1968R1017 — MT — 01.05.2004 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 1017/68

tad-19 ta' Lulju 1968

li japplika r-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u permess tal-passaġġi fuq l-ilma iinterni

(ĠU L 175, 23.7.1968, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta'Diċembru 2002

  L 1

1

4.1.2003


Emendat bi:

 A1

Att ta’ Adeżjoni tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

  L 73

14

27.3.1972

 A2

  L 291

17

19.11.1979

 A3

  C 241

21

29.8.1994

 A4

  L 236

17

23.9.2003




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 1017/68

tad-19 ta' Lulju 1968

li japplika r-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u permess tal-passaġġi fuq l-ilma iinterni



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u l-Artikoli 75 u 87 ta' dan,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 );

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 );

Billi r-Regolament tal-Kunsill Nru 141 ( 3 ) li jeżenta t-trasport mill-applikazzjoni tar-Regolament Nru 17 jipprovdi li l-imsemmi Regolament Nru 17 ( 4 ) m'għandux japplika għal ftehimijiet, deċiżjonijiet u prassi miftiehma fis-settur tat-trasport li l-effett tagħhom huwa li jiffissaw rati u kondizzjonijiet tat-trasport, sabiex jillimitaw jew jikkontrollaw il-forniment ta' trasport jew lis-swieq tat-trasport maqsum, jew lill-pożizzjonijiet dominanti, fit-tifsira ta' l-Artikolu 86 tat-Trattat, fuq is-suq tat-trasport;

Billi, għat-trasport bil-ferrovija, fuq it-triq u l-passaġġ ta' l-ilma interni, ir-Regolament Nru 1002/67/CEE ( 5 ) jipprovdi li eżenzjoni bħal din m'għandiex testendi wara t-30 ta' Ġunju 1968;

Billi l-istabbiliment ta' regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport bil-ferrovija, fuq it-triq u l-passaġġi ta' l-ilma interni huwa parti mill-politika tat-trasport komuni u tal-politika ekonomika ġenerali;

Billi, meta r-regoli tal-kompetizzjoni għal dawn is-setturi jkunu qegħdin jiġu mfassla, l-fatturi distintivi tat-trasport għandhom jiġu kkunsidrati;

Billi, minħabba li r-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport jidderogaw mir-regoli ġenerali tal-kompetizzjoni, għandu jkun possibli għall-intrapriżi li jaċċertaw liema regoli japplikaw f'kull kas partikolari;

Billi, bl-introduzzjoni ta' sistema ta' regoli dwar il-kompetizzjoni għat-trasport, huwa mixtieq li regoli bħal dawn għandhom japplikaw ugwalment għall-iffinanzjar jew l-akkwist konġunt ta' apparat tat-trasport għall-operat konġunt ta' servizzi minn ċerti agruppamenti ta' intrapriżi, kif ukoll għal ċerti operazzjonijiet konnessi mat-trasport bil-ferrovija, fuq it-triq jew fuq il-passaġġi ta' l-ilma interni jew mal-fornituri ta' servizzi anċillari għat-trasport;

Billi, sabiex jiġi żgurat li n-negozju bejn l-Istati Membri ma jkunx affettwat jew il-kompetizzjoni ġewwa s-suq komuni tiġi mfixkla, huwa meħtieġ li jiġi projbit fil-prinċipju għat-tliet modi ta' trasport speċifikati hawn fuq il-ftehim kollha bejn intrapriżi, deċiżjonijiet ta' assoċjazzjonijiet ta' intrapriżi u prassi miftiehma bejn l-intrapriżi u l-eżempji kollha ta' abbuż ta' pożizzjoni dominanti ġewwa s-suq komuni li jista' jkollhom dawk l-effetti;

Billi ċerti tipi ta' ftehim, deċiżjonijiet u prassi miftiehma fis-settur tat-trasport li l-fini jew l-effett tagħhom huwa biss li japplikaw titjib tekniku jew li jiksbu kooperazzjoni teknika jistgħu jiġu eżentati mill-projbizzjoni fuq ftehim restrittivi peress illi dawn jikkontribwixxu sabiex itejbu l-produttivita; billi, in vista ta' l-esperjenza wara l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kunsill jista', fuq proposta mill-Kummissjoni, jemenda l-lista ta' dawk it-tipi ta' ftehim;

Billi, sabiex it-titjib jingħata appoġġ fl-istruttura li xi drabi hija mferrxa iżżejjed ta' l-industrija tas-setturi tat-toroq u tal-passaġġi ta' l-ilma interni, għandhom ikunu ukoll eżenti mill-projbizzjoni fuq il-ftehim restrittivi dawk il-ftehimijet, deċiżjonijiet u prassi miftiehma li jipprovdu għall-ħolqien u l-operat ta' aggruppamenti ta' intrapriżi f'dawn iż-żewġ setturi ta' trasport li l-iskop tagħhom huwa li jkomplu x-xogħlijiet tat-trasport, inklużi l-iffinanzjar jew l-akkwist konġunt ta' apparat tat-trasport għall-operat konġunt ta' servizzi; billi eżenzjoni ġenerali bħal din tista' tingħata biss bil-kondizzjoni li l-kapaċità tal-ġarr totali ta' gruppament ma teċċedix il-minimu stabbilit, u li l-kapaċità individwali ta' l-intrapriżi li jappartjenu għall-agruppament ma tkunx taqbeż ċerti limiti hekk stabiliti sabiex jiżguraw li l-ebda impriża waħedha ma tkun tista' żżomm pożizzjoni dominanti ġewwa l-agruppament; billi l-Kummissjoni għandha, madanakollu, jkollha s-setgħa li tintervjeni jekk, f'każijiet speċifiċi, dawk il-ftehim jkollhom effetti inkompatibbli mal-kondizzjonijiet li taħthom ftehim restrittiv jista' jiġi rikonoxxut bħala legali, u għandu jikkostitwixxi abbuż ta' l-eżenzjoni; billi, madanakollu, l-fatt li agruppament ikollu kapaċità ta' ġarr totali akbar mill-massimu stabilit, jew li ma jkunx jista' jitlob l-eżenzjoni ġenerali minħabba l-kapaċità individwali ta' l-intrapriżi li jappartjenu lill-agruppament, m'għandux fih innifsu jipprevjeni dak l-agruppament milli jikkostitwixxi ftehim, deċiżjoni jew prattika miftiehma legali jekk dan jissodisfa l-kondizzjonijiet għalih imniżżla f'dan ir-Regolament;

Billi, meta ftehim, deċiżjoni jew prassi miftiehma tikkontribwixxi għat-titjib tal-kwalità tas-servizzi tat-trasport, jew jippromwovi l-kontinwità u l-istabilità akbar fis-sodisfazzjoni tal-bzonnijiet tat-trasport fuq is-swieq fejn il-provvista u d-domanda jistgħu jkunu soġġetti għal ċaqliq temporali konsiderevoli, jew għat-tkattir tal-produttività ta' l-intrapriżi, jew għat-tkomplija tal-progress tekniku jew ekonomiku, għandu jkun possibli li l-projbizzjoni tiġi dikjarata mhux applikabbli, sakemm, madanakollu, il-ftehim, id-deċiżjoni jew il-prassi miftiehma tikkunsidra b'mod xieraq l-interessi ta' dawk li jużaw it-trasport, u la ma jimponi fuq l-impriża konċernata l-ebda restrizzjoni mhux indispensabbli għall-kisba tal-finijiet t'hawn fuq u lanqas ma jagħmilha impossibli għal dik l-impriża li telimina l-kompetizzjoni fir-rigward ta' parti sostanzjali tas-suq tat-trasport konċernat, wara li tiġi kunsidrata l-kompetizzjoni minn forom ta' trasport alternattivi;

Billi huwa mixtieq sa dak iż-żmien meta l-Kunsill, skond il-politika tat-trasport komuni, jintroduċi l-miżuri xierqa sabiex jiżgura suq tat-trasport stabbli, u soġġett għall-kondizzjoni li l-Kunsill ikun sab li testisti stat ta' kriżi, li jawtorizza, għas-suq in kwestjoni, dawk il-ftehimijiet li jkunu meħtieġa sabiex inaqqsu t-tfixkil li jirriżulta mill-istruttura tas-suq tat-trasport;

Billi, fir-rigward tat-trasport bil-ferrovija, fuq it-triq u fuq il-passaġġ ta' l-ilma interni, huwa mixtieq li l-Istati Membri m'għandhom la jwettqu u lanqas iżommu fis-seħħ miżuri kuntrarji għal dan ir-Regolament li jirrigwardaw l-intrapriżi pubbliċi jew intrapriżi li għalihom huma jagħtu drittijiet speċjali jew esklussivi; billi huwa ukoll mixtieq li intrapriżi fdati bl-operazzjoni ta' servizzi ta' importanza ekonomika ġenerali għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament sakemm l-applikazzjoni ta' dan ma tfixkilx, legakwerela jew fil-fatt, il-kisba tal-biċċa xogħol partikolari assenjata lilhom, dejjem pprovdut li l-iżvilupp tan-negozju ma jkunx effetwat minnhom sa dak il-punt li jkun kuntrarju għall-interessi tal-Komunità; billi l-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tara li dawn il-prinċipji jiġu applikati u li tindirizza d-direttivi jew id-deċiżjonijiet xierqa għal dan il-għan lill-Istati Membri;

Billi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-prinċipji bażiċi ta' dan ir-Regolament iridu jiġu mfassla b'tali mod li mhux biss jiżguraw is-supervisjoni effettiva filwaqt li jissimplifikaw kemm jista' jkun l-amministrazzjoni iżda ukoll li jossidisfaw l-ħtiġiet ta' l-intrapriżi sabiex ikun hemm ċertezza fil-liġi;

Billi jiġi mill-intrapriżi nnifishom, fl-ewwel lok, li jaraw jekk l-effetti predominanti tal-ftehim, tad-deċiżjonijiet jew tal-prassi miftiehma tagħhom humiex ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni jew il-benefiċċji ekonomiċi aċċettabbli bħala ġustifikazzjoni għal restrizzjoni bħal din u li jiddeċiedu skond dan, fuq responsabbiltà tagħhom stess, dwar l-illegalità jew il-legalità ta' dawn il-ftehim, deċiżjonijiet jew prassi miftiehma;

Billi, għalhekk, l-intrapriżi għandhom jitħallew jikkonkludu jew iħaddmu ftehim mingħajr ma jiddikjarawhom; billi dan jesponi dawn il-ftehim għar-riskju li jiġu dikjarati nulli b'effett retroattiv jekk jiġu eżeminati wara kwerela jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess, iżda ma jipprevjenix li dawn jiġu dikjarati retroattivament legali fil-kas ta' eżami sussegwenti bħal dan;

Billi, madanakollu, l-intrapriżi jistgħu, f'ċerti każijiet, ikunu jixtiequ l-assistenza ta' l-awtoritajiet kompetenti sabiex jiżguraw li l-ftehim, jew id-deċiżjonijiet tal-prassi miftiehma jkunu f'konformità mar-regoli applikabbli; billi għal dan il-għan għandu jkun hemm disponibbli għall-intrapriżi proċedura li permezz tagħha huma jkunu jistgħu jissottomettu applikazzjonijiet lill-Kummissjoni u li permezz tagħha sommarju ta' kull waħda minn dawn l-aplikazzjonijiet tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, b'mod li jkun possibli għal kull terza persuna interessata li tissottometti l-kummenti tagħha dwar il-ftehin in kwestjoni; billi, fin-nuqqas ta' kwerela mill-Istati Membri jew minn terzi persuni interessati u sakemm il-Kummissjoni ma tinnotifikax lill-applikanti fil-limitu taż-żmien stabbilit, li hemm dubji serji dwar il-legalità tal-ftehim in kwestjoni, dak il-ftehim għandu jitqies bħala eżenti mill-projbizzjoni għaż-żmien li diġà għadda u għal perjodu ulterjuri ta' tliet snin oħra;

Billi, in vista tan-natura eċċezjonali tal-ftehimijiet meħtieġa sabiex jitnaqqas ix-xkiel li jirrisulta mill-istruttura tas-suq tat-trasport, malli l-Kunsill isib li jeżisti stat ta' kriżi l-intrapriżi li jixtiequ jiksbu l-awtorizzazjoni għal dak il-ftehim għandhom jiġu mitluba sabiex jinnotifikawh lill-Kummissjoni; billi l-awtorizzazjoni mill-Kummissjoni għandu jkollha effett biss mid-data meta tiddeċiedi li tagħtiha; billi l-perjodu ta' validità ta' awtorizzazjoni bħal din m'għandux jaqbeż tliet snin mis-sejba ta' stat ta' kriżi mill-Kunsill; billi it-tiġdid tad-deċiżjoni għandu jiddependi fuq it-tiġdid tas-sejba ta' l-Istat ta' kriżi mill-Kunsill; billi, f'kull kas, l-awtorizzazjoni għandha tieqaf milli tibqa' valida mhux aktar tard minn sitt xhur minn meta l-Kunsill idaħħal fis-seħħ miżuri xierqa sabiex jiżguraw l-istabilità tas-suq tat-trasport li għalih jirreferi il-ftehim;

Billi, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ġewwa s-suq komuni tar-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport, għandhom isiru regoli taħt liema l-Kummissjoni, f'relazzjoni mill-qrib u kostanti ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, tista' tieħu l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli tal-kompetizzjoni;

Billi għal dan il-għan il-Kummissjoni għandu jkollha l-kooperazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri u għandha jkollha s-setgħa fis-suq komuni kollhu li titlob dik l-informazzjoni u li twettaq dawk l-investigazzjonijiet li huma meħtieġa sabiex jiżvelaw kull ftehim, deċiżjoni jew prassi miftiehma projbita taħt dan ir-Regolament, jew kull abbuż ta' pożizzjoni dominanti projbit taħt dan ir-Regolament;

Billi, jekk, meta jiġi applikat ir-Regolament għal kas speċifiku, Stat Membru jkun ta' l-opinjoni li jkun hemm involuta kwestjoni ta' prinċipju li jirrigwarda l-politika tat-trasport komuni, għandu jkun possibli li dawn il-kwistjonijiet ta' prinċipju jiġu eżaminati mill-Kunsill; billi għandu jkun possibli li l-kwistjonijiet ġenerali kollha mqajma bl-implimentazzjoni tal-politika tal-kompetizzjoni fis-settur tat-trasport jiġu riferiti lill-Kunsill; billi trid tiġi pprovduta proċedura li tiżgura li kull deċiżjoni li tapplika r-Regolament f'kas speċifiku tittieħed mill-Kummissjoni biss wara li l-kwistjonijiet ta' prinċipju jkunu ġew eżaminati mill-Kunsill, u in vista tal-linji ta' gwida li jirrisultaw minn dak l-eżami;

Billi, sabiex twettaq id-dover tagħha li tiżgura li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jiġu applikati, l-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tindirizza lill-intrapriżi jew lill-assoċjazzjonijiet ta' intrapriżi rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet bil-għan li jitwaqqaf il-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jiprojbixxu ċerti ftehim, deċiżjonijiet jew prassi;

Billi l-konformità mal-projbizzjonijiet imniżżla f'dan ir-Regolament u t-twettiq ta' l-obbligi imposti fuq intrapriżi u assoċjazzjonijiet ta' intrapriżi taħt dan ir-Regolament iridu jkunu infurzabbli permess ta' multi u pagamenti ta' penalitajiet perjodiċi;

Billi l-intrapriżi konċernati jridu jingħataw id-dritt li jinstemgħu mill-Kummissjoni, it-terzi persuni li l-interessi tagħhom jistgħu jiġu affetwati minn deċiżjoni jridu jingħataw l-opportunità li jissottomettu l-kummenti tagħhom minn qabel, u jrid jiġi żgurat illi tingħata pubbliċità wiesgħa lid-deċiżjonijiet meħuda;

Billi huwa mixtieq li tingħata lill-Qorti tal-Ġustizzja, skond l-Artikolu 172, ġurisdizzjoni illimitata fir-rigward ta' deċiżjonijiet li taħthom il-Kummissjoni timponi multi jew pagamenti ta' penalitajiet perjodiċi;

Billi huwa konvenjenti li jiġi pospost għal sitt xhur, fir-rigward ta' ftehim u prassi miftiehma eżistenti fid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitàjiet Ewropej, id-dħul fis-seħħ tal-projbizzjoni mniżżla fir-Regolament, sabiex tagħmilha eħfef għall-intrapriżi li jaġġustaw l-operat tagħhom sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tiegħu;

Billi, wara d-diskussjonijiet ma' pajjiżi terzi li ffirmaw il-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni tar-Rhine, u fi żmien perjodu ta' żmien xieraq mill-konklużjoni ta' dawk id-diskussjonijiet, dan ir-Regolament fl-intier tiegħu għandu jiġi emendat kif meħtieġ in vista ta' l-obbligi li joħorġu mill-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni tar-Rhine;

Billi r-Regolament għandu jiġi emendat kif meħtieġ in vista ta' l-esperjenza akkwistata matul il-perjodu ta' tliet snin; billi ser ikun b'mod partikolari mixtieq illi jiġi kkonsidrat jekk, in vista ta' l-iżvilupp tal-politika għat-trasport komuni għal dak il-perjodu, l-iskop tar-Regolament għandux jiġi estiż għall-ftehim, deċiżjonijiet u prassi miftiehma, u għal tipi ta' abbuz ta' pożizzjoni dominanti, li ma jaffetwax in-negozju bejn l-Istati Membri,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



L-Artikolu 1

Dispożizzjoni bażika

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom, fil-qasam tat-trasport bil-ferrovija, fuq it-triq u fuq il-passaġġi ta' l-ilma interni, japplikaw kemm għall-ftehimijiet, għad-deċiżjonijiet u għall-prassi miftiehma kollha li għandhom bħala l-fini jew l-effett tagħhom l-iffissar ta' rati u ta' kondizzjonijiet tat-trasport, il-limitazzjoni jew il-kontroll tal-provvista tat-trasport, il-qsim ta' swieq ta' trasport, l-applikazzjoni ta' titjib tekniku jew kooperazzjoni teknika, jew l-iffinanzjar jew l-akkwist konġunt ta' tagħmir tat-trasport jew provvisti meta dawn l-operazzjonijiet ikunu direttament relatati mal-provvista ta' servizzi tat-trasport minn agruppament fit-sens ta' l-Artikolu 4 ta' intrapriżi tat-trasport fuq it-triq u fuq il-passaġġi ta' l-ilma interni, kif ukoll għall-abbuż ta' pożizzjoni dominanti fuq is-suq tat-trasport. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għal dawk li jipprovdu servizzi anċillari għat-trsport li għandhom xi finijiet jew effetti minn dawk imniżżla hawn fuq.

▼M1 —————

▼B

L-Artikolu 3

Eċċezzjoni għall-ftehimijiet tekniċi

1.   ►M1  Il-projbizzjoni fl-Artikolu 81(1) tat-Trattat ◄ m'għandiex tapplika għal ftehimijiet, deċiżjonijiet jew prassi miftiehma li l-fini jew l-effett tagħhom huwa li japplikaw titjib tekniku jew li jiksbu kooperazzjoni teknika permess ta':

(a) l-istandardizzazjoni ta' apparat, provvisti tat-trasport, vetturi jew installazjonijiet fissi;

(b) l-iskambju jew il-qsim ta' servizzi tat-trasport, ta' ħaddiema, ta' apparat, ta' vetturi jew ta' installazjonijiet fissi, bl-iskop li joperaw servizzi tat-trasport;

(ċ) l-organizzazjoni u l-eżekuzzjoni ta' xogħolijiet ta' trasport suċċessivi, kumplimentari, sostituttivi jew magħquda, u l-iffissar u l-applikazzjoni ta' rati u kondizzjonijiet inklusivi għal dawk ix-xogħolijiet, li jinkludu rati kompetittivi speċjali;

(d) l-użu, għal vjaġġi permess ta' mod ta' trasport wieħed, tar-rotot li huma l-aktar razzjonali mill-punto di vista operattiv;

(e) il-koordinazzjoni ta' skedi tal-ħinijiet tat-trasport għall-konnessjoni tar-rotot;

(f) l-agruppament ta' konsenji individwali;

(g) l-istabbiliment ta' regoli uniformi dwar l-istruttura tat-tariffi u l-kondizzjonijiet ta' applikazzjoni tagħhom, sakemm dawn ir-regoli ma jistabbilixxux r-rati u l-kondizzjonijiet tat-trasport.

2.  Il-Kummissjoni għandha, fejn ikun xieraq, tissottometti proposti lill-Kunsill bl-iskop li tiġi estiża jew imnaqqsa l-lista fil-paragrafu 1.

L-Artikolu 4

Eżenzjoni għal gruppi ta' intrapriżi ta' daqs żgħir u medju

1.   ►M1  Ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma skond l-Artikolu 81(1) tat-Trattat ◄ għandhom jiġu eżentati mill-projbizzjoni f'dak l-Artikolu meta l-għan tagħhom huwa:

 il-kostituzzjoni u t-tħaddim ta' agruppamenti ta' intrapriżi tat-trasport fuq it-triq jew fuq il-passaġġi ta' l-ilma interni bl-iskop li jitwettqu l-attivitajiet tat-trasport;

 l-iffinanzjar jew l-akkwist konġunt ta' apparat jew provvisti tat-trasport, meta dawn l-operazzjonijiet ikunu direttament relatati mal-provvista ta' servizzi tat-trasport u jkunu meħtieġa għax-xogħlijiet konġunti ta' l-agruppamenti hawn fuq imsemmija;

dejjem sakhemm il-kapaċità ta' ġarr totali ta' xi agruppament ma taqbiżx:

 10 000 tunellata metrika fil-kas ta' trasport fuq it-triq,

 500 000 tunellata metrika fil-kas ta' trasport permess ta' passaġġi ta' l-ilma interni.

Il-kapaċità individwali ta' kull intrapriża li tappartjeni għal agruppament m'għandiex taqbeż l-1 000 tunellata metrika fil-kas ta' trasport fuq it-triq jew il-50 000 tunellata metrika fil-kas tat-trasport fuq il-passaġġi ta' l-ilma intern.

▼M1

2.  Jekk l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattiċi miftiehma kopruta mil-paragrafu 1 għandu, kull każ mogħti, effetti li huma inkompattibli mal-rekwisiti ta’ l-Artikolu 81(3) tat-Trattat, l-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet ta’ l-impriża jistgħu jkunu rekwiżiti li jwaqqfu dawn l-effetti.

▼M1 —————

▼B

L-Artikolu 13

It-tul ta' żmien u r-revoka ta' deċiżjonijiet li japplikaw l-Artikolu 5

▼M1 —————

▼B

3.  Il-Kummissjoni tista' tirrevoka jew temenda d-deċiżjoni tagħha jew tipprojbixxi atti speċifikati tal-partijiet:

(a) meta tkun saret bidla f'xi wieħed mill-fatti li kienu bażilari għat-teħid tad-deċiżjoni;

(b) meta l-partijiet iwettqu ksur ta' xi obbligu annessa mad-deċiżjoni;

(ċ) meta d-deċiżjoni tkun ibbażata fuq informazzjoni skorretta jew tkun ingħatat b'ingann;

(d) meta l-partijiet jabbużaw mill-eżenzjoni mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2 mogħtija lilhom permess tad-deċiżjoni.

Fil-kasijiet li jaqgħu taħt (b), (ċ) jew (d), id-deċiżjoni tista' tiġi revokata b'effett retroattiv.

▼M1 —————

▼B

L-Artikolu 30

Dħul fis-seħħ, ftehim eżistenti

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1968.

▼M1 —————

▼B

L-Artikolu 31

Reviżjoni tar-Regolament

1.  Fi żmien sitt xhur mill-konklużjoni tad-diskussjonijiet mal-pajjiżi terzi li huma firmatarji tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni tar-Rhine; il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jagħmel kull emendi lil dan ir-Regolament li jistgħu jkunu meħtieġa fid-dawl ta' l-obbligi li jirrisultaw mill-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni tar-Rhine.

2.  Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill, qabel l-1 ta' Jannar 1971, rapport ġenerali dwar l-operat ta' dan ir-Regolament u, qabel l-1 ta' Lulju 1971, proposta għal Regolament sabiex jagħmel l-emendi meħtieġa għal dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU C 205, tal-11.12.1964, p. 3505/64.

( 2 ) ĠU C 103, tat-12.6.1965, p. 1792/65.

( 3 ) ĠU C 124, tat-28.11.1962, p. 2751/62.

( 4 ) ĠU C 13, tal-21.2.1962, p. 204/62.

( 5 ) ĠU C 306, tas-16.12.1967, p. 1.