02020R1784 — MT — 01.05.2025 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) 2020/1784 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (ĠU L 405 2.12.2020, p. 40) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT (UE) 2023/2844 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Diċembru 2023 |
L 2844 |
1 |
27.12.2023 |
|
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) 2020/1784 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Novembru 2020
dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti)
(riformulazzjoni)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“Stat Membru tal-forum” tfisser l-Istat Membru li fih isiru l-proċedimenti ġudizzjarji;
“sistema tal-IT deċentralizzata” tfisser netwerk ta’ sistemi nazzjonali tal-IT u punti ta’ aċċess interoperabbli, li joperaw taħt ir-responsabbiltà u l-ġestjoni individwali ta’ kull Stat Membru, li jippermetti l-iskambju transfruntier sigur u affidabbli ta’ informazzjoni bejn is-sistemi tal-IT nazzjonali.
Artikolu 3
Aġenziji mittenti u riċeventi
Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja:
l-ismijiet u l-indirizzi tal-aġenziji riċeventi msemmija fil-paragrafi 2 u 3;
iż-żoni ġeografiċi li fihom dawk l-aġenziji riċeventi għandhom ġuriżdizzjoni;
il-mezzi li bihom dawk l-aġenziji riċeventi jkunu jistgħu jirċievu d-dokumenti fejn japplika l-Artikolu 5(4); u
il-lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formoli li jinsabu fl-Anness I.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’kull tibdil sussegwenti tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.
Artikolu 4
Korp ċentrali
Kull Stat Membru għandu jaħtar korp ċentrali li jkun responsabbli għal:
il-forniment ta’ informazzjoni lill-aġenziji mittenti;
it-tiftix ta’ soluzzjonijiet għal kwalunkwe diffikultà li tista’ tinqala’ waqt it-trażmissjoni tad-dokumenti li jridu jkunu nnotifikati;
it-trażmissjoni, f’każijiet eċċezzjonali, ta’ talba għan-notifika lill-aġenzija riċeventi kompetenti fuq talba ta’ aġenzija mittenti.
Stati Membri Federali, Stati Membri li fihom japplikaw diversi sistemi legali u Stati Membri b’unitajiet territorjali awtonomi jistgħu jaħtru aktar minn korp ċentrali wieħed.
Artikolu 5
Mezzi ta’ komunikazzjoni li għandhom jintużaw mill-aġenziji mittenti, mill-aġenziji riċeventi u mill-korpi ċentrali
Artikolu 6
Effetti legali ta’ dokumenti elettroniċi
Id-dokumenti li jiġu trażmessi permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata ma għandhomx jiġu miċħuda effett legali jew meqjusin inammissibbli bħala provi fil-proċedimenti unikament minħabba li huma f’forma elettronika.
Artikolu 7
Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi
Meta l-indirizz tal-persuna li għandha tiġi nnotifikata b’dokument ġudizzjarju jew extraġudizzjarju fi Stat Membru ieħor ma jkunx magħruf, dak l-Istat Membru għandu jipprovdi assistenza biex jiġi ddeterminat l-indirizz b’mill-inqas wieħed mill-metodi li ġejjin:
jipprovdi għall-awtoritajiet maħturin li lilhom l-aġenziji mittenti jkunu jistgħu jindirizzaw talbiet dwar id-determinazzjoni tal-indirizz tal-persuna li għandha tiġi nnotifikata;
iħalli lil persuni minn Stati Membri oħra jippreżentaw talbiet, inkluż b’mod elettroniku, għal informazzjoni dwar indirizzi ta’ persuni li għandhom jiġu nnotifikati direttament fir-reġistri dwar id-domiċilju jew f’bażijiet tad-data oħra pubblikament aċċessibbli permezz ta’ formola standard disponibbli fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika; jew
jipprovdi informazzjoni dettaljata, permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika, dwar kif għandhom jinstabu l-indirizzi tal-persuni nnotifikati.
Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja, bil-ħsieb li ssir disponibbli permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika:
il-mezzi ta’ assistenza li l-Istat Membru ser jipprovdi fit-territorju tiegħu skont il-paragrafu 1;
fejn applikabbli, l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1;
jekk l-awtoritajiet tal-Istat Membru indirizzat humiex ser jippreżentaw, fuq inizjattiva tagħhom stess, talbiet lir-reġistri dwar id-domiċilju jew lill-bażijiet tad-data oħra għal informazzjoni dwar l-indirizzi f’każijiet fejn l-indirizz indikat fit-talba għan-notifika ma jkunx korrett.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla sussegwenti fl-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.
KAPITOLU II
DOKUMENTI ĠUDIZZJARJI
TAQSIMA 1
Trażmissjoni u notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji
Artikolu 8
Trażmissjoni tad-dokumenti
Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni minbarra dik tiegħu li fiha l-formola tista’ timtela.
Artikolu 9
Traduzzjoni ta’ dokumenti
Artikolu 10
Riċevuta tad-dokumenti għand l-aġenzija riċeventi
Artikolu 11
Notifika ta’ dokumenti
L-aġenzija riċeventi għandha tieħu l-passi kollha neċessarji biex twettaq in-notifika tad-dokument malajr kemm jista’ jkun, u f’kull każ, fi żmien xahar minn meta tirċievih. Jekk ma jkunx possibbli li n-notifika titwettaq fi żmien xahar mir-riċevuta tad-dokument, l-aġenzija riċeventi għandha:
immedjatament tinforma lill-aġenzija mittenti permezz tal-formola K fl-Anness I jew, jekk l-aġenzija mittenti tkun talbet informazzjoni permezz tal-formola I fl-Anness I, permezz tal-formola J fl-Anness I; u
tkompli tieħu l-passi kollha neċessarji biex tinnotifika d-dokument, meta jkun jidher li ser ikun possibbli li titwettaq in-notifika f’perijodu ta’ żmien raġonevoli, sakemm l-aġenzija mittenti ma tindikax li n-notifika ma għandhiex neċessarja.
Artikolu 12
Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument
Id-destinatarju jista’ jirrifjuta li jaċċetta d-dokument li għandu jiġi notifikat jekk id-dokument ma jkunx miktub, jew ma jkunx akkumpanjat bi traduzzjoni:
f’lingwa li jifhimha d-destinatarju; jew
fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru indirizzat jew, jekk dak l-Istat Membru jkollu diversi lingwi uffiċjali, il-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn ser issir in-notifika.
L-aġenzija riċeventi għandha tinforma lid-destinatarju bid-dritt previst fil-paragrafu 1 fejn id-dokument ma jkunx miktub jew ma jkunx akkumpanjat bi traduzzjoni, f’lingwa msemmija fil-punt (b) ta’ dak il-paragrafu, billi tehmeż flimkien mad-dokument li għandu jiġi nnotifikat il-formola L fl-Anness I li għandha tkun ipprovduta:
fil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ta’ oriġini; u
f’lingwa msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1.
Jekk ikun hemm indikazzjoni li d-destinatarju jifhem lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru ieħor, il-formola L fl-Anness I għandha tkun ipprovduta ukoll b’dik il-lingwa.
Fejn Stat Membru jittraduċi l-formola L fl-Anness I b’lingwa ta’ pajjiż terz, huwa għandu jikkomunika dik it-traduzzjoni lill-Kummissjoni bil-ħsieb li din issir disponibbli fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.
Artikolu 13
Data tan-notifika
Artikolu 14
Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat
Artikolu 15
Spejjeż tan-notifika
B’deroga mill-paragrafu 1, l-applikant għandu jħallas jew irodd lura l-ispejjeż għal:
l-użu ta’ uffiċjal ġudizzjarju jew ta’ persuna kompetenti skont il-liġi tal-Istat Membru indirizzat;
l-użu ta’ metodu partikolari ta’ notifika.
L-Istati Membri għandhom jistipulaw ħlas fiss uniku għall-użu ta’ uffiċjal ġudizzjarju jew ta’ persuna kompetenti skont il-liġi tal-Istat Membru indirizzat. Dak il-ħlas għand jkun f’konformità mal-prinċipji ta’ proporzjonalità u n-nondiskriminazzjoni. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw tali ħlas fiss lill-Kummissjoni.
TAQSIMA 2
Mezzi oħra ta’ trażmissjoni u notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji
Artikolu 16
Trażmissjoni b’mezzi diplomatiċi jew konsulari
F’ċirkostanzi eċċezzjonali, kull Stat Membru jista’ juża mezzi diplomatiċi jew konsulari biex jittrażmetti d-dokumenti ġudizzjarji bil-għan li jinnotifikahom lil l-aġenziji riċeventi jew lill-korpi ċentrali ta’ Stat Membru ieħor.
Artikolu 17
Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari
Artikolu 18
Notifika bis-servizzi postali
In-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji tista’ ssir direttament bis-servizzi postali lil persuni preżenti fi Stat Membru ieħor permezz ta’ ittra rreġistrata b’konferma tar-riċevuta jew l-ekwivalenti.
Artikolu 19
Servizz elettroniku
In-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji tista’ ssir direttament lil persuna li għandha indirizz magħruf għal notifika fi Stat Membru ieħor permezz ta’ kwalunkwe mezz ta’ notifika elettronika disponibbli skont il-liġi tal-Istat Membru tal-forum għan-notifika domestika ta’ dokumenti, dment li:
id-dokumenti jintbagħtu u jiġu riċevuti bl-użu ta’ servizzi elettroniċi kwalifikati ta’ konsenja rreġistrati skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-destinatarju jkun ta l-kunsens espliċitu minn qabel għall-użu ta’ mezzi elettroniċi għan-notifika ta’ dokumenti matul proċedimenti legali; jew
id-destinatarju jkun ta l-kunsens espliċitu minn qabel lill-qorti jew lill-awtorità vestita bil-proċedimenti jew lill-parti responsabbli min-notifika ta’ dokumenti f’tali proċedimenti għall-użu tal-posta elettronika mibgħuta lejn indirizz tal-posta elettronika speċifikat għall-fini tan-notifika ta’ dokumenti matul dawk il-proċedimenti u d-destinatarju jikkonferma r-riċevuta tad-dokument b’konferma tar-riċevuta, inkluż id-data tar-riċevuta.
Artikolu 19a
Servizz elettroniku permezz tal-punt ta’ aċċess elettroniku Ewropew
Artikolu 20
Notifika diretta
KAPITOLU III
DOKUMENTI EXTRAĠUDIZZJARJI
Artikolu 21
Trażmissjoni u notifika ta’ dokumenti extraġudizzjarji
Id-dokumenti extraġudizzjarji jistgħu jintbagħtu u innotifikati fi Stat Membru ieħor f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 22
Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti
Meta dokument li jniedi l-proċedimenti jew l-ekwivalenti tiegħu kellu jiġi trażmess lil Stat Membru ieħor għall-fini ta’ notifika skont dan ir-Regolament u l-konvenut ma deherx għall-proċedimenti, is-sentenza ma għandhiex tinqata’ qabel ma jiġi stabbilit li n-notifika jew il-konsenja tad-dokument kienet saret kmieni biżżejjed biex tippermetti lill-konvenut jippreżenta d-difiża tiegħu u li:
id-dokument kien innotifikat permezz ta’ metodu preskritt mil-liġi tal-Istat Membru indirizzat għan-notifika ta’ dokumenti f’azzjonijiet domestiċi għal persuni li jinsabu fit-territorju tiegħu; jew
id-dokument kien fil-fatt twassal lill-konvenut jew lir-residenza tal-konvenut b’metodu ieħor previst minn dan ir-Regolament.
Kull Stat Membru jista’ jgħarraf lill-Kummissjoni l-fatt li qorti, minkejja l-paragrafu 1, tista’ tagħti s-sentenza anki jekk ma jkun wasal l-ebda ċertifikat ta’ notifika jew riċevuta tad-dokument li beda l-proċedimenti jew l-ekwivalenti tiegħu, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
id-dokument ikun ġie trażmess permezz ta’ wieħed mill-metodi previsti f’dan ir-Regolament;
ikun għadda perijodu meqjus xieraq mill-qorti fil-każ partikolari, li ma għandux ikun inqas minn sitt xhur, mid-data tat-trażmissjoni tad-dokument;
ma jkun wasal l-ebda tip ta’ ċertifikat, għalkemm ikun sar kull sforz raġonevoli biex dan jinkiseb permezz tal-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi tal-Istat Membru indirizzat.
Dik l-informazzjoni għandha ssir disponibbli permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.
Meta d-dokument li jniedi l-proċedimenti jew l-ekwivalenti tiegħu kellu jiġi trażmess lil Stat Membru ieħor għall-fini ta’ notifika f’konformità ma’ dan ir-Regolament u s-sentenza tkun inqatgħet kontra konvenut li ma jkunx deher għall-proċedimenti, l-imħallef għandu jkollu s-setgħa li jeħles lill-konvenut mill-effetti tal-iskadenza taż-żmien għall-appell mis-sentenza meta ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:
il-konvenut, mingħajr ma kellu ebda ħtija, ma kienx jaf bid-dokument fi żmien biżżejjed biex jippreżenta d-difiża tiegħu, jew ma kienx jaf bis-sentenza fi żmien biżżejjed biex jappella; u
il-konvenut wera li għandu eċċezzjonijiet prima facie xi jressaq kontra l-merti tal-azzjoni.
Applikazzjoni għal tali ħelsien mir-responsabbiltà tista’ tiġi ppreżentata biss fi żmien raġonevoli wara li l-konvenut ikun sar jaf bis-sentenza.
Kull Stat Membru jista’ jgħarraf lill-Kummissjoni l-fatt li applikazzjoni għall-ħelsien mir-responsabbiltà mhux ser tkun ammissibbli jekk tiġi ppreżentata wara l-iskadenza ta’ data stabbilita mill-Istat Membru f’dik il-komunikazzjoni. L-iskadenza ma għandha fl-ebda każ tkun anqas minn sena wara d-data tas-sentenza. Dik l-informazzjoni għandha ssir disponibbli permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.
Artikolu 23
Emenda tal-Anness I
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 24 biex temenda l-Anness I sabiex taġġorna l-formoli standard stipulati hemmhekk jew sabiex tagħmel tibdil tekniku f’dawk il-formoli.
Artikolu 24
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 25
Adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu s-sistema tal-IT deċentralizzata, li jistabbilixxu s-segwenti:
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jiddefinixxu l-metodi ta’ komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi għall-finijiet tas-sistema tal-IT deċentralizzata;
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-protokolli ta’ komunikazzjoni;
l-objettivi tas-sigurtà tal-informazzjoni u l-miżuri tekniċi rilevanti li jiżguraw l-istandards minimi ta’ sigurtà tal-informazzjoni għall-ipproċessar u l-komunikazzjoni ta’ informazzjoni fis-sistema tal-IT deċentralizzata;
l-objettivi ta’ disponibbiltà minima u r-rekwiżiti tekniċi relatati possibbli għas-servizzi pprovduti mis-sistema tal-IT deċentralizzata;
l-istabbiliment ta’ kumitat ta’ tmexxija li fih rappreżentanti tal-Istati Membri biex jiġu żgurati t-tħaddim u l-manutenzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 26
Proċedura ta’ kumitat
Artikolu 27
Software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza
Artikolu 28
Spejjeż tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Artikolu 29
Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:
kopja ta’ kwalunkwe ftehim jew arranġament imsemmi fil-paragrafu 2 konklużi bejn l-Istati Membri, kif ukoll abbozzi ta’ kwalunkwe ftehim jew arranġament li bi ħsiebhom jadottaw; u
kull denunzja ta’, jew emenda għal, dawk il-ftehimiet jew arranġamenti.
Artikolu 30
Għajnuna legali
Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa l-applikazzjoni tal-Artikolu 24 tal-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-Proċedura Ċivili jew l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess internazzjonali għall-ġustizzja tal-25 ta’ Ottubru 1980 bejn l-Istati Membri li huma parti għal dawk il-Konvenzjonijiet.
Artikolu 31
Protezzjoni tal-informazzjoni trażmessa
Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ data mill-awtoritajiet kompetenti fil-livell tal-Unjoni għandu jsir f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.
Data personali li mhijiex rilevanti għat-trattament ta’ każ speċifiku għandha titħassar minnufih.
Artikolu 32
Ir-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-liġi tal-Unjoni
Id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni kollha involuti għandhom jiġu osservati u rrispettati b’mod sħiħ mal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari d-drittijiet għal aċċess ugwali għall-ġustizzja, għan-nondiskriminazzjoni u għall-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza.
Artikolu 33
Komunikazzjoni, pubblikazzjoni u manwal
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni jekk il-liġi nazzjonali tagħhom tkun tirrikjedi li dokument jiġi nnotifikat f’perijodu ta’ żmien partikolari kif imsemmi fl-Artikoli 12(5) u 13(2).
Artikolu 34
Monitoraġġ
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni d-data li ġejja u li hi neċessarja għall-finijiet ta’ monitoraġġ, fejn tkun disponibbli:
l-għadd ta’ talbiet għan-notifika ta’ dokumenti trażmessi f’konformità mal-Artikolu 8;
l-għadd ta’ talbiet għan-notifika ta’ dokumenti mwettqa f’konformità mal-Artikolu 11;
l-għadd ta’ każijiet fejn it-talba għan-notifika ta’ dokumenti ġiet trażmessa b’mezzi oħra minflok permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata f’konformità mal-Artikolu 5(4);
l-għadd ta’ ċertifikati ta’ nuqqas ta’ notifika ta’ dokumenti riċevuti;
l-għadd ta’ rifjuti ta’ dokumenti għal raġunijiet ta’ lingwa li rċevew l-aġenziji mittenti.
Artikolu 35
Evalwazzjoni
Artikolu 36
Tħassir
Artikolu 37
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
ANNESS I
FORMOLA A
|
TALBA GĦAN-NOTIFIKA TA’ DOKUMENTI (Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (1)) |
|
(1)
ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40. |
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:
1. AĠENZIJA MITTENTI
Identità:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel.
Fax ( 2 ):
Posta elettronika:
2. AĠENZIJA RIĊEVENTI
Identità:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel.
Fax (2) :
Posta elettronika:
3. APPLIKANT(I) ( 3 )
Identità:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel. (2) :
Fax (2) :
Posta elettronika (2) :
4. DESTINATARJU
Identità:
Data tat-twelid, jekk disponibbli:
Indirizz
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel. (2) :
Fax (2) :
Posta elettronika (2) :
Numru tal-identità/numru tas-sigurtà soċjali/numru tal-organizzazzjoni/jew l-ekwivalenti (2) :
Kwalunkwe informazzjoni oħra relatata mad-destinatarju (2) :
5. METODU TA’ NOTIFIKA
F’konformità mal-liġi tal-Istat Membru indirizzat□
Bil-metodu partikolari li ġej□
Jekk dan il-metodu huwa inkompatibbli mal-liġi tal-Istat Membru indirizzat, id-dokument(i) għandu/għandhom jiġi/u notifikat(i) f’konformità mal-liġi ta’ dak l-Istat Membru:
iva□
le□
6. DOKUMENT LI GĦANDU JIĠI NNOTIFIKAT
Natura tad-dokument:
ġudizzjarju□
ċitazzjoni□
deċiżjoni/sentenza□
appell□
ieħor (jekk jogħġbok speċifika):
extraġudizzjarju□
Data jew limitu ta’ żmien li warajh ma tkunx aktar neċessarja n-notifika (2) :
(jum) (xahar) (sena)
Lingwa tad-dokument:
oriġinali BG □, ES □, CS □, DE □, ET □, EL □, EN □, FR □, GA □, HR □, IT □, LV □, LT □, HU □, MT □, NL □, PL □, PT □, RO □, SK □, SL □, FI □, SV □, oħra □ (jekk jogħġbok speċifika)
traduzzjoni (2) BG □, ES □, CS □, DE □, ET □, EL □, EN □, FR □, GA □, HR □, IT □, LV □, LT □, HU □, MT □, NL □, PL □, PT □, RO □, SK □, SL □, FI □, SV □, oħra □ (jekk jogħġbok speċifika)
Għadd ta’ dokumenti mehmuża:
7. LINGWA TAL-INFORMAZZJONI LID-DESTINATARJU DWAR ID-DRITT LI JIRRIFJUTA D-DOKUMENT
Għall-finijiet tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784, jekk jogħġbok indika b’liema minn dawn il-lingwi li ġejjin, minbarra l-lingwa tal-Istat Membru destinatarju, għandha tingħata l-informazzjoni:
Lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ta’ oriġini ( 4 ): BG □, ES □, CZ □, DE □, ET □, EL □, EN □, FR □, GA □, HR □, IT □, LV □, LT □, HU □, MT □, NL □, PL □, PT □, RO □, SK □, SL □, FI □, SV□
Lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru ieħor li d-destinatarju jista’ jkun li jifhem: BG □, ES □, CZ □, DE □, ET □, EL □, EN □, FR □, GA □, HR □, IT □, LV □, LT □, HU □, MT □, NL □, PL □, PT □, RO □, SK □, SL □, FI □, SV□,
8. KOPJA TAD-DOKUMENT LI TRID TINTBAGĦAT LURA FLIMKIEN MAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ NOTIFIKA (Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) 2020/1784)
Iva (f’dan il-każ, ibgħat żewġ kopji tad-dokument li għandu jiġi nnotifikat)□
Le□
9. RAĠUNIJIET GĦAN-NUQQAS TA’ TRAŻMISSJONI PERMEZZ TAS-SISTEMA TAL-IT DEĊENTRALIZZATA (Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) 2020/1784) ( 5 )
It-trażmissjoni elettronika ma kinitx possibbli minħabba:
interruzzjoni fis-sistema tal-IT
ċirkostanzi eċċezzjonali
|
1. Inti mitlub(a) li, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784, tieħu l-passi kollha neċessarji biex twettaq in-notifika tad-dokument kemm jista’ jkun malajr, u f’kull każ fi żmien xahar minn meta tirċievi d-dokument. Jekk ma kienx possibbli li twettaq in-notifika fi żmien xahar minn mindu tirċievi d-dokument, int għandek tinforma lil din l-aġenzija billi tindika dak il-fatt fil-punt 2 taċ-ċertifikat ta’ notifika jew ta’ nuqqas ta’ notifika ta’ dokumenti |
|
2. Jekk ma tistax tissodisfa din it-talba għal notifika abbażi tal-informazzjoni jew tad-dokumenti trażmessi, int mitlub(a) li, skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tikkuntattja lil din l-aġenzija biex tikseb l-informazzjoni jew id-dokumenti nieqsa billi tuża l-formola E fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2020/1784 |
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA B ( 6 )
|
TALBA BIEX JIĠI DETERMINAT L-INDIRIZZ TAL-PERSUNA LI GĦANDHA TIĠI NNOTIFIKATA (Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (1)) (2) |
|
(1)
ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40.
(2)
Din il-formola tapplika biss għall-Istati Membri li jipprovdu assistenza f’konformità mal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) 2020/1784. |
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:
1. AĠENZIJA MITTENTI
Identità:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel. ( 7 ):
Fax (7) :
Posta elettronika:
2. AWTORITÀ RIJKESTA
Identità:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel. (7) :
Fax (7) :
Posta elettronika:
3. DESTINATARJU
Identità:
L-aħħar indirizz magħruf:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Dettalji personali magħrufa tad-destinatarju (jekk persuna fiżika), jekk disponibbli:
Kunjom mat-twelid:
Isem/ismijiet ieħor/oħra magħruf(in):
Data u post tat-twelid:
Numru tal-identifikazzjoni/numru tas-sigurtà soċjali/jew l-ekwivalenti:
Kunjom tal-omm jew tal-missier mat-twelid:
Informazzjoni oħra:
Dettalji magħrufa tad-destinatarju (jekk persuna ġuridika), jekk disponibbli:
Numru tar-reġistrazzjoni jew l-ekwivalenti:
Isem/ismijiet tal-membru/i tal-bord/tar-rappreżentant:
Tel. (7) :
Fax (7) :
Posta elettronika (7) :
Informazzjoni oħra, jekk disponibbli:
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA C ( 8 )
|
TWEĠIBA GĦAT-TALBA BIEX JIĠI DETERMINAT L-INDIRIZZ TAL-PERSUNA LI GĦANDHA TIĠI NNOTIFIKATA (Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali fl-Istati Membri (notifika ta’ dokumenti (1)) (2) |
|
(1)
ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40.
(2)
Din il-formola tapplika biss għall-Istati Membri li jipprovdu assistenza f’konformità mal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) 2020/1784. |
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:
Nru ta’ Referenza tal-awtorità rikjesta:
1. DESTINATARJU
Identità:
Indirizz magħruf:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Ma seta’ jiġi determinat l-ebda indirizz□
Informazzjoni oħra:
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA D
|
KONFERMA TAR-RIĊEVUTA (Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (1)) |
|
(1)
ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40. |
|
Din il-konferma tar-riċevuta għandha tintbagħat permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata jew b’xi mod ieħor kemm jista’ jkun malajr wara li jiġi rċevut id-dokument u f’kull każ fi żmien sebat ijiem minn meta jasal. (1) |
|
(1)
L-obbligu li tintbagħat il-konferma permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata japplika biss mid-data tal-applikazzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata f’konformità mal-Artikolu 37(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784. |
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija riċeventi:
Destinatarju:
1. DATA TAR-RIĊEVUTA:
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA E
|
TALBA GĦAL INFORMAZZJONI JEW DOKUMENTI ADDIZZJONALI GĦAN-NOTIFIKA TA’ DOKUMENTI (Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (1)) |
|
(1)
ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40. |
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija riċeventi:
Destinatarju:
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA F
|
AVVIŻ TA’ RITORN TAT-TALBA U D-DOKUMENT (Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (1)) |
|
(1)
ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40. |
|
It-talba u d-dokument iridu jintbagħtu lura malli jiġu rċevuti. |
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija riċeventi:
Destinatarju:
1. RAĠUNI GĦAR-RITORN:
It-talba hija manifestament barra l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament:
l-indirizz mhux magħruf□
il-kwistjoni mhix ċivili jew kummerċjali□
In-notifika mhix minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru ieħor□
raġuni oħra (jekk jogħġbok speċifika):
In-nuqqas ta’ konformità mal-kondizzjonijiet formali meħtieġa jrendi n-notifika impossibbli:□
id-dokument ma jinqarax b’mod faċli□
il-lingwa użata biex timtela l-formola mhix korretta□
raġuni oħra (jekk jogħġbok speċifika):
Il-metodu ta’ notifika huwa inkompatibbli mal-liġi tal-Istat Membru indirizzat (Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/1784)□
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA G
|
AVVIŻ TA’ RITRAŻMISSJONI TAT-TALBA U D-DOKUMENT LILL-AĠENZIJA RIĊEVENTI ADATTA (Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (1)) |
|
(1)
ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40. |
|
It-talba u d-dokument intbagħtu lill-aġenzija riċeventi li ġejja, li għandha l-ġuriżdizzjoni territorjali biex teżegwixxi n-notifika: |
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija riċeventi:
Destinatarju:
1. AĠENZIJA RIĊEVENTI ADATTA
Identità:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel.
Fax ( 10 ):
Posta elettronika:
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA H
|
KONFERMA TAR-RIĊEVUTA MILL-AĠENZIJA RIĊEVENTI ADATTA BIL-ĠURIŻDIZZJONI TERRITORJALI LILL-AĠENZIJA MITTENTI (Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (1)) |
|
(1)
ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40. |
|
Din il-konferma ta’ riċevuta għandha tintbagħat permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata jew b’xi mod ieħor kemm jista’ jkun malajr wara li jiġi rċevut id-dokument u f’kull każ fi żmien sebat ijiem minn meta jiġi rċevut. (1) |
|
(1)
L-obbligu li tintbagħat il-konferma permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata japplika biss mid-data tal-applikazzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata f’konformità mal-Artikolu 37(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784. |
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija riċeventi:
Destinatarju:
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA I ( 11 )
|
TALBA GĦAL INFORMAZZJONI DWAR IN-NOTIFIKA JEW IN-NUQQAS TA’ NOTIFIKA TA’ DOKUMENTI (Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (1)) |
|
(1)
ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40. |
|
Notifika għandha titwettaq kemm jista’ jkun malajr. Jekk ma kienx possibbli li n-notifika titwettaq fi żmien xahar mir-riċevuta, l-aġenzija riċeventi għandha tinforma lill-aġenzija mittenti. |
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija riċeventi (jekk disponibbli):
1. IT-TALBA NTBAGĦTET IŻDA MA WASLET EBDA INFORMAZZJONI DWAR IN-NOTIFIKA JEW IN-NUQQAS TA’ NOTIFIKA
It-talba ntbagħtet□
data: …
Waslet il-konferma tar-riċevuta□
data: …
Ġiet riċevuta informazzjoni oħra:□
2. AĠENZIJA MITTENTI
Identità:
Punti 2.2 sa 2.6 mhumiex obbligatorji meta tkun mehmuża kopja tat-talba għan-notifika ta’ dokumenti:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel.
Fax ( 12 ):
Posta elettronika:
3. AĠENZIJA RIĊEVENTI
Identità:
Dawn il-punti mhumiex obbligatorji meta tkun mehmuża kopja tat-talba għan-notifika ta’ dokumenti:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel.
Fax (12) :
Posta elettronika:
4. DESTINATARJU
Identità:
Data tat-twelid, jekk disponibbli:
Dawn il-punti mhumiex obbligatorji meta tkun mehmuża kopja tat-talba għan-notifika ta’ dokumenti:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel. (12) :
Fax (12) :
Posta elettronika (12) :
Numru tal-identità/numru tas-sigurtà soċjali/numru tal-organizzazzjoni/jew l-ekwivalenti (12) :
Kwalunkwe informazzjoni oħra relatata mad-destinatarju (12) :
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA J ( 13 )
|
TWEĠIBA GĦAT-TALBA GĦAL INFORMAZZJONI DWAR IN-NOTIFIKA JEW IN-NUQQAS TA’ NOTIFIKA TA’ DOKUMENTI (Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika tad-dokumenti) (1)) |
|
(1)
ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40. |
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija riċeventi:
Destinatarju:
1. INFORMAZZJONI DWAR L-ISTATUS TA’ NOTIFIKA TA’ DOKUMENT
It-talba ma waslitx□
It-talba ma tistax tiġi eżegwita fi żmien xahar mir-riċevuta minħabba r-raġunijiet li ġejjin:
Id-determinazzjoni tal-indirizz attwali tad-destinatarju għaddejja bħalissa□
In-notifika għaddejja bħalissa – id-dokumenti ntbagħtu lid-destinatarju, madankollu l-kunsinna tagħhom għadha ma ġietx ikkonfermata□
In-notifika għaddejja bħalissa – id-dokumenti ntbagħtu lid-destinatarju, madankollu l-iskadenza għar-rifjut għadha ma skadietx□
Għadhom ma ġewx eżawriti l-għażliet kollha għan-notifika□
In-notifika diġà ġiet eżegwita, ara kopja taċ-ċertifikat mehmuż□
It-talba twieġbet fi (data). Tweġiba mehmuża□
Talba għal informazzjoni jew dokument addizzjonali għadha pendenti□
Raġuni oħra□
Huwa stmat li t-talba ser tiġi eżegwita sa
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA K
|
ĊERTIFIKAT TA’ NOTIFIKA TAD-DOKUMENT JEW TAN-NUQQAS TAGĦHA (Artikoli 11(2), 12(4) u 14 tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (1)) |
|
(1)
ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40. |
|
Notifika għandha titwettaq kemm jista’ jkun malajr. Jekk ma kienx possibbli li n-notifika titwettaq fi żmien xahar mir-riċevuta tad-dokument, l-aġenzija riċeventi għandha tinforma lill-aġenzija mittenti (Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784) |
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija riċeventi:
Destinatarju:
1. TLESTIJA TAN-NOTIFIKA (Artikolu 14)
Data u indirizz tan-notifika
Id-dokument kien
notifikat f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru indirizzat, jiġifieri
mgħoddi bl-idejn lil□
id-destinatarju nnifsu□
persuna oħra□
Isem:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Natura tar-relazzjoni mad-destinatarju:
familja□ impjegat□ relazzjoni oħra□
l-indirizz tad-destinatarju□
indirizz ieħor (jekk jogħġbok speċifika) ( 14 )□
notifika bis-servizzi postali□
mingħajr konferma tar-riċevuta□
bil-konferma tar-riċevuta mehmuża□
mid-destinatarju□
minn persuna oħra□
Isem:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Natura tar-relazzjoni mad-destinatarju:
qarib□ impjegat□ relazzjonijiet oħra□
notifikat elettronikament (jekk jogħġbok għid kif):□
notifikat permezz ta’ metodu ieħor (jekk jogħġbok għid kif):□
notifika permezz tal-metodu partikolari li ġej (jekk jogħġbok għid kif):□
Id-destinatarju tad-dokument ġie infurmat, f’konformità mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784, bil-miktub li jista’ jirrifjuta li jaċċetta d-dokument jekk dan ma jkunx miktub b’lingwa li jifhem jew akkumpanjat bi traduzzjoni jew b’lingwa li jifhem jew bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post tan-notifika.
2. INFORMAZZJONI F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 11(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784
Ma kienx possibbli li n-notifika titwettaq fi żmien xahar mir-riċevuta tad-dokument□
3. DOKUMENT RIFJUTAT (Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) 2020/1784.)
Id-destinatarju rrifjuta li jaċċetta d-dokument minħabba l-lingwa użata□
Data tat-tentattiv ta’ notifika:
Data tar-rifjut, jekk disponibbli:
Id-dokument huwa anness għal dan iċ-ċertifikat.
Iva□
Le□
4. RAĠUNI GĦALIEX ID-DOKUMENT MA ĠIEX NOTIFIKAT
L-indirizz mhux magħruf
Ittieħdu passi biex jiġi stabbilit l-indirizz ( 15 ) iva□le□
Id-destinatarju ma jistax jiġi lokalizzat□
Id-dokument ma jistax ikun notifikat qabel id-data jew l-iskadenza stipulati fil-punt 6.2. fit-talba għan-notifika ta’ dokumenti (Formola A)□
Raġuni oħra (jekk jogħġbok speċifika)□
Id-dokument huwa anness għal dan iċ-ċertifikat iva□ le□
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA L
|
INFORMAZZJONI LID-DESTINATARJU DWAR ID-DRITT LI JIRRIFJUTA LI JAĊĊETTA DOKUMENT (Artikolu 12(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (1)) |
|
(1)
ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40. |
Destinatarju:
I. INFORMAZZJONI LID-DESTINATARJU
Id-dokument mehmuż huwa notifikat f’konformità mar-Regolament (UE) 2020/….
Inti tista’ tirrifjuta li taċċetta d-dokument mehmuż jekk dan mhux miktub b’lingwa li tifhem jew mhux akkumpanjat minn traduzzjoni b’waħda mil-lingwi li tifhem jew bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post tan-notifika.
Jekk tixtieq teżerċita dan id-dritt, għandek tirrifjuta li taċċetta d-dokument fil-mument li ssir in-notifika direttament mal-persuna li tinnotifikak bid-dokument jew billi, fi żmien ġimagħtejn min-notifika, tirritorna fl-indirizz indikat hawn taħt, din il-formola mimlija minnek jew dikjarazzjoni bil-miktub li tindika li tirrifjuta li taċċetta d-dokument mehmuż minħabba l-lingwa li fiha ġie ppreżentat.
Jekk jogħġbok ħu nota tal-fatt li jekk tirrifjuta li taċċetta d-dokument mehmuż iżda l-qorti jew l-awtorità vestita bil-proċedimenti legali, li matulhom n-notifika tkun saret neċessarja, sussegwentement tiddeċiedi li r-rifjut ma kienx ġustifikat, hija tista’ tapplika konsegwenzi legali previsti mil-liġi tal-forum tal-Istat Membru, bħal pereżempju tqis in-notifika bħala valida, għal rifjuti mhux ġustifikati.
II. INDIRIZZ FEJN GĦANDHA TINTBAGĦAT LURA L-FORMOLA ( 16 ):
Identità:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Nru ta’ Referenza:
Tel.
Fax ( 17 ):
Posta elettronika:
III. DIKJARAZZJONI TAD-DESTINATARJU ( 18 ):
Jien nirrifjuta li naċċetta d-dokument għaliex mhux miktub b’lingwa li nifhem jew akkumpanjat bi traduzzjoni b’lingwa li nifhem jew bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post tan-notifika.
Jien nifhem bil-lingwa/lingwi li ġejja/ġejjin:
|
Bulgaru |
□ |
Litwan |
□ |
|
Spanjol |
□ |
Ungeriż |
□ |
|
Ċek |
□ |
Malti |
□ |
|
Ġermaniż |
□ |
Netherlandiż |
□ |
|
Estonjan |
□ |
Pollakk |
□ |
|
Grieg |
□ |
Portugiż |
□ |
|
Ingliż |
□ |
Rumen |
□ |
|
Franċiż |
□ |
Slovakk |
□ |
|
Irlandiż |
□ |
Sloven |
□ |
|
Kroat |
□ |
Finlandiż |
□ |
|
Taljan |
□ |
Żvediż |
□ |
|
Latvjan |
□ |
||
Lingwa oħra□ (jekk jogħġbok speċifika):
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
ANNESS II
Regolament imħassar u elenku tal-emendi suċċessivi tiegħu
|
Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 79) |
|
|
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 li jadatta ċerti regolamenti u deċiżjonijiet fl-oqsma tal-moviment liberu tal-merkanzija, il-moviment liberu tal-persuni, d-dritt soċjetarju, il-politika tal-kompetizzjoni, l-agrikoltura, is-sikurezza tal-ikel, il-politika veterinarja u fitosanitarja, il-politika tat-trasport, l-enerġija, it-tassazzjoni, l-istatistika, in-netwerks trans-Ewropej, id-drittijiet ġudizzjarji u fundamentali, il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, l-ambjent, l-unjoni doganali, ir-relazzjonijiet esterni, il-politika barranija, ta’ sigurtà u ta’ difiża u l-istituzzjonijiet, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1) |
L-emendi biss għall-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 |
ANNESS III
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
|
Regolament (KE) Nru 1393/2007 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) |
|
Artikolu 1(2) |
Artikolu 1(2) |
|
Artikolu 1(3) |
- |
|
- |
Artikolu 1(3) |
|
- |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
|
- |
Artikolu 5(2), (3) u (4) |
|
- |
Artikolu 6 |
|
- |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 4(1) |
Artikolu 8(1) |
|
Artikolu 4(2) |
Artikolu 5(1) |
|
Artikolu 4(3) |
Artikolu 8(2) |
|
Artikolu 4(4) |
Artikolu 8(3) |
|
Artikolu 4(5) |
Artikolu 8(4) |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 8(1) |
Artikolu 12(1), (2) u (3) |
|
Artikolu 8(2) |
Artikolu 12(4) |
|
Artikolu 8(3) |
Artikolu 12(5) |
|
Artikolu 8(4) |
Artikolu 12(6) |
|
Artikolu 8(5) |
Artikolu 12(7) |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 14 |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 16 |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 17 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 18 |
|
- |
Artikolu 19 |
|
Artikolu 15 |
Artikolu 20(1) |
|
- |
Artikolu 20(2) |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 21 |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 23 |
|
- |
Artikolu 24 |
|
- |
Artikolu 25 |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 26 |
|
- |
Artikolu 27 |
|
- |
Artikolu 28 |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 22 |
|
Artikolu 20 |
Artikolu 29 |
|
Artikolu 21 |
Artikolu 30 |
|
- |
Artikolu 31(1) |
|
- |
Artikolu 31(2) |
|
Artikolu 22(1) |
Artikolu 31(3) |
|
Artikolu 22(2) |
Artikolu 31(4) |
|
Artikolu 22(3) |
Artikolu 31(5) |
|
Artikolu 22(4) |
Artikolu 31(6) |
|
- |
Artikolu 32 |
|
Artikolu 23(1) |
Artikolu 33(1) |
|
- |
Artikolu 33(2) |
|
Artikolu 23(2) |
Artikolu 33(3) |
|
Artikolu 23(3) |
Artikolu 33(4) |
|
- |
Artikolu 34 |
|
Artikolu 24 |
Artikolu 35(1) |
|
- |
Artikolu 35(2) |
|
Artikolu 25 |
Artikolu 36 |
|
Artikolu 26 |
Artikolu 37 |
|
Anness I |
Anness I |
|
Anness II |
Anness I |
|
- |
Anness II |
|
Anness III |
Anness III |
( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntieri, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja (ĠU L, 2023/2844, 27.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2844/oj).
( 2 ) Dan il-punt mhux obbligatorju.
( 3 ) Fejn ikun hemm aktar minn applikant wieħed, jekk jogħġbok agħti informazzjoni kif stabbilit fil-punti 3.1. sa 3.5.
( 4 ) Dan il-punt japplika biss għall-Istati Membri li għandhom diversi lingwi uffiċjali.
( 5 ) Dan il-punt japplika biss mid-data tal-applikazzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata f’konformità mal-Artikolu 37(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784
( 6 ) L-użu ta’ din il-formola mhux obbligatorju.
( 7 ) Dan il-punt mhux obbligatorju.
( 8 ) L-użu ta’ din il-formola mhux obbligatorju.
( 9 ) Dan il-punt mhux obbligatorju.
( 10 ) Dan il-punt mhux obbligatorju.
( 11 ) L-użu ta’ din il-formola mhux obbligatorju.
( 12 ) Dan il-punt mhux obbligatorju.
( 13 ) L-użu ta’ din il-formola mhux obbligatorju.
( 14 ) L-indirizz stabbilit mill-aġenzija riċeventi skont l-Artikolu 7(2)(c) tar-Regolament (UE) 2020/1784.
( 15 ) Dan il-punt japplika biss għall-Istati Membri li jipprovdu l-assistenza f’konformità mal-Artikolu 7(2)(c) tar-Regolament (UE) 2020/1784.
( 16 ) Għandha timtela mill-awtorità li twettaq in-notifika.
( 17 ) Dan il-punt mhux obbligatorju.
( 18 ) Għandha timtela u tiġi ffirmata mid-destinatarju.