|
3.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/345 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/691
tat-30 ta’ Jannar 2020
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għal stabbilimenti tal-akkwakultura u trasportaturi ta’ annimali akkwatiċi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 176(4), 181(2), 185(5), 189(1) u 279(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin, inklużi, inter alia, regoli għall-istabbilimenti tal-akkwakultura u għat-trasportaturi ta’ annimali akkwatiċi. Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi wkoll li l-Kummissjoni tadotta atti delegati maħsuba sabiex jissupplimentaw ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli supplimentari sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-sistema stabbilita fil-qafas leġiżlattiv ġdid tar-Regolament (UE) 2016/429. |
|
(2) |
B’mod aktar partikolari, ir-regoli stipulati f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jissupplimentaw dawk diġà stipulati fil-Kapitolu 1 tat-Titolu II tal-Parti IV tar-Regolament (UE) 2016/429, fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu annimali tal-akkwakultura b’riskju sinifikanti għas-saħħa tal-annimali, ir-reġistri tal-istabbilimenti tal-akkwakultura li għandhom jinżammu mill-awtoritajiet kompetenti u l-obbligi taż-żamma tar-rekords tal-operaturi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura u tat-trasportaturi ta’ annimali akkwatiċi. |
|
(3) |
Barra minn hekk, dan ir-Regolament iqis it-tħassir tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (2) bir-Regolament (UE) 2016/429 b’effett mill-21 ta’ April 2021. Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi li l-istabbilimenti u l-operaturi rreġistrati jew approvati f’konformità ma’ dik id-Direttiva, qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429, għandhom jitqiesu bħala rreġistrati jew approvati, kif meħtieġ, f’konformità ma’ dak ir-Regolament, u soġġetti għall-obbligi rilevanti stipulati fih. |
|
(4) |
Għaldaqstant, ir-regoli stipulati f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jissupplimentaw ir-regoli stipulati fil-Parti IX tar-Regolament (UE) 2016/429, fir-rigward tal-miżuri tranżizzjonali meħtieġa għall-protezzjoni tad-drittijiet miksuba u l-aspettattivi leġittimi tal-partijiet ikkonċernati li jirriżultaw mill-atti tal-Unjoni li diġà kienu jeżistu qabel fir-rigward tal-istabbilimenti tal-akkwakultura. |
|
(5) |
Billi r-regoli stipulati f’dan ir-Regolament kollha jirrigwardjaw stabbilimenti tal-akkwakultura u trasportaturi ta’ annimali akkwatiċi u jenħtieġ li jiġu applikati flimkien, jenħtieġ li dawn jiġu stabbiliti f’att wieħed minflok f’atti separati b’bosta kontroreferenzi, sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tagħhom, fl-interessi tat-trasparenza, u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tar-regoli. Dan huwa wkoll konformi mal-approċċ adottat mir-Regolament (UE) 2016/429. |
|
(6) |
L-Artikolu 176(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi li l-operaturi tal-istabbilimenti tal-akkwakultura għandhom japplikaw mal-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni fejn iżommu l-annimali tal-akkwakultura bil-ħsieb li dawk l-annimali jiġu mċaqilqa minnhom, kemm jekk ħajjin kif ukoll jekk bħala prodotti li joriġinaw mill-annimali tal-akkwakultura. Minħabba li varjetà wiesgħa ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura jaqgħu f’dik il-kategorija, l-Artikolu 176(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi li l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-operaturi ta’ tipi speċifiċi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura mir-rekwiżit għall-approvazzjoni, diment li tali stabbilimenti tal-akkwakultura ma joħolqux riskju sinifikanti ta’ mard. Barra minn hekk, l-Artikolu 176(4) ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi li l-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati li jikkonċernaw derogi mir-rekwiżit għall-approvazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura, għal darba oħra bil-kundizzjoni li dawk l-istabbilimenti tal-akkwakultura ma joħolqu l-ebda riskju sinifikanti. |
|
(7) |
Il-livell ta’ riskju maħluq minn stabbiliment tal-akkwakultura jiddependi fuq l-attività ta’ dak l-istabbiliment tal-akkwakultura u d-destinazzjoni u l-użu maħsub tal-annimali tal-akkwakultura jew tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali tal-akkwakultura li jiġu prodotti hemmhekk. Xi stabbilimenti tal-akkwakultura diġà ġew approvati għal finijiet differenti, bħall-istabbilimenti tal-akkwakultura li ġew approvati skont ir-regoli tal-iġjene f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). F’ċerti sitwazzjonijiet, stabbilimenti tal-akkwakultura bħal ċentri ta’ purifikazzjoni u ċentri tad-dispaċċ jew żoni fejn jinżammu l-molluski jirċievu biss molluski miż-żona epidemjoloġika li fiha jinsab l-istabbiliment tal-akkwakultura nnifsu. Għalhekk, dawn l-istabbilimenti tal-akkwakultura joħolqu riskju insinifikanti minn perspettiva tas-saħħa tal-annimali. Stabbilimenti tal-akkwakultura oħrajn huma involuti wkoll f’attivitajiet b’riskju baxx, bħaż-żamma tal-annimali tal-akkwakultura biss għar-rilaxx fl-ambjent naturali wara li jkunu ġew prodotti minn ħut riproduttur li jkun oriġina mill-korp tal-ilma fejn ikun jinsab l-istabbiliment tal-akkwakultura, jew iż-żamma ta’ annimali tal-akkwakultura f’għadajjar estensivi għall-konsum mill-bniedem jew għar-rilaxx fl-ambjent naturali. |
|
(8) |
Huwa meħtieġ li f’dan ir-Regolament jiġu stipulati l-kundizzjonijiet speċifiċi li taħthom jenħtieġ li jkunu permessi derogi mir-rekwiżit għall-approvazzjoni għall-istabbilimenti tal-akkwakultura. F’ċerti każijiet, jenħtieġ li d-derogi japplikaw biss għall-istabbilimenti tal-akkwakultura li jċaqilqu l-annimali tal-akkwakultura fl-Istat Membru tagħhom stess u mhux għall-istabbilimenti tal-akkwakultura li jċaqilqu l-annimali tal-akkwakultura bejn l-Istati Membri. Madankollu, fil-każijiet kollha, jenħtieġ li d-derogi mir-rekwiżit li stabbiliment tal-akkwakultura jiġi approvat jiġu kkunsidrati biss meta l-awtorità kompetenti tkun lestiet valutazzjoni tar-riskju li tqis mill-inqas ir-riskju li l-annimali tal-akkwakultura fl-istabbiliment tal-akkwakultura jikkuntrattaw jew ixerrdu marda akkwatika permezz tal-ilma jew permezz ta’ movimenti u fejn ikun instab li r-riskju mhuwiex sinifikanti. Id-dettalji ta’ aktar fatturi tar-riskju li l-awtorità kompetenti tista’ tqis f’din il-valutazzjoni tar-riskju huma stabbiliti fil-Kapitolu 2 tal-Parti I tal-Anness VI tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (4) [C(2019) 4056]. Għalhekk, jenħtieġ li r-regoli li jissupplimentaw stipulati f’dan ir-Regolament ikunu konsistenti ma’ dawk stipulati f’dak ir-Regolament Delegat. |
|
(9) |
Fl-istess ħin, ċerti tipi oħrajn ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura jirrappreżentaw riskju sinifikanti għat-tixrid ta’ mard tal-annimali akkwatiċi. Jenħtieġ li dawn it-tipi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura jiġu deskritti b’mod speċifiku f’dan ir-Regolament u li r-rekwiżit li l-operaturi ta’ dawn l-istabbilimenti tal-akkwakultura jiġu approvati jkun spjegat fid-dettall f’dan ir-Regolament. Dawn jinkludu stabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu annimali tal-akkwakultura ornamentali f’faċilitajiet miftuħa u wkoll f’faċilitajiet magħluqa fejn ix-xejriet ta’ moviment huma tali li l-kummerċ fl-Unjoni jew ma’ pajjiżi terzi potenzjalment jippreżenta riskju ta’ mard. Tipi oħrajn ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura fejn jenħtieġ li jittaffa r-riskju tat-tixrid tal-mard permezz tar-rekwiżit għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti huma l-istabbilimenti ta’ kwarantina, l-istabbilimenti li jżommu speċijiet li jġorru l-vetturi iżolati sa dak iż-żmien li ma jibqgħux jitqiesu bħala vetturi, u bastimenti u postijiet mobbli oħrajn fejn l-annimali tal-akkwakultura jiġu ttrattati jew jgħaddu minn proċeduri oħrajn relatati mat-trobbija. |
|
(10) |
L-Artikolu 177 tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-awtorità kompetenti tagħti approvazzjoni tal-operaturi għal gruppi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura. Għalhekk, jenħtieġ li r-regoli li jissupplimentaw stipulati f’dan ir-Regolament japplikaw għal tali gruppi, fejn ikun xieraq, u li dawn jistabbilixxu d-dettalji ta’ kif jenħtieġ li r-regoli japplikaw direttament għall-grupp u fi ħdanu. |
|
(11) |
L-operaturi tal-istabbilimenti tal-akkwakultura kollha jew tal-gruppi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura huma meħtieġa jipprovdu informazzjoni lill-awtorità kompetenti bil-ħsieb li jiksbu approvazzjoni f’konformità mal-Artikolu 180 tar-Regolament (UE) 2016/429. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li l-operaturi jipprovdu lill-awtorità kompetenti bi pjan ta’ bijosigurtà bil-miktub li ser jiġi kkunsidrat matul il-proċess ta’ approvazzjoni. Jenħtieġ li dan ir-rekwiżit japplika kemm għall-istabbilimenti tal-akkwakultura individwali kif ukoll għall-gruppi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura, irrispettivament mid-daqs tagħhom, iżda jenħtieġ li l-kumplessità tal-pjan ta’ bijosigurtà tiddependi fuq l-ispeċifiċitajiet tal-istabbiliment tal-akkwakultura individwali jew il-grupp tagħhom, u fuq il-miżuri li huma meħtieġa sabiex jittaffew ir-riskji tal-mard assoċjati. |
|
(12) |
Jenħtieġ li ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura u gruppi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura, abbażi tar-regoli stipulati fil-Kapitolu 1 tal-Parti I tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, jipparteċipaw fi skema ta’ sorveljanza bbażata fuq ir-riskju li tiddaħħal fis-seħħ mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2016/429. Mingħajr tali parteċipazzjoni, l-istabbilimenti tal-akkwakultura jew il-gruppi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura tagħhom jenħtieġ li ma jiġux approvati. Skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2016/429, is-sorveljanza bbażata fuq ir-riskju tista’ tqis is-sorveljanza mwettqa mill-operaturi nfushom f’konformità mal-Artikolu 24, inklużi ż-żjarat b’rabta mas-saħħa tal-annimali msemmija fl-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament. Sorveljanza bbażata fuq ir-riskju tista’ titwettaq ukoll fl-istess ħin mas-sorveljanza marbuta ma’ mard elenkat partikolari, sabiex jiġu massimizzati r-riżorsi. |
|
(13) |
Jenħtieġ li l-frekwenza tas-sorveljanza bbażata fuq ir-riskju tkun ibbażata fuq il-klassifikazzjoni tal-istabbiliment tal-akkwakultura mill-awtorità kompetenti bħala riskju “għoli”, “medju” jew “baxx”, wara valutazzjoni taċ-ċirkostanzi tal-istabbiliment. Il-fatturi li jridu jitqiesu u jitqiesu mill-awtorità kompetenti hija u tikklassifika l-istabbilimenti skont ir-riskju, kif ukoll il-frekwenza tas-sorveljanza li torbot ma’ kull klassifikazzjoni tar-riskju huma stipulati fil-Parti I tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689. L-objettiv li jiġu inklużi l-istabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu speċijiet mhux elenkati iżda li jipparteċipaw f’ammont sinifikanti ta’ kummerċ u li, għalhekk, huma kklassifikati bħala li għandhom riskju “għoli”, fl-iskema ta’ sorveljanza bbażata fuq ir-riskju, huwa li jiġu mmassimizzati ċ-ċansijiet li jiġi identifikat u kkontrollat il-mard emerġenti, jekk tali mard jidher f’annimali tal-akkwakultura ta’ dawk l-ispeċijiet mhux elenkati. |
|
(14) |
Billi s-sorveljanza bbażata fuq ir-riskju titwettaq ukoll fi gruppi approvati ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura, huwa importanti li jiġi stabbilit kif jenħtieġ li din titlesta fil-livell tal-grupp sabiex l-eżitu tas-sorveljanza jkun epidemjoloġikament sinifikanti. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar l-approċċ li jenħtieġ li tieħu l-awtorità kompetenti fit-twettiq ta’ tali sorveljanza. |
|
(15) |
Minbarra r-rekwiżit għall-operaturi li jippreżentaw pjan ta’ bijosigurtà lill-awtorità kompetenti bħala parti mill-proċess ta’ approvazzjoni, kif ukoll għal ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura li jipparteċipaw fi skema ta’ sorveljanza bbażata fuq ir-riskju, l-istabbilimenti tal-akkwakultura li għandhom jiġu approvati jenħtieġ li jissodisfaw ukoll ċerti rekwiżiti fir-rigward tal-faċilitajiet u t-tagħmir tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita f’dan ir-Regolament il-kombinazzjoni partikolari ta’ rekwiżiti fir-rigward tal-bijosigurtà, is-sorveljanza, u l-faċilitajiet u t-tagħmir li japplikaw għal kategorija speċifika ta’ stabbiliment tal-akkwakultura jew għal kategorija speċifika ta’ grupp ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura. |
|
(16) |
L-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi li l-operaturi tal-istabbilimenti tal-akkwakultura li jixtiequ jiksbu l-istat ta’ stabbiliment tal-akkwakultura konfinat jistgħu jċaqilqu biss l-annimali tal-akkwakultura lejn jew mill-istabbilimenti tal-akkwakultura tagħhom wara li jkunu kisbu l-approvazzjoni ta’ dak l-istat mill-awtorità kompetenti f’konformità mar-regoli stipulati f’dak ir-Regolament. Billi dawn l-istabbilimenti tal-akkwakultura jistgħu jiskambjaw annimali tal-akkwakultura bejniethom b’inqas rekwiżiti ta’ moviment milli għal tipi oħrajn ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura, huwa xieraq li dawn ikollhom veterinarju kkuntrattat li jissorvelja l-attivitajiet tal-istabbiliment tal-akkwakultura u jkun responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa tiegħu, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu garanziji tas-saħħa robusti lil xulxin. L-Artikolu 181(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-Kummissjoni tadotta atti delegati li jistabbilixxu r-regoli supplimentari għall-approvazzjoni ta’ tali stabbilimenti tal-akkwakultura, u jenħtieġ li tali regoli jiġu stipulati f’dan ir-Regolament. |
|
(17) |
L-Artikolu 179 tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi l-approvazzjoni ta’ stabbilimenti għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku. Dawn l-istabbilimenti tal-akkwakultura jiffaċilitaw l-iskarnar sanitarju u l-ipproċessar sanitarju tal-annimali akkwatiċi, li jistgħu jkunu infettati b’marda elenkata jew emerġenti. Għalhekk, huma jirrappreżentaw riskju sinifikanti ta’ mard u jenħtieġ li jiġu approvati mill-awtorità kompetenti. Matul il-perjodi meta dawn l-istabbilimenti tal-akkwakultura jkunu qegħdin jirċievu annimali akkwatiċi infettati jew suspettati li huma infettati b’marda elenkata jew emerġenti, jenħtieġ li huma jkunu konformi ma’ miżuri stretti ta’ bijosigurtà bl-għan li jiġi żgurat li l-aġenti tal-mard ma jiġux rilaxxati fl-ibħra miftuħa mingħajr trattament xieraq. L-Artikolu 181(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi li l-Kummissjoni tadotta atti delegati li jistabbilixxu r-regoli supplimentari għall-approvazzjoni ta’ dawn l-istabbilimenti tal-akkwakultura u, għaldaqstant, jenħtieġ li dawk ir-regoli supplimentari jiġu stipulati f’dan ir-Regolament. |
|
(18) |
Jenħtieġ li ċerti ċentri ta’ purifikazzjoni, żoni fejn jinżammu l-molluski u ċentri ta’ dispaċċ għall-molluski ħajjin jitqiesu bħala stabbilimenti tal-akkwakultura li jeħtieġu l-approvazzjoni f’konformità mal-Artikolu 176(1) tar-Regolament (UE) 2016/429. Dawk l-istabbilimenti, li jirċievu molluski ħajjin minn barra ż-żona epidemjoloġika tagħhom stess, jirrappreżentaw riskju ogħla ta’ tixrid ta’ mard elenkat jew emerġenti u jenħtieġ li jiġu ttrattati bħala tali matul il-proċess tal-approvazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli supplimentari f’dak ir-rigward. |
|
(19) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (5) jistabbilixxi d-definizzjonijiet għall-mard tal-kategoriji A, B, C, D u E, u jistabbilixxi li r-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 għandhom japplikaw għall-kategoriji ta’ mard elenkat għall-ispeċijiet elenkati msemmija fit-tabella stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882. Dik it-tabella tistabbilixxi li ċerti speċijiet ta’ annimali akkwatiċi li huma elenkati fil-kolonna 4 tagħha għandhom jitqiesu biss bħala vetturi meta jinżammu fi stabbiliment tal-akkwakultura fejn jinżammu wkoll l-ispeċijiet elenkati fil-kolonna 3 tagħha, jew fil-każ ta’ annimali akkwatiċi selvaġġi, meta jkunu ġew esposti għall-ispeċijiet elenkati fil-kolonna 3 f’ħabitat selvaġġ. Madankollu, jekk dawn l-ispeċijiet sussegwentement jinżammu f’iżolament mill-ispeċijiet elenkati fil-kolonna 3 u minn sorsi tal-ilma infettati għal perjodu ta’ żmien xieraq, huma ma jibqgħux jitqiesu bħala vetturi. Jekk dan il-perjodu ta’ iżolament ma jkunx jista’ jitwettaq fi stabbiliment ta’ kwarantina approvat f’konformità mal-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament, mela tali annimali akkwatiċi jistgħu minflok jinżammu f’tip ieħor ta’ stabbiliment tal-akkwakultura li ma jkollux il-miżuri ta’ bijosigurtà kollha li huma meħtieġa għall-istabbilimenti ta’ kwarantina, iżda fejn jinżammu f’iżolament minn patoġeni potenzjali sakemm ma jibqgħux jitqiesu bħala vetturi. L-Artikolu 181(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-Kummissjoni tadotta atti delegati li jistabbilixxu r-regoli supplimentari għall-approvazzjoni ta’ tali stabbilimenti tal-akkwakultura li jikkunsidraw dawk ir-rekwiżiti. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jiġu stipulati f’dan ir-Regolament. |
|
(20) |
L-Artikolu 185(5) tar-Regolament (UE) 2016/429 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta atti delegati rigward informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi inkluża fir-reġistri ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura rreġistrati u approvati miżmuma mill-awtorità kompetenti, kif ukoll l-aċċess pubbliku għal dawk ir-reġistri. Soġġett għar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data stipulati fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), jenħtieġ li l-informazzjoni li jenħtieġ li tkun disponibbli għall-pubbliku mill-awtorità kompetenti tkun tirrifletti r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 185(2)(a),(c),(e) u (f) tar-Regolament (UE) 2016/429 li, min-naħa tagħhom, fil-biċċa l-kbira jirriflettu d-dettalji diġà pprovduti mill-Istati Membri f’reġistru pubbliku f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru. 2008/392/KE (7). |
|
(21) |
Madankollu, jenħtieġ li tiġi inkluża wkoll informazzjoni aktar speċifika fir-reġistru pubbliku tal-awtorità kompetenti rigward l-istat tas-saħħa ta’ kull stabbiliment approvat sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ sikur u jiġi żgurat li l-partijiet ikkonċernati jkunu jafu jekk stabbiliment tal-akkwakultura partikolari huwiex ħieles minn marda speċifika tal-kategorija B jew C, huwiex soġġett għal programm ta’ eradikazzjoni għal marda speċifika tal-kategorija B jew C, huwiex fi programm ta’ sorveljanza għal marda speċifika tal-kategorija C, jew jekk ma jkollu l-ebda wieħed minn dawk l-istat ta’ saħħa. Minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti li huma stabbiliti f’dan ir-Regolament fir-rigward tad-disponibbiltà pubblika tal-informazzjoni dwar l-istabbilimenti tal-akkwakultura approvati, jenħtieġ li dan ir-Regolament iħassar id-Deċiżjoni 2008/392/KE. |
|
(22) |
L-Artikoli 186 u 187 tar-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxu l-obbligi minimi ta’ żamma tar-rekords għall-operaturi tal-istabbilimenti tal-akkwakultura. Billi l-annimali akkwatiċi ġeneralment ma jkunux jistgħu jiġu identifikati individwalment, iż-żamma tar-rekords fir-rigward tal-produzzjoni u l-moviment tagħhom hija kruċjali. Filwaqt li hemm xi elementi komuni bejn ir-rekords miżmuma mill-operaturi ta’ tipi differenti ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura, jenħtieġ li tipi speċifiċi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura jżommu rekords li huma partikolari għalihom u għat-tip ta’ attività tal-akkwakultura li huma involuti fiha. Għalhekk, billi l-Artikolu 189(1) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi li l-Kummissjoni tadotta atti delegati li jistabbilixxu regoli supplimentari għall-obbligi taż-żamma tar-rekords, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti differenti taż-żamma tar-rekords f’dan ir-Regolament għal kull tip ta’ stabbiliment tal-akkwakultura approvat. |
|
(23) |
L-Artikolu 188 tar-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi l-obbligi minimi għaż-żamma tar-rekords għat-trasportaturi ta’ annimali akkwatiċi intenzjonati għal stabbilimenti tal-akkwakultura u tal-annimali akkwatiċi li jiġu ttrasportati bejn il-ħabitats. It-trasportaturi tal-annimali akkwatiċi jirrappreżentaw riskju partikolari għat-tixrid tal-mard u huwa kruċjali li dawn l-operaturi jżommu rekords li jiżguraw it-traċċabbiltà tal-annimali akkwatiċi li huma jittrasportaw, kif ukoll sabiex tiġi pprovduta evidenza dokumentarja li huma qegħdin jużaw miżuri ta’ bijosigurtà xierqa. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli supplimentari għall-obbligi taż-żamma tar-rekords tagħhom. |
|
(24) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mill-21 ta’ April 2021 f’konformità mad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
PARTI I
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jissupplimenta r-regoli stipulati fir-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tal-istabbilimenti tal-akkwakultura rreġistrati u approvati li jżommu annimali tal-akkwakultura u trasportaturi ta’ annimali akkwatiċi.
2. Il-Parti II tistabbilixxi r-rekwiżiti fi:
|
(a) |
Il-Kapitolu 1 tat-Titolu I dwar l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura li joħolqu riskju sinifikanti għal mard li jaffettwa l-annimali akkwatiċi, u ċerti derogi għall-operaturi ta’ stabbilimenti li joħolqu riskju insinifikanti għal dak il-mard; |
|
(b) |
Il-Kapitolu 2 tat-Titolu I dwar ir-rekwiżiti għall-istabbilimenti tal-akkwakultura u l-gruppi tagħhom, u l-għoti ta’ approvazzjoni mill-awtorità kompetenti; |
|
(c) |
Il-Kapitolu 1 tat-Titolu II dwar l-obbligi ta’ informazzjoni tal-awtorità kompetenti fir-rigward tar-reġistri tal-istabbilimenti tal-akkwakultura rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 173 tar-Regolament (UE) 2016/429; |
|
(d) |
Il-Kapitolu 2 tat-Titolu II dwar l-obbligi ta’ informazzjoni tal-awtorità kompetenti fir-rigward tar-reġistri tal-istabbilimenti tal-akkwakultura approvati; |
|
(e) |
Il-Kapitolu 1 tat-Titolu III għall-obbligi taż-żamma tar-rekords tal-operaturi tal-istabbilimenti tal-akkwakultura u tal-istabbilimenti tal-ikel akkwatiku rreġistrati jew approvati mill-awtorità kompetenti, minbarra dawk previsti fl-Artikoli 186(1) u 187(1) tar-Regolament (UE) 2016/429; |
|
(f) |
Il-Kapitolu 2 tat-Titolu III dwar l-obbligi taż-żamma tar-rekords tat-trasportaturi ta’ annimali akkwatiċi, minbarra dawk previsti fl-Artikolu 188(1) tar-Regolament (UE) 2016/429. |
3. Il-Parti III tistabbilixxi ċerti miżuri tranżizzjonali fir-rigward tad-Direttiva 2006/88/KE u d-Deċiżjoni 2008/392/KE f’dak li għandu x’jaqsam mar-reġistrazzjoni u l-approvazzjoni tal-istabbilimenti tal-akkwakultura.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882.
Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“għadira estensiva” tfisser għadira jew laguna tradizzjonali li huma naturali jew artifiċjali u fejn is-sors tal-ikel għall-annimali miżmuma f’dawn l-għadajjar jew laguni ikun naturali, għajr f’ċirkostanzi eċċezzjonali, u fejn ma tittieħed l-ebda miżura sabiex tiżdied il-produzzjoni lil hinn mill-kapaċità naturali tal-ambjent; |
|
(2) |
“ċentru ta’ purifikazzjoni” tfisser stabbiliment bit-tankijiet li jimtlew b’ilma baħar nadif li fihom jitqiegħdu l-molluski għaż-żmien meħtieġ sabiex titnaqqas il-kontaminazzjoni u b’hekk isiru tajbin għall-konsum mill-bniedem; |
|
(3) |
“ċentru ta’ dispaċċ” tfisser stabbiliment fuq l-art jew lil hinn mill-kosta għall-akkoljenza, il-kundizzjonament, il-ħasil, it-tindif, il-gradazzjoni, it-tgeżwir u l-imballaġġ tal-molluski maħsuba għall-konsum mill-bniedem; |
|
(4) |
“żona fejn jinżammu l-molluski” tfisser kwalunkwe żona ta’ ilma ħelu, baħar, estwarju jew laguna b’limiti mmarkati b’mod ċar u indikati minn bagi, arbli jew kwalunkwe mezz fiss ieħor, u użata esklussivament għall-purifikazzjoni naturali tal-molluski; |
|
(5) |
“f’iżolament” tfisser li l-annimali tal-akkwakultura jinżammu fi stabbiliment tal-akkwakultura fejn ma jiġu f’kuntatt mal-ebda speċi oħra ta’ annimali akkwatiċi, direttament permezz ta’ koabitazzjoni jew indirettament permezz tal-provvista tal-ilma; |
|
(6) |
“faċilità magħluqa” tfisser stabbiliment tal-akkwakultura minn fejn l-ilma mormi jkun soġġett għal trattament li kapaċi jinattiva aġenti ta’ mard elenkat jew mard emerġenti, qabel ma jintrema fl-ibħra miftuħa; |
|
(7) |
“faċilità miftuħa” tfisser stabbiliment tal-akkwakultura minn fejn l-ilma mormi jintrema direttament fl-ibħra miftuħa mingħajr ma jiġi ttrattat sabiex jiġu inattivati l-aġenti tal-mard elenkat jew tal-mard emerġenti; |
|
(8) |
“żona epidemjoloġika” tfisser żona ġeografika definita fejn l-annimali akkwatiċi għandhom l-istess stat ta’ saħħa u huma esposti għall-istess riskju li jieħdu marda elenkata jew marda emerġenti; |
|
(9) |
“pjan ta’ bijosigurtà” tfisser pjan iddokumentat li jidentifika r-rotot li bihom aġent tal-marda jista’ jidħol fi stabbiliment tal-akkwakultura, jinxtered fih u jiġi ttrasferit minnu; huwa jqis l-ispeċifiċitajiet tal-istabbiliment u jidentifika l-miżuri li jimmitigaw ir-riskji tal-bijosigurtà li ġew identifikati; |
|
(10) |
“miżuri ta’ bijosigurtà komuni” tfisser il-miżuri inklużi fi pjan ta’ bijosigurtà li tfassal għal kull stabbiliment tal-akkwakultura, u ġie implimentat minnu, fi grupp ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura li ġie approvat mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 177 tar-Regolament (UE) 2016/429; |
|
(11) |
“numru ta’ reġistrazzjoni uniku” tfisser numru assenjat lil stabbiliment tal-akkwakultura rreġistrat jew grupp ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura msemmija fl-Artikolu 173 tar-Regolament (UE) 2016/429; |
|
(12) |
“numru ta’ approvazzjoni uniku” tfisser numru assenjat mill-awtorità kompetenti lil stabbiliment tal-akkwakultura jew grupp ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura approvat minnha f’konformità mal-Artikolu 173 tar-Regolament (UE) 2016/429; |
|
(13) |
“numru tal-identifikazzjoni tal-bastiment tal-IMO” tfisser numru uniku assenjat lill-bastimenti li jbaħħru mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO); |
|
(14) |
“barriera tal-iġjene” tfisser ħasil tas-saqajn, ħasil tal-idejn, tibdil tal-ilbies jew miżuri ta’ bijosigurtà oħrajn, li l-effetti tagħhom huma li joħolqu ostakoli għat-tixrid tal-mard fi, ġewwa jew minn stabbiliment tal-akkwakultura; |
|
(15) |
“unitajiet tal-produzzjoni” tfisser ħwat, għadajjar, karreġġjati, tankijiet, gaġeġ, pinen, jew strutturi simili li fihom gruppi ta’ annimali tal-akkwakultura fi stabbiliment tal-akkwakultura; |
|
(16) |
“żieda fil-mortalità” tfisser mortalitajiet mhux spjegati ’l fuq mil-livell meqjus bħala normali għall-istabbiliment tal-akkwakultura jew għall-grupp ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura kkonċernati, taħt kundizzjonijiet prevalenti; |
|
(17) |
“programm ta’ sorveljanza” tfisser programm volontarju ta’ miżuri ta’ ttestjar u kontroll li jsir fir-rigward ta’ marda tal-kategorija C fi stabbiliment tal-akkwakultura li ma jkunx qed jipparteċipa fi programm ta’ eradikazzjoni sabiex jinkiseb stat ta’ ħelsien minn mard, iżda fejn l-ittestjar jindika li l-istabbiliment tal-akkwakultura mhuwiex infettat b’dik il-marda tal-kategorija C. |
PARTI II
REĠISTRAZZJONI, APPROVAZZJONI, REĠISTRI U ŻAMMA TA’ REKORDS
TITOLU I
L-APPROVAZZJONI TAL-OPERATURI TA’ STABBILIMENTI TAL-AKKWAKULTURA MILL-AWTORITÀ KOMPETENTI
KAPITOLU 1
L-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura li joħolqu riskju sinifikanti għat-tixrid tal-mard u derogi mir-rekwiżit għall-approvazzjoni
Artikolu 3
Derogi mir-rekwiżit li l-operaturi japplikaw mal-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tal-istabbilimenti tal-akkwakultura
1. B’deroga mill-Artikolu 176(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/429, l-operaturi tat-tipi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura li ġejjin ma għandhomx ikunu meħtieġa japplikaw mal-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tal-istabbilimenti tal-akkwakultura tagħhom:
|
(a) |
stabbilimenti tal-akkwakultura fejn jinżammu l-annimali tal-akkwakultura esklussivament għar-rilaxx fl-ambjent naturali; |
|
(b) |
għadajjar estensivi fejn jinżammu l-annimali tal-akkwakultura għall-konsum dirett mill-bniedem jew għar-rilaxx fl-ambjent naturali; |
|
(c) |
ċentri ta’ purifikazzjoni li:
|
|
(d) |
ċentri ta’ dispaċċ li:
|
|
(e) |
żoni fejn jinżammu l-molluski li:
|
2. Id-derogi mir-rekwiżit li japplikaw għall-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-istabbilimenti tal-akkwakultura li minnhom l-annimali tal-akkwakultura ma jiġux imċaqilqa lejn Stat Membru ieħor, minbarra molluski għal konsum dirett mill-bniedem u meta l-awtorità kompetenti tkun lestiet valutazzjoni tar-riskju:
|
(a) |
tqis mill-inqas il-fatturi tar-riskju stipulati fil-punti (a) u (b) tal-Kapitolu 2 tal-Parti I tal-Anness VI tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689; u |
|
(b) |
sab li r-riskju li l-annimali tal-akkwakultura fl-istabbiliment tal-akkwakultura jikkuntrattaw jew ixerrdu marda elenkata jew marda emerġenti huwa insinifikanti. |
Artikolu 4
Tipi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura li jeħtieġ li jiġu approvati mill-awtorità kompetenti
L-operaturi tat-tipi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura li ġejjin għandhom japplikaw mal-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni f’konformità mal-Artikolu 176(1)(b) tar-Regolament (UE) 2016/429:
|
(a) |
stabbilimenti ta’ kwarantina għall-annimali tal-akkwakultura; |
|
(b) |
stabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati li huma vetturi miżmuma f’iżolament, sakemm ma jibqgħux jitqiesu bħala vetturi; |
|
(c) |
l-istabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu annimali tal-akkwakultura għal skopijiet ornamentali f’faċilitajiet magħluqa li, minħabba x-xejriet ta’ ċaqliq tagħhom, joħolqu riskju sinifikanti ta’ mard; |
|
(d) |
stabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu annimali tal-akkwakultura għal finijiet ornamentali f’faċilitajiet miftuħa; |
|
(e) |
bastimenti jew postijiet mobbli oħrajn fejn l-annimali tal-akkwakultura jinżammu temporanjament sabiex jiġu ttrattati jew jgħaddu minn proċedura oħra relatata mat-trobbija. |
KAPITOLU 2
Ir-rekwiżiti u l-għoti ta’ approvazzjoni lill-istabbilimenti ta’ kwarantina
Artikolu 5
Ir-rekwiżit li l-istabbilimenti tal-akkwakultura approvati u l-gruppi tagħhom ikollhom pjan ta’ bijosigurtà
L-awtorità kompetenti għandha tapprova biss l-istabbilimenti tal-akkwakultura msemmija fl-Artikolu 7 u fl-Artikoli 9 sa 19, jew il-gruppi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura msemmija fl-Artikolu 8, jekk l-operaturi tagħhom ikunu żviluppaw u ddokumentaw pjan ta’ bijosigurtà, li jkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
jidentifika r-rotot li bihom aġent tal-mard jista’ jidħol fl-istabbiliment tal-akkwakultura jew fi grupp ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura, jinxtered fih u jiġi ttrasferit minnu lejn l-ambjent jew lejn stabbilimenti tal-akkwakultura oħrajn; |
|
(b) |
iqis l-ispeċifiċitajiet tal-istabbiliment tal-akkwakultura individwali jew tal-grupp ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura u jidentifika miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju għal kull riskju ta’ bijosigurtà li ġie identifikat; |
|
(c) |
jikkunsidra u jqis, fejn ikun xieraq, l-elementi stabbiliti fil-punt 1(a) tal-Partijiet 1 sa 7 u l-Partijiet 9 sa 12, u fil-punt 1(b) tal-Parti 8 tal-Anness I, meta jkun qed jiġi żviluppat dan il-pjan għall-istabbiliment tal-akkwakultura jew għall-grupp ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura. |
Artikolu 6
Ir-rekwiżit li l-istabbilimenti tal-akkwakultura approvati u l-gruppi tagħhom jipparteċipaw fi skema ta’ sorveljanza bbażata fuq ir-riskju
1. L-awtorità kompetenti għandha tapprova biss l-istabbilimenti tal-akkwakultura msemmija fl-Artikoli 7, 17 u 18 ta’ dan ir-Regolament jekk l-operaturi jkunu konformi mas-sorveljanza bbażata fuq ir-riskju mmexxija mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2016/429, fil-forma ta’ skema ta’ sorveljanza bbażata fuq ir-riskju, kif stabbilit fil-Parti 1 u fil-punt 1 tal-Parti 2 tal-Anness II għal dan ir-Regolament.
2. L-awtorità kompetenti għandha tapprova biss il-gruppi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura msemmija fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament jekk l-operaturi jkunu konformi mas-sorveljanza bbażata fuq ir-riskju mmexxija mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2016/429, fil-forma ta’ skema ta’ sorveljanza bbażata fuq ir-riskju, kif stabbilit fil-Parti 1 u fil-punt 2 tal-Parti 2 tal-Anness II għal dan ir-Regolament.
3. Meta tagħti l-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura jew gruppi tagħhom kif previst fil-paragrafi 1 u 2, l-awtorità kompetenti għandha tqis l-elementi li ġejjin, u tinkludihom fl-iskema ta’ sorveljanza bbażata fuq ir-riskju:
|
(a) |
l-eżitu tas-sorveljanza mmexxija mill-operatur f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2016/429; |
|
(b) |
l-informazzjoni miksuba permezz taż-żjarat dwar is-saħħa tal-annimali mwettqa minn veterinarju f’konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/429, meta l-operaturi jagħmlu tali informazzjoni disponibbli. |
Artikolu 7
Ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni tal-istabbilimenti tal-akkwakultura fejn jinżammu l-annimali tal-akkwakultura bil-ħsieb li jiġu mċaqilqa minnhom ħajjin jew bħala prodotti li joriġinaw mill-annimali tal-akkwakultura, għajr dawk l-istabbilimenti tal-akkwakultura li għalihom huma stipulati rekwiżiti speċifiċi fl-Artikoli 12 sa 19
Meta tagħti l-approvazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-istabbilimenti tal-akkwakultura fejn jinżammu l-annimali tal-akkwakultura bil-ħsieb li jiġu mċaqilqa minnhom ħajjin jew bħala prodotti li joriġinaw mill-annimali tal-akkwakultura, għajr dawk l-istabbilimenti tal-akkwakultura msemmija fl-Artikoli 12 sa 19, ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti:
|
(a) |
fl-Artikolu 6(1), b’rabta mas-sorveljanza bbażata fuq ir-riskju; |
|
(b) |
fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness I, b’rabta mal-miżuri ta’ bijosigurtà; |
|
(c) |
fil-punt 2 tal-Parti 1 tal-Anness I, b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir. |
Artikolu 8
Ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni ta’ gruppi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura fejn jinżammu l-annimali tal-akkwakultura bil-ħsieb li jiġu mċaqilqa minnhom ħajjin jew bħala prodotti li joriġinaw mill-annimali tal-akkwakultura
Meta tagħti l-approvazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-gruppi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura fejn jinżammu l-annimali tal-akkwakultura bil-ħsieb li jiġu mċaqilqa minnhom ħajjin jew bħala prodotti li joriġinaw mill-annimali tal-akkwakultura jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti:
|
(a) |
fl-Artikolu 6(2), b’rabta mas-sorveljanza bbażata fuq ir-riskju; |
|
(b) |
fil-punt 1 tal-Parti 2 tal-Anness I, b’rabta mal-miżuri ta’ bijosigurtà għall-istabbilimenti tal-akkwakultura fil-grupp; |
|
(c) |
fil-punt 2 tal-Parti 2 tal-Anness I, b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir. |
Artikolu 9
Ir-rekwiżiti għall-għoti tal-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura konfinati
Meta tagħti l-approvazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-istabbilimenti tal-akkwakultura konfinati jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti:
|
(a) |
fl-Artikolu 10, b’rabta mal-arranġamenti għall-faċilitajiet fejn jitwettqu l-eżamijiet post-mortem u jiġu garantiti s-servizzi ta’ veterinarju tal-istabbiliment; |
|
(b) |
fil-punt 1 tal-Parti 3 tal-Anness I, b’rabta mal-miżuri ta’ bijosigurtà; |
|
(c) |
fil-punt 2 tal-Parti 3 tal-Anness I, b’rabta mas-sorveljanza u l-kontroll; |
|
(d) |
fil-punt 3 tal-Parti 3 tal-Anness I, b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir. |
Artikolu 10
L-obbligi tal-operaturi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura konfinati
Qabel ma tingħata approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, l-operaturi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura konfinati għandhom:
|
(a) |
idaħħlu fis-seħħ arranġamenti sabiex jitwettqu eżamijiet veterinarji post-mortem f’faċilitajiet xierqa fl-istabbiliment tal-akkwakultura konfinat jew f’laboratorju; |
|
(b) |
jiggarantixxu b’kuntratt jew permezz ta’ strument legali ieħor is-servizzi ta’ veterinarju ta’ stabbiliment li għandu jkun responsabbli għal:
|
Artikolu 11
Ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni tal-istabbilimenti għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku
Meta tagħti l-approvazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-istabbilimenti għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti:
|
(a) |
fil-punt 1 tal-Parti 4 tal-Anness I, b’rabta mal-miżuri ta’ bijosigurtà; |
|
(b) |
fil-punt 2 tal-Parti 4 tal-Anness I, b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir. |
Artikolu 12
Ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni taċ-ċentri ta’ purifikazzjoni għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 3(1)(c)
Meta tagħti l-approvazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li ċ-ċentri ta’ purifikazzjoni, għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 3(1)(c), ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti:
|
(a) |
fil-punt 1 tal-Parti 5 tal-Anness I, b’rabta mal-miżuri ta’ bijosigurtà; |
|
(b) |
fil-punt 2 tal-Parti 5 tal-Anness I, b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir. |
Artikolu 13
Ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni taċ-ċentri tad-dispaċċ għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 3(1)(d)
Meta tagħti l-approvazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li ċ-ċentri tad-dispaċċ, għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 3(1)(d), ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti:
|
(a) |
fil-punt 1 tal-Parti 6 tal-Anness I, b’rabta mal-miżuri ta’ bijosigurtà; |
|
(b) |
fil-punt 2 tal-Parti 6 tal-Anness I, b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir. |
Artikolu 14
Ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni taż-żoni fejn jinżammu l-molluski għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 3(1)(e)
Meta tagħti l-approvazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li ż-żoni fejn jinżammu l-molluski, għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 3(1)(e), ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti:
|
(a) |
fil-punt 1 tal-Parti 7 tal-Anness I, b’rabta mal-miżuri ta’ bijosigurtà; |
|
(b) |
fil-punt 2 tal-Parti 7 tal-Anness I, b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir. |
Artikolu 15
Ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni lill-istabbilimenti ta’ kwarantina
Meta tagħti l-approvazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-istabbilimenti ta’ kwarantina jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti:
|
(a) |
fil-punt 1 tal-Parti 8 tal-Anness I, b’rabta mal-miżuri ta’ bijosigurtà; |
|
(b) |
fil-punt 2 tal-Parti 8 tal-Anness I, b’rabta mal-miżuri ta’ sorveljanza u kontroll; |
|
(c) |
fil-punt 3 tal-Parti 8 tal-Anness I, b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir. |
Artikolu 16
Ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni tal-istabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati li huma vetturi miżmuma f’iżolament, sakemm ma jibqgħux jitqiesu bħala vetturi
Meta tagħti l-approvazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-istabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati li huma vetturi miżmuma f’iżolament, sakemm dawn ma jibqgħux jitqiesu bħala vetturi, ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti:
|
(a) |
fil-punt 1 tal-Parti 9 tal-Anness I, b’rabta mal-miżuri ta’ bijosigurtà; |
|
(b) |
fil-punt 2 tal-Parti 9 tal-Anness I, b’rabta mal-miżuri ta’ sorveljanza u kontroll; |
|
(c) |
fil-punt 3 tal-Parti 9 tal-Anness I, b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir. |
Artikolu 17
Ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni tal-istabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu annimali tal-akkwakultura għal skopijiet ornamentali f’faċilitajiet magħluqa li, minħabba x-xejriet ta’ ċaqliq tagħhom, joħolqu riskju sinifikanti ta’ mard
Meta tagħti l-approvazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-istabbilimenti tal-akkwakultura li huma faċilitajiet magħluqa u li jżommu annimali tal-akkwakultura għal skopijiet ornamentali li, minħabba x-xejriet ta’ ċaqliq tagħhom, joħolqu riskju sinifikanti ta’ mard, ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti:
|
(a) |
fl-Artikolu 6(1), b’rabta mas-sorveljanza bbażata fuq ir-riskju; |
|
(b) |
fil-punt 1 tal-Parti 10 tal-Anness I, b’rabta mal-miżuri ta’ bijosigurtà; |
|
(c) |
fil-punt 2 tal-Parti 10 tal-Anness I, b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir. |
Artikolu 18
Ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni tal-istabbilimenti tal-akkwakultura li huma faċilitajiet miftuħa li jżommu annimali tal-akkwakultura għal skopijiet ornamentali
Meta tagħti l-approvazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-istabbilimenti tal-akkwakultura li huma faċilitajiet miftuħa li jżommu annimali tal-akkwakultura għal skopijiet ornamentali jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti:
|
(a) |
fl-Artikolu 6(1), b’rabta mas-sorveljanza bbażata fuq ir-riskju; |
|
(b) |
fil-punt 1 tal-Parti 11 tal-Anness I, b’rabta mal-miżuri ta’ bijosigurtà; |
|
(c) |
fil-punt 2 tal-Parti 11 tal-Anness I, b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir. |
Artikolu 19
Ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni tal-bastimenti jew ta’ postijiet mobbli oħrajn fejn l-annimali tal-akkwakultura jinżammu temporanjament sabiex jiġu ttrattati jew sabiex jgħaddu minn proċedura oħra relatata mat-trobbija
Meta tagħti l-approvazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-bastimenti jew postijiet mobbli oħrajn fejn l-annimali tal-akkwakultura jinżammu temporanjament sabiex jiġu ttrattati jew sabiex jgħaddu minn proċedura oħra relatata mat-trobbija jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti:
|
(a) |
fil-punt 1 tal-Parti 12 tal-Anness I, b’rabta mal-miżuri ta’ bijosigurtà; |
|
(b) |
fil-punt 2 tal-Parti 12 tal-Anness I, b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir. |
TITOLU II
REĠISTRI LI GĦANDHOM JINŻAMMU MILL-AWTORITÀ KOMPETENTI TAL-ISTABBILIMENTI TAL-AKKWAKULTURA RREĠISTRATI U APPROVATI
KAPITOLU 1
Reġistri ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura miżmuma mill-awtorità kompetenti
Artikolu 20
Obbligu ta’ informazzjoni tal-awtorità kompetenti fir-rigward tar-reġistru ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura rreġistrati
Minbarra l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 185(2) tar-Regolament (UE) 2016/429, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja fir-reġistru tal-istabbilimenti tal-akkwakultura kif previst fl-Artikolu 185(1)(a) ta’ dak ir-Regolament, għal kull stabbiliment tal-akkwakultura li tirreġistra:
|
(a) |
in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku assenjat lilu mill-awtorità kompetenti; |
|
(b) |
id-data tar-reġistrazzjoni mill-awtorità kompetenti; |
|
(c) |
l-indirizz u l-koordinati ġeografiċi (latitudni u lonġitudni) tal-pożizzjoni tal-istabbiliment tal-akkwakultura; |
|
(d) |
deskrizzjoni tal-faċilitajiet u tat-tagħmir tiegħu; |
|
(e) |
il-kategoriji ta’ annimali tal-akkwakultura li jinżammu fl-istabbiliment tal-akkwakultura; |
|
(f) |
l-għadd approssimattiv jew il-bijomassa massima, jew it-tnejn li huma, tal-annimali tal-akkwakultura li jistgħu jinżammu fl-istabbiliment tal-akkwakultura; |
|
(g) |
il-perjodu li matulu l-annimali tal-akkwakultura jinżammu fl-istabbiliment tal-akkwakultura jekk ma jkunx okkupat kontinwament, inkluża, meta jkun rilevanti, informazzjoni dwar l-okkupazzjoni staġjonali jew l-okkupazzjoni matul avvenimenti partikolari; |
|
(h) |
id-data ta’ kwalunkwe waqfien ta’ attività meta l-operatur ikun informa lill-awtorità kompetenti b’dan. |
KAPITOLU 2
Reġistri ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura approvati mill-awtorità kompetenti
Artikolu 21
Obbligu ta’ informazzjoni tal-awtorità kompetenti fir-rigward tar-reġistru ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura approvati
1. Minbarra l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 185(2) tar-Regolament (UE) 2016/429, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja fir-reġistru tal-istabbilimenti tal-akkwakultura approvati previsti fl-Artikolu 185(1)(b) u (c) ta’ dak ir-Regolament, għal kull stabbiliment tal-akkwakultura jew grupp ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura li tapprova:
|
(a) |
in-numru ta’ approvazzjoni uniku assenjat lilu mill-awtorità kompetenti; |
|
(b) |
id-data tal-approvazzjoni mogħtija mill-awtorità kompetenti jew ta’ kwalunkwe sospensjoni jew irtirar ta’ approvazzjoni mill-awtorità kompetenti; |
|
(c) |
l-indirizz u l-koordinati ġeografiċi (latitudni u lonġitudni) tal-pożizzjoni tal-istabbiliment tal-akkwakultura approvat jew ta’ grupp ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura; |
|
(d) |
deskrizzjoni tal-faċilitajiet u t-tagħmir rilevanti tiegħu; |
|
(e) |
il-kategoriji ta’ annimali tal-akkwakultura li jinżammu fl-istabbiliment tal-akkwakultura jew fil-grupp ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura; |
|
(f) |
l-għadd approssimattiv jew il-bijomassa massima, jew it-tnejn li huma, tal-annimali tal-akkwakultura li jistgħu jinżammu fl-istabbiliment tal-akkwakultura jew fil-grupp ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura; |
|
(g) |
il-perjodu li matulu l-annimali tal-akkwakultura jinżammu fl-istabbiliment tal-akkwakultura jew fi grupp ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura jekk ma jkunux okkupati kontinwament, inkluża, meta jkun rilevanti, informazzjoni dwar l-okkupazzjoni staġjonali jew l-okkupazzjoni matul avvenimenti partikolari; |
|
(h) |
id-data ta’ kwalunkwe waqfien ta’ attività meta l-operatur ikun informa lill-awtorità kompetenti b’dan. |
2. Minbarra l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 185(3) tar-Regolament (UE) 2016/429, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi informazzjoni aġġornata dwar l-istat tas-saħħa tal-annimali tal-akkwakultura miżmuma fi stabbilimenti tal-akkwakultura jew gruppi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura li huma approvati f’konformità mal-Artikolu 181(1) ta’ dak ir-Regolament, f’paġna ta’ informazzjoni bbażata fuq l-Internet li tkun disponibbli għall-pubbliku.
Dik l-informazzjoni aġġornata dwar is-saħħa għandha mill-inqas tistabbilixxi l-istat tas-saħħa tal-istabbiliment tal-akkwakultura jew ta’ grupp ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura għal kull marda elenkata rilevanti u għal kull kategorija rilevanti tagħha, kif ġej:
|
(a) |
jekk huwiex ħieles minn marda tal-kategorija B jew marda tal-kategorija C; |
|
(b) |
jekk huwiex fi programm ta’ eradikazzjoni għal marda tal-kategorija B jew marda tal-kategorija C; |
|
(c) |
jekk huwiex fi programm ta’ sorveljanza volontarja għal marda tal-kategorija C; jew |
|
(d) |
kwalunkwe informazzjoni oħra li tappartjeni għal marda tal-kategorija B, tal-kategorija C jew tal-kategorija D, minbarra l-informazzjoni li hija stabbilita fil-punti (a), (b) u (c). |
TITOLU III
OBBLIGI TA’ ŻAMMA TA’ REKORDS MILL-OPERATURI FLIMKIEN MA’ DAWK PREVISTI FIR-REGOLAMENT (UE) 2016/429
KAPITOLU 1
Rekords li għandhom jinżammu mill-operaturi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura rreġistrati jew approvati
Artikolu 22
L-obbligi taż-żamma tar-rekords tal-operaturi tal-istabbilimenti tal-akkwakultura rreġistrati
Minbarra l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 186(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, l-operaturi tal-istabbilimenti tal-akkwakultura rreġistrati għandhom jirreġistraw u jżommu l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku assenjat lill-istabbiliment tal-akkwakultura mill-awtorità kompetenti; |
|
(b) |
id-dettalji ta’ kwalunkwe investigazzjoni li twettqet wara l-okkorrenza ta’ żieda fil-mortalità jew suspett tal-preżenza tal-marda; |
|
(c) |
id-dokumenti ta’ awtodikjarazzjoni maħruġa f’konformità mal-Artikolu 218 tar-Regolament (UE) 2016/429, li jkunu waslu mal-konsenji ta’ annimali tal-akkwakultura li jkunu waslu fl-istabbiliment tal-akkwakultura jew li jkunu ntbagħtu ma’ tali konsenji mibgħuta mill-istabbiliment tal-akkwakultura, kif rilevanti; |
|
(d) |
fejn rilevanti, kwalunkwe dokument ieħor li jakkumpanja l-annimali akkwatiċi. |
Artikolu 23
L-obbligi taż-żamma tar-rekords tal-operaturi tal-istabbilimenti tal-akkwakultura approvati fejn jinżammu l-annimali tal-akkwakultura bil-ħsieb li jiġu mċaqilqa minnhom, ħajjin jew bħala prodotti li joriġinaw mill-annimali tal-akkwakultura għajr dawk imsemmija fl-Artikoli 27 sa 34
Minbarra l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 186(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, l-operaturi tal-istabbilimenti tal-akkwakultura approvati fejn jinżammu l-annimali tal-akkwakultura bil-ħsieb li jiġu mċaqilqa minnhom, ħajjin jew bħala prodotti li joriġinaw minn annimali tal-akkwakultura, għajr dawk l-istabbilimenti tal-akkwakultura msemmija fl-Artikoli 27 sa 34 ta’ dan ir-Regolament, għandhom jirreġistraw u jżommu l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
in-numru ta’ approvazzjoni uniku maħruġ lill-istabbiliment tal-akkwakultura mill-awtorità kompetenti; |
|
(b) |
il-kategorizzazzjoni tar-riskju attwali tal-istabbiliment tal-akkwakultura, kif assenjata mill-awtorità kompetenti; |
|
(c) |
id-dettalji tal-implimentazzjoni u r-riżultati tas-sorveljanza bbażata fuq ir-riskju previsti fl-Artikolu 6(1); |
|
(d) |
id-dettalji tal-movimenti lejn l-istabbiliment tal-akkwakultura, inklużi:
|
|
(e) |
id-dettalji tal-movimenti mill-istabbiliment tal-akkwakultura, inklużi:
|
|
(f) |
l-isem u l-indirizz tat-trasportaturi li jwasslu l-annimali akkwatiċi fl-istabbiliment jew li jiġbru l-annimali tal-akkwakultura minnu; |
|
(g) |
il-pjan ta’ bijosigurtà għall-istabbiliment tal-akkwakultura approvat u l-evidenza tal-implimentazzjoni tiegħu; |
|
(h) |
id-dokumenti ta’ awtodikjarazzjoni maħruġa f’konformità mal-Artikolu 218 tar-Regolament (UE) 2016/429, li jkunu waslu mal-konsenji ta’ annimali tal-akkwakultura li jkunu waslu fl-istabbiliment tal-akkwakultura jew li jkunu ntbagħtu mal-konsenji mibgħuta mill-istabbiliment tal-akkwakultura, kif rilevanti; |
|
(i) |
fejn rilevanti, kwalunkwe dokument ieħor li jakkumpanja l-annimali akkwatiċi. |
Artikolu 24
L-obbligi taż-żamma tar-rekords tal-operaturi ta’ grupp approvat ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura approvati fejn jinżammu l-annimali tal-akkwakultura bil-ħsieb li jiġu mċaqilqa minnhom ħajjin jew bħala prodotti li joriġinaw mill-annimali tal-akkwakultura
1. Minbarra l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 186(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, l-operaturi tal-istabbilimenti tal-akkwakultura fi grupp ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura approvati f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 177 tar-Regolament (UE) 2016/429 għandhom jirreġistraw u jżommu l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
in-numru ta’ approvazzjoni uniku maħruġ lill-istabbiliment tal-akkwakultura mill-awtorità kompetenti; |
|
(b) |
il-kategorizzazzjoni tar-riskju attwali tal-grupp ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura, kif assenjata mill-awtorità kompetenti; |
|
(c) |
id-dettalji tal-implimentazzjoni u r-riżultati tas-sorveljanza bbażata fuq ir-riskju previsti fl-Artikolu 6(2); |
|
(d) |
id-dettalji tal-movimenti lejn l-istabbiliment tal-akkwakultura, inklużi:
|
|
(e) |
id-dettalji tal-movimenti mill-grupp ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura, inklużi:
|
|
(f) |
l-isem u l-indirizz tat-trasportaturi li jwasslu l-annimali akkwatiċi fl-istabbiliment tal-akkwakultura, jew li jiġbru l-annimali tal-akkwakultura minnu; |
|
(g) |
id-dettalji tal-pjan ta’ bijosigurtà użat u evidenza tal-implimentazzjoni tiegħu; |
|
(h) |
id-dokumenti ta’ awtodikjarazzjoni maħruġa f’konformità mal-Artikolu 218 tar-Regolament (UE) 2016/429, li jkunu waslu mal-konsenji ta’ annimali tal-akkwakultura li jkunu waslu fl-istabbiliment tal-akkwakultura jew li jkunu ntbagħtu mal-konsenji mibgħuta mill-istabbiliment tal-akkwakultura, kif rilevanti; |
|
(i) |
fejn rilevanti, kwalunkwe dokument ieħor li jakkumpanja l-annimali akkwatiċi. |
2. L-operatur ta’ grupp ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura approvati f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 177 tar-Regolament (UE) 2016/429 għandu jirreġistra jew iżomm l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1(a) sa (i) ta’ dan l-Artikolu f’isem kull stabbiliment tal-akkwakultura fil-grupp.
Artikolu 25
L-obbligi taż-żamma tar-rekords tal-operaturi tal-istabbilimenti tal-akkwakultura konfinati approvati
Minbarra l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 186(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, l-operaturi tal-istabbilimenti tal-akkwakultura konfinati approvati għandhom jirreġistraw u jżommu l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
in-numru ta’ approvazzjoni uniku maħruġ lill-istabbiliment tal-akkwakultura konfinat mill-awtorità kompetenti; |
|
(b) |
id-dettalji tal-movimenti lejn u mill-istabbiliment tal-akkwakultura konfinat, inkluż in-numru ta’ reġistrazzjoni jew approvazzjoni uniku tal-istabbiliment tal-akkwakultura tal-oriġini jew tad-destinazzjoni tal-annimali tal-akkwakultura kollha li jkunu waslu minn jew li jintbagħtu lejn stabbiliment tal-akkwakultura ieħor; |
|
(c) |
l-isem u l-indirizz tat-trasportaturi li jwasslu l-annimali akkwatiċi fl-istabbiliment tal-akkwakultura konfinat, jew li jiġbru l-annimali tal-akkwakultura minnu; |
|
(d) |
id-dettalji tal-implimentazzjoni u r-riżultati tal-pjan ta’ sorveljanza tal-mard previsti fil-punt 2 tal-Parti 3 tal-Anness I; |
|
(e) |
ir-riżultati tat-testijiet kliniċi u fil-laboratorju u tal-eżamijiet post-mortem li jitwettqu meta jiġu investigati ż-żieda fil-mortalitajiet jew is-suspett tal-preżenza tal-mard; |
|
(f) |
fejn rilevanti, id-dettalji tat-tilqim jew tat-trattament tal-annimali tal-akkwakultura previsti fil-punt 2(c) tal-Parti 3 tal-Anness I; |
|
(g) |
id-dettalji tal-iżolament jew tal-kwarantina tal-annimali tal-akkwakultura li jidħlu, l-istruzzjonijiet, jekk ikun hemm, tal-awtorità kompetenti fir-rigward tal-iżolament u l-kwarantina, kif ukoll l-osservazzjonijiet rilevanti magħmula matul kwalunkwe perjodu ta’ iżolament jew kwarantina; |
|
(h) |
il-pjan ta’ bijosigurtà għall-istabbiliment tal-akkwakultura konfinat; |
|
(i) |
fejn rilevanti, kwalunkwe dokument ieħor li jakkumpanja l-annimali tal-akkwakultura. |
Artikolu 26
L-obbligi taż-żamma tar-rekords tal-operaturi tal-istabbilimenti għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku
Minbarra l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 187(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, l-operaturi tal-istabbilimenti għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku għandhom jirreġistraw u jżommu l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
in-numru ta’ approvazzjoni uniku maħruġ lill-istabbiliment għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku mill-awtorità kompetenti; |
|
(b) |
il-pjan ta’ bijosigurtà għall-istabbiliment għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku u evidenza tal-implimentazzjoni tiegħu; |
|
(c) |
ir-rekords tal-manutenzjoni għas-sistema tat-trattament tal-ilma mormi użata fl-istabbiliment għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku; |
|
(d) |
ir-rekords li jivverifikaw l-effikaċja tas-sistema tat-trattament tal-ilma; |
|
(e) |
l-isem u l-indirizz tat-trasportaturi li jwasslu l-annimali akkwatiċi fl-istabbiliment għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku; |
|
(f) |
fejn rilevanti, kwalunkwe dokument ieħor li jakkumpanja l-annimali akkwatiċi. |
Artikolu 27
L-obbligi taż-żamma ta’ rekords tal-operaturi taċ-ċentri ta’ purifikazzjoni approvati
Minbarra l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 186(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, l-operaturi taċ-ċentri ta’ purifikazzjoni approvati għandhom jirreġistraw u jżommu l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
in-numru ta’ approvazzjoni uniku maħruġ liċ-ċentru ta’ purifikazzjoni approvat mill-awtorità kompetenti; |
|
(b) |
il-pjan ta’ bijosigurtà għaċ-ċentru ta’ purifikazzjoni approvat u l-evidenza tal-implimentazzjoni tiegħu; |
|
(c) |
ir-rekords tal-manutenzjoni għas-sistema tat-trattament tal-ilma mormi użata fiċ-ċentru ta’ purifikazzjoni approvat; |
|
(d) |
ir-rekords li jivverifikaw l-effikaċja tas-sistema tat-trattament tal-ilma; |
|
(e) |
fejn rilevanti, kwalunkwe dokument ieħor li jakkumpanja l-annimali akkwatiċi. |
Artikolu 28
L-obbligi taż-żamma tar-rekords tal-operaturi taċ-ċentri tad-dispaċċ approvati
Minbarra l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 186(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, l-operaturi taċ-ċentri tad-dispaċċ approvati għandhom jirreġistraw u jżommu l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
in-numru ta’ approvazzjoni uniku maħruġ liċ-ċentru tad-dispaċċ approvat mill-awtorità kompetenti; |
|
(b) |
il-pjan ta’ bijosigurtà għaċ-ċentru tad-dispaċċ approvat u l-evidenza tal-implimentazzjoni tiegħu; |
|
(c) |
ir-reġistri tal-manutenzjoni għas-sistema tat-trattament tal-ilma mormi użata fiċ-ċentru tad-dispaċċ approvat; |
|
(d) |
ir-rekords li jivverifikaw l-effikaċja tas-sistema tat-trattament tal-ilma; |
|
(e) |
fejn rilevanti, kwalunkwe dokument ieħor li jakkumpanja l-annimali akkwatiċi. |
Artikolu 29
L-obbligi taż-żamma tar-rekords tal-operaturi taż-żoni fejn jinżammu l-molluski approvati
Minbarra l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 186(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, l-operaturi taż-żoni fejn jinżammu l-molluski approvati għandhom jirreġistraw u jżommu l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
in-numru ta’ approvazzjoni uniku maħruġ liż-żona fejn jinżammu l-molluski approvata mill-awtorità kompetenti; |
|
(b) |
il-pjan ta’ bijosigurtà għaż-żona fejn jinżammu l-molluski approvata u l-evidenza tal-implimentazzjoni tiegħu; |
|
(c) |
fejn rilevanti, kwalunkwe dokument ieħor li jakkumpanja l-annimali akkwatiċi. |
Artikolu 30
L-obbligi taż-żamma tar-rekords tal-operaturi tal-istabbilimenti ta’ kwarantina approvati għall-annimali tal-akkwakultura
Minbarra l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 186(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, l-operaturi tal-istabbilimenti ta’ kwarantina approvati għall-annimali tal-akkwakultura għandhom jirreġistraw u jżommu l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
in-numru ta’ approvazzjoni uniku maħruġ lill-istabbiliment ta’ kwarantina mill-awtorità kompetenti; |
|
(b) |
id-dettalji tal-movimenti lejn l-istabbiliment tal-kwarantina approvat, inklużi:
|
|
(c) |
id-dettalji tal-movimenti mill-istabbiliment ta’ kwarantina approvat, inklużi:
|
|
(d) |
l-isem u l-indirizz tat-trasportaturi li jwasslu l-annimali akkwatiċi fl-istabbiliment ta’ kwarantina approvat, jew li jiġbru l-annimali tal-akkwakultura minnu; |
|
(e) |
id-dettalji tal-implimentazzjoni u r-riżultati tas-sorveljanza tal-mard previsti fil-punt 2 tal-Parti 8 tal-Anness I; |
|
(f) |
ir-riżultati tat-testijiet kliniċi u fil-laboratorju u tal-eżamijiet post-mortem previsti fil-punt 2 tal-Parti 8 tal-Anness I; |
|
(g) |
l-istruzzjonijiet, jekk ikun hemm, tal-awtorità kompetenti fir-rigward tal-osservazzjonijiet li saru matul kwalunkwe perjodu ta’ iżolament jew kwarantina; |
|
(h) |
il-pjan ta’ bijosigurtà għall-istabbiliment ta’ kwarantina approvat u l-evidenza tal-implimentazzjoni tiegħu; |
|
(i) |
l-evidenza li turi li l-parametri ambjentali fl-istabbiliment ta’ kwarantina approvat iwasslu għall-espressjoni tal-mard(a) elenkat(a) jew emerġenti rilevanti; |
|
(j) |
fejn rilevanti, kwalunkwe dokument ieħor li jakkumpanja l-annimali akkwatiċi. |
Artikolu 31
L-obbligi taż-żamma tar-rekords tal-operaturi tal-istabbilimenti tal-akkwakultura approvati li jżommu annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati li huma vetturi miżmuma f’iżolament, sakemm ma jibqgħux jitqiesu bħala vetturi
Minbarra l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 186(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, l-operaturi tal-istabbilimenti tal-akkwakultura approvati li jżommu annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati li huma vetturi f’iżolament, sakemm ma jibqgħux jitqiesu bħala vetturi, għandhom jirreġistraw u jżommu l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
in-numru ta’ approvazzjoni uniku maħruġ lill-istabbiliment tal-akkwakultura mill-awtorità kompetenti; |
|
(b) |
id-dettalji tal-movimenti lejn l-istabbiliment tal-akkwakultura approvat, inklużi:
|
|
(c) |
id-dettalji tal-movimenti mill-istabbiliment tal-akkwakultura approvat, inklużi:
|
|
(d) |
l-isem u l-indirizz tat-trasportaturi li jwasslu l-annimali akkwatiċi fl-istabbiliment tal-akkwakultura approvat, jew li jiġbru l-annimali tal-akkwakultura minnu; |
|
(e) |
id-dettalji tal-implimentazzjoni u r-riżultati tas-sorveljanza tal-mard previsti fil-punt 2 tal-Parti 9 tal-Anness I; |
|
(f) |
ir-riżultati tat-testijiet kliniċi u fil-laboratorju u tal-eżamijiet post-mortem previsti fil-punt 2 tal-Parti 9 tal-Anness I; |
|
(g) |
l-istruzzjonijiet, jekk ikun hemm, tal-awtorità kompetenti fir-rigward tal-osservazzjonijiet li jkunu saru matul il-perjodu ta’ iżolament ta’ 90 jum imsemmi fil-punt 2 tal-Parti 9 tal-Anness I; |
|
(h) |
il-pjan ta’ bijosigurtà għall-istabbiliment tal-akkwakultura approvat u l-evidenza tal-implimentazzjoni tiegħu; |
|
(i) |
fejn rilevanti, kwalunkwe dokument ieħor li jakkumpanja l-annimali akkwatiċi. |
Artikolu 32
L-obbligi għaż-żamm tar-rekords tal-operaturi tal-istabbilimenti tal-akkwakultura approvati li huma faċilitajiet magħluqa li jżommu annimali tal-akkwakultura għal skopijiet ornamentali
Minbarra l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 186(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, l-operaturi tal-istabbilimenti tal-akkwakultura approvati li huma faċilitajiet magħluqa li jżommu l-annimali tal-akkwakultura għal skopijiet ornamentali għandhom jirreġistraw u jżommu l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
in-numru ta’ approvazzjoni uniku maħruġ lill-istabbiliment tal-akkwakultura mill-awtorità kompetenti; |
|
(b) |
il-kategorizzazzjoni tar-riskju attwali tal-istabbiliment tal-akkwakultura approvat, kif assenjata mill-awtorità kompetenti; |
|
(c) |
id-dettalji tal-implimentazzjoni u r-riżultati tas-sorveljanza bbażata fuq ir-riskju previsti fl-Artikolu 6(1), fejn ikun rilevanti; |
|
(d) |
id-dettalji tal-movimenti lejn l-istabbiliment tal-akkwakultura approvat, inkluż in-numru ta’ reġistrazzjoni jew approvazzjoni uniku tal-istabbiliment tal-akkwakultura tal-oriġini tal-annimali tal-akkwakultura kollha li jkunu waslu minn stabbiliment tal-akkwakultura ieħor; |
|
(e) |
id-dettalji tal-movimenti mill-istabbiliment tal-akkwakultura approvat, inkluż in-numru ta’ reġistrazzjoni jew approvazzjoni uniku tal-istabbiliment tal-akkwakultura tad-destinazzjoni, minbarra meta dawn il-movimenti jseħħu lejn unitajiet domestiċi; |
|
(f) |
l-isem u l-indirizz tat-trasportaturi li jwasslu l-annimali akkwatiċi fl-istabbiliment tal-akkwakultura approvat, jew li jiġbru l-annimali tal-akkwakultura minnu, minbarra meta dawn il-movimenti jseħħu lejn unitajiet domestiċi; |
|
(g) |
il-pjan ta’ bijosigurtà għall-istabbiliment tal-akkwakultura approvat u l-evidenza tal-implimentazzjoni tiegħu; |
|
(h) |
id-dokumenti ta’ awtodikjarazzjoni maħruġa f’konformità mal-Artikolu 218 tar-Regolament (UE) 2016/429, li jkunu waslu mal-konsenji ta’ annimali tal-akkwakultura li jkunu waslu fl-istabbiliment tal-akkwakultura approvat jew li jkunu ntbagħtu mal-konsenji mibgħuta mill-istabbiliment tal-akkwakultura approvat, kif rilevanti; |
|
(i) |
fejn rilevanti, kwalunkwe dokument ieħor li jakkumpanja l-annimali tal-akkwakultura. |
Artikolu 33
L-obbligi għaż-żamm tar-rekords tal-operaturi tal-istabbilimenti tal-akkwakultura approvati li huma faċilitajiet miftuħa li jżommu annimali tal-akkwakultura għal skopijiet ornamentali
Minbarra l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 186(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, l-operaturi tal-istabbilimenti tal-akkwakultura approvati li huma faċilitajiet miftuħa li jżommu l-annimali tal-akkwakultura għal skopijiet ornamentali għandhom jirreġistraw u jżommu l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
in-numru ta’ approvazzjoni uniku maħruġ lill-istabbiliment tal-akkwakultura mill-awtorità kompetenti; |
|
(b) |
il-kategorizzazzjoni tar-riskju attwali tal-istabbiliment tal-akkwakultura approvat, kif assenjata mill-awtorità kompetenti; |
|
(c) |
id-dettalji tal-implimentazzjoni u r-riżultati tas-sorveljanza bbażata fuq ir-riskju previsti fl-Artikolu 6(1), fejn ikun rilevanti; |
|
(d) |
id-dettalji tal-movimenti lejn l-istabbiliment tal-akkwakultura approvat, inkluż in-numru ta’ reġistrazzjoni jew approvazzjoni uniku tal-istabbiliment tal-akkwakultura tal-oriġini tal-annimali tal-akkwakultura kollha li jkunu waslu minn stabbiliment tal-akkwakultura ieħor; |
|
(e) |
id-dettalji tal-movimenti mill-istabbiliment tal-akkwakultura approvat, inkluż in-numru ta’ reġistrazzjoni jew approvazzjoni uniku tal-istabbiliment tal-akkwakultura tad-destinazzjoni, ħlief meta dawn il-movimenti jseħħu lejn unitajiet domestiċi; |
|
(f) |
l-isem u l-indirizz tat-trasportaturi li jwasslu l-annimali akkwatiċi fl-istabbiliment tal-akkwakultura approvat, jew li jiġbru l-annimali tal-akkwakultura minnu, minbarra meta dawn il-movimenti jseħħu lejn unitajiet domestiċi; |
|
(g) |
il-pjan ta’ bijosigurtà għall-istabbiliment tal-akkwakultura approvat u l-evidenza tal-implimentazzjoni tiegħu; |
|
(h) |
id-dokumenti ta’ awtodikjarazzjoni maħruġa f’konformità mal-Artikolu 218 tar-Regolament (UE) 2016/429, li jkunu waslu mal-konsenji ta’ annimali tal-akkwakultura li jkunu waslu fl-istabbiliment tal-akkwakultura approvat jew li jkunu ntbagħtu mal-konsenji mibgħuta mill-istabbiliment tal-akkwakultura approvat, kif rilevanti; |
|
(i) |
fejn rilevanti, kwalunkwe dokument ieħor li jakkumpanja l-annimali akkwatiċi. |
Artikolu 34
L-obbligi taż-żamma tar-rekords tal-operaturi tal-bastimenti approvati jew ta’ postijiet mobbli oħrajn approvati fejn l-annimali tal-akkwakultura jinżammu temporanjament sabiex jiġu ttrattati jew sabiex jgħaddu minn proċedura oħra relatata mat-trobbija
Minbarra l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 186(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, l-operaturi tal-bastimenti approvati jew ta’ postijiet mobbli oħrajn approvati fejn l-annimali tal-akkwakultura jinżammu temporanjament sabiex jiġu ttrattati jew sabiex jgħaddu minn proċedura oħra relatata mat-trobbija, għandhom jirreġistraw u jżommu l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
in-numru ta’ approvazzjoni uniku maħruġ lill-bastiment jew lil postijiet mobbli oħrajn mill-awtorità kompetenti; |
|
(b) |
id-dati u l-ħinijiet tat-tagħbija tal-annimali tal-akkwakultura fuq il-bastiment approvat jew f’postijiet mobbli approvati oħrajn; |
|
(c) |
fejn rilevanti, l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ reġistrazzjoni jew approvazzjoni uniku ta’ kull stabbiliment tal-akkwakultura fejn tgħabbew u nħattu l-annimali tal-akkwakultura; |
|
(d) |
id-dati u l-postijiet fejn il-bastiment jew il-postijiet mobbli l-oħrajn imtlew bl-ilma qabel it-tagħbija u, fejn rilevanti, fejn ġie skambjat bejn it-tagħbija u l-ħatt; |
|
(e) |
fejn rilevanti, id-dettalji tar-rotta meħuda bejn stabbiliment tal-akkwakultura u ieħor; |
|
(f) |
id-dettalji ta’ kull trattament jew proċedura relatata mat-trobbija li jseħħu fil-bastiment approvat jew f’postijiet mobbli approvati oħrajn; |
|
(g) |
il-pjan ta’ bijosigurtà għall-bastiment approvat jew għal postijiet mobbli approvati oħrajn u l-evidenza tal-implimentazzjoni tiegħu; |
|
(h) |
fejn rilevanti, kwalunkwe dokument ieħor li jakkumpanja l-annimali tal-akkwakultura. |
KAPITOLU 2
Rekords li għandhom jinżammu mit-trasportaturi
Artikolu 35
L-obbligi taż-żamma tar-rekords tat-trasportaturi ta’ annimali akkwatiċi
Minbarra l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 188 tar-Regolament (UE) 2016/429, it-trasportaturi ta’ annimali akkwatiċi għandhom jirreġistraw u jżommu l-informazzjoni li ġejja għal kull mezz ta’ trasport użat sabiex jiġu ttrasportati annimali akkwatiċi:
|
(a) |
in-numru tal-pjanċa tal-liċenzja tiegħu fil-każ ta’ trasport bl-art, in-numru tal-identifikazzjoni tal-bastiment tal-IMO tiegħu fil-każ ta’ trasport bil-baħar, jew kwalunkwe mezz ieħor ta’ identifikazzjoni li jidentifika b’mod uniku mezzi oħrajn ta’ trasport li fihom jiġu ttrasportati l-annimali akkwatiċi; |
|
(b) |
id-dati u l-ħinijiet tat-tagħbija tal-annimali akkwatiċi fl-istabbiliment tal-akkwakultura jew il-ħabitat tal-oriġini; |
|
(c) |
l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ reġistrazzjoni jew approvazzjoni uniku ta’ kull stabbiliment tal-akkwakultura li saret żjara fih; |
|
(d) |
il-post ta’ kull ħabitat li minnu jkunu nġabru l-annimali akkwatiċi selvaġġi; |
|
(e) |
id-dati u l-ħinijiet tat-tagħbija tal-annimali akkwatiċi fl-istabbiliment tal-akkwakultura jew il-ħabitat tad-destinazzjoni; |
|
(f) |
id-dati, il-ħinijiet u l-postijiet tal-iskambju tal-ilma, meta dan ikun seħħ; |
|
(g) |
il-pjan ta’ bijosigurtà għall-mezz tat-trasport u l-evidenza tal-implimentazzjoni tiegħu; |
|
(h) |
in-numri ta’ referenza tad-dokumenti li jakkumpanjaw il-konsenji ta’ annimali akkwatiċi. |
PARTI III
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI
Artikolu 36
Tħassir
Id-Deċiżjoni 2008/392/KE titħassar b’effett mill-21 ta’ April 2021.
Ir-referenzi għall-att imħassar għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 37
Miżuri tranżizzjonali rigward l-informazzjoni fir-reġistri tal-istabbilimenti tal-akkwakultura u l-operaturi eżistenti miżmuma mill-awtoritajiet kompetenti
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-istabbilimenti tal-akkwakultura u l-operaturi eżistenti msemmija fl-Artikolu 279(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 20 u 21 ta’ dan ir-Regolament, l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikoli 20 u 21 tkun ġiet inkluża għal kull stabbiliment tal-akkwakultura u operatur fir-reġistri tal-istabbilimenti tal-akkwakultura rreġistrati u approvati miżmuma mill-awtoritajiet kompetenti qabel il-21 ta’ April 2021.
Artikolu 38
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu jibda japplika mill-21 ta’ April 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Jannar 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-regoli għas-sorveljanza, mal-programmi ta’ eradikazzjoni u mal-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ara paġna 211 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).
(6) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.)
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/392/KE tat-30 ta’ April 2008 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward ta’ paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet biex tagħmel disponibbli, permezz ta’ mezzi elettroniċi, informazzjoni dwar in-negozji tal-produzzjoni tal-akkwakultura u l-istabbilimenti awtorizzati tal-ipproċessar (ĠU L 138, 28.5.2008, p. 12).
ANNESS I
IR-REKWIŻITI GĦALL-GĦOTI TA’ APPROVAZZJONI TAL-ISTABBILIMENTI TAL-AKKWAKULTURA MSEMMIJA FIL-KAPITOLU 2 TAT-TITOLU I TAL-PARTI II
PARTI 1
Ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni tal-istabbilimenti tal-akkwakultura fejn jinżammu l-annimali tal-akkwakultura bil-ħsieb li jiġu mċaqilqa minnhom kemm ħajjin kif ukoll bħala prodotti li joriġinaw mill-annimali tal-akkwakultura kif imsemmi fl-Artikolu 7
|
1. |
Ir-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri ta’ bijosigurtà tal-istabbilimenti tal-akkwakultura fejn jinżammu l-annimali tal-akkwakultura, bil-ħsieb li jiġu mċaqilqa minnhom ħajjin jew bħala prodotti li joriġinaw mill-annimali tal-akkwakultura kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 7, għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
|
2. |
Ir-rekwiżiti b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir tal-istabbilimenti tal-akkwakultura msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7 għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
PARTI 2
Ir-rekwiżiti għall-għoti tal-approvazzjoni ta’ gruppi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura fejn jinżammu l-annimali tal-akkwakultura bil-ħsieb li jiġu mċaqilqa minnhom ħajjin jew bħala prodotti tal-akkwakultura li joriġinaw mill-annimali kif imsemmi fl-Artikolu 8
|
1. |
Ir-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri ta’ bijosigurtà ta’ gruppi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura fejn jinżammu l-annimali tal-akkwakultura, bil-ħsieb li jiġu mċaqilqa minnhom kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 8, għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
|
2. |
Ir-rekwiżiti b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir ta’ gruppi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 8 għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
PARTI 3
Ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni tal-istabbilimenti tal-akkwakultura konfinati msemmija fl-Artikolu 9
|
1. |
Ir-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri ta’ bijosigurtà tal-istabbilimenti tal-akkwakultura konfinati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 9 għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
|
2. |
Ir-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri tas-sorveljanza u tal-kontroll tal-istabbilimenti tal-akkwakultura konfinati msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 9 għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
|
3. |
Ir-rekwiżiti b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir tal-istabbilimenti tal-akkwakultura konfinati msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 9 għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
PARTI 4
Ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni tal-istabbilimenti għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku msemmija fl-Artikolu 11
|
1. |
Ir-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri ta’ bijosigurtà tal-istabbilimenti għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku, kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 11, għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
|
2. |
Ir-rekwiżiti b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir tal-istabbilimenti għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku, kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11, għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
PARTI 5
Ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni taċ-ċentri ta’ purifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 12
|
1. |
Ir-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri ta’ bijosigurtà taċ-ċentri ta’ purifikazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 12 għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
|
2. |
Ir-rekwiżiti b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir taċ-ċentri ta’ purifikazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 12 għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
PARTI 6
Ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni taċ-ċentri tad-dispaċċ imsemmija fl-Artikolu 13
|
1. |
Ir-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri ta’ bijosigurtà taċ-ċentri tad-dispaċċ imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 13 għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
|
2. |
Ir-rekwiżiti b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir taċ-ċentri tad-dispaċċ imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 13 għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
PARTI 7
Ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni taż-żoni fejn jinżammu l-molluski msemmija fl-Artikolu 14
|
1. |
Ir-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri ta’ bijosigurtà taż-żoni fejn jinżammu l-molluski msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 14 għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
|
2. |
Ir-rekwiżiti b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir taż-żoni fejn jinżammu l-molluski msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 14 għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
PARTI 8
Ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni tal-istabbilimenti ta’ kwarantina msemmija fl-Artikolu 15
|
1. |
Ir-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri ta’ bijosigurtà tal-istabbilimenti ta’ kwarantina għall-annimali akkwatiċi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 15 għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
|
2. |
Ir-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri ta’ sorveljanza u kontroll tal-istabbilimenti ta’ kwarantina għall-annimali tal-akkwakultura, kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 15, għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
|
3. |
Ir-rekwiżiti b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir tal-istabbilimenti ta’ kwarantina għall-annimali tal-akkwakultura, kif imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 15, għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
PARTI 9
Ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni tal-istabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu annimali tal-akkwakultura ta’ speċijiet ta’ vetturi f’iżolament, sakemm dawn ma jibqgħux jitqiesu bħala vetturi, kif imsemmi fl-Artikolu 16
|
1. |
Ir-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri ta’ bijosigurtà tal-istabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu annimali tal-akkwakultura ta’ speċijiet elenkati li huma vetturi f’iżolament sakemm dawn ma jibqgħux jitqiesu bħala vetturi, kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 16, għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
|
2. |
Ir-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri ta’ sorveljanza u kontroll tal-istabbilimenti li jżommu l-annimali tal-akkwakultura ta’ speċijiet elenkati li huma vetturi f’iżolament, sakemm ma jibqgħux jitqiesu bħala vetturi, kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 16, għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
|
3. |
Ir-rekwiżiti b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir tal-istabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu annimali tal-akkwakultura ta’ speċijiet elenkati li huma vetturi f’iżolament sakemm dawn ma jibqgħux jitqiesu bħala vetturi, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 16, għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
PARTI 10
Ir-rekwiżiti għall-għoti tal-approvazzjoni tal-istabbilimenti tal-akkwakultura li huma faċilitajiet magħluqa li jżommu annimali tal-akkwakultura għal skopijiet ornamentali kif imsemmi fl-Artikolu 17
|
1. |
Ir-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri ta’ bijosigurtà tal-istabbilimenti tal-akkwakultura li huma faċilitajiet magħluqa li jżommu annimali tal-akkwakultura għal skopijiet ornamentali li, minħabba x-xejriet taċ-ċaqliq tagħhom, joħolqu riskju ta’ mard sinifikanti, kif imsemmija fl-Artikolu 17, għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
|
2. |
Ir-rekwiżiti b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir tal-istabbilimenti tal-akkwakultura li huma faċilitajiet magħluqa li jżommu annimali tal-akkwakultura għal skopijiet ornamentali li, minħabba x-xejriet taċ-ċaqliq tagħhom, joħolqu riskju ta’ mard sinifikanti, kif imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 17, għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
PARTI 11
Ir-rekwiżiti għall-għoti tal-approvazzjoni tal-istabbilimenti tal-akkwakultura li huma faċilitajiet miftuħa li jżommu annimali tal-akkwakultura għal skopijiet ornamentali kif imsemmi fl-Artikolu 18
|
1. |
Ir-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri ta’ bijosigurtà tal-istabbilimenti tal-akkwakultura li huma faċilitajiet miftuħa li jżommu annimali tal-akkwakultura għal skopijiet ornamentali kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 18 għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
|
2. |
Ir-rekwiżiti b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir tal-istabbilimenti tal-akkwakultura li huma faċilitajiet miftuħa li jżommu annimali tal-akkwakultura għal skopijiet ornamentali kif imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 18 għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
PARTI 12
Ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni ta’ bastimenti jew ta’ postijiet mobbli oħrajn fejn l-annimali tal-akkwakultura jinżammu temporanjament sabiex jiġu ttrattati jew sabiex jgħaddu minn proċedura oħra relatata mat-trobbija kif imsemmi fl-Artikolu 19
|
1. |
Ir-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri ta’ bijosigurtà ta’ bastimenti jew postijiet mobbli oħrajn fejn l-annimali tal-akkwakultura jinżammu temporanjament sabiex jiġu ttrattati jew sabiex jgħaddu minn proċedura oħra relatata mat-trobbija kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 19 għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
|
2. |
Ir-rekwiżiti b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir tal-bastimenti jew postijiet mobbli oħrajn fejn l-annimali tal-akkwakultura jinżammu temporanjament sabiex jiġu ttrattati jew sabiex jgħaddu minn proċedura oħra relatata mat-trobbija kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 19 għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
ANNESS II
SORVELJANZA BBAŻATA FUQ IR-RISKJU LI GĦANDHA TITWETTAQ F’ĊERTI STABBILIMENTI APPROVATI
PARTI 1
Is-sorveljanza bbażata fuq ir-riskju fi stabbilimenti tal-akkwakultura u gruppi tagħhom imsemmija fl-Artikoli 7, 8, 17 u 18
Is-sorveljanza bbażata fuq ir-riskju għandha tiġi implimentata kif ġej fl-istabbilimenti tal-akkwakultura, u l-gruppi tagħhom, li huma msemmija fl-Artikoli 7, 8, 17 u 18:
|
(a) |
l-istabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu l-ispeċijiet elenkati tal-annimali tal-akkwakultura għajr l-ispeċijiet imsemmija fil-punt (b)(ii) ta’ din il-Parti, għandhom jimplimentaw sorveljanza bbażata fuq ir-riskju skont il-klassifikazzjoni tagħhom bħala riskju “għoli”, “medju” jew “baxx” b’riżultat ta’ valutazzjoni tar-riskju mwettqa f’konformità mal-Parti I tal-Anness VI tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689; |
|
(b) |
l-istabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu l-ispeċijiet tal-annimali tal-akkwakultura msemmija fil-punti (b)(i) u (ii), għandhom jimplimentaw sorveljanza bbażata fuq ir-riskju jekk il-klassifikazzjoni tagħhom titqies bħala ta’ riskju “għoli” jew “baxx” b’riżultat ta’ valutazzjoni tar-riskju mwettqa f’konformità mal-Parti I tal-Anness VI tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689:
|
PARTI 2
Il-kontenut tas-sorveljanza bbażata fuq ir-riskju fl-istabbilimenti tal-akkwakultura jew gruppi tagħhom imwettqa f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2016/429
|
1. |
Il-kontrolli tar-rekords, l-ispezzjonijiet kliniċi u l-eżamijiet fil-laboratorju fl-istabbilimenti tal-akkwakultura approvati msemmija fl-Artikoli 7, 17 u 18 għandhom jitwettqu kif ġej:
|
|
2. |
Il-kontrolli tar-rekords u l-eżamijiet kliniċi u fil-laboratorju fil-gruppi approvati tal-istabbilimenti tal-akkwakultura msemmija fl-Artikolu 8 għandhom jitwettqu kif ġej:
|