta’ 12-il volt huma kkunsidrati.
( 21 ) Fanali li huma użati bħala parti mill-mezzi ta’ allarm ottiku u li huma inklużi fis-sistema standard tad-dwal tal-karrozzi m’humiex meħtieġa li jikkonformaw mal-parametri ta’operazzjoni fil-punt 5.1 u m’għandhomx jiġi sottomessi għat-testijiet elenkati fil- punt M1& N1 kif definiti fl-Anness II A li jinsab mad-Direttiva 70/156/KEE. 5.2.