02017D0224 — MT — 31.07.2024 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/224

tat-8 ta' Frar 2017

li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali li jippermettu lis-servizz kummerċjali offrut mis-sistema stabbilita skont il-programm Galileo jissodisfa l-funzjoni prevista fl-Artikolu 2(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 034 9.2.2017, p. 36)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/321 tat-2 ta' Marzu 2018

  L 62

34

5.3.2018

►M2

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1882 tal-10 ta’ Lulju 2024

  L 1882

1

11.7.2024




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/224

tat-8 ta' Frar 2017

li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali li jippermettu lis-servizz kummerċjali offrut mis-sistema stabbilita skont il-programm Galileo jissodisfa l-funzjoni prevista fl-Artikolu 2(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill



Artikolu 1

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali li jippermettu lis-servizz kummerċjali offrut mis-sistema stabbilita skont il-programm Galileo jissodisfa l-funzjoni prevista fl-Artikolu 2(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.




ANNESS

Tekniċi u operazzjonali li jippermettu lis-servizz kummerċjali offrut mis-sistema stabbilita skont il-programm Galileo jissodisfa l-funzjoni prevista fl-Artikolu 2(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013

Is-servizz kummerċjali (minn hawn 'il quddiem is-“SK”) joffri żewġ affarijiet ewlenin li huma aħjar minn dawk tas-servizz miftuħ (minn hawn 'il quddiem is-“SM”). Dawn huma l-preċiżjoni aktar għolja f'termini ta' ġeolokalizzazzjoni (minn hawn 'il quddiem “preċiżjoni għolja SK”) u l-kapaċità ta' awtentikazzjoni msaħħa (minn hawn 'il quddiem “awtentikazzjoni SM”) li jistgħu jiġu offruti lill-utenti b'mod separat. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali korrispondenti huma stabbiliti fit-tabella ta' hawn taħt:



 

Preċiżjoni għolja SK

Awtentikazzjoni SK

L-ispeċifikazzjonijiet komuni għas-SM u għas-SK: L-awtentikazzjoni tal-informazzjoni tal-ġeolokalizzazzjoni

L-ispeċifikazzjonijiet li jappartjenu biss għas-SK: L-awtentikazzjoni permezz ta' kodiċijiet kriptati

L-ispeċifikazzjonijiet ġenerali

►M1  Il-forniment ta' dejta ta' preċiżjoni għolja sabiex jinkiseb żball tal-pożizzjonament ta' inqas minn żewġ deċimetri f'kundizzjonijiet normali ta' użu ◄

Il-forniment ta' dejta ta' awtentikazzjoni tal-informazzjoni tal-ġeolokalizzazzjoni mis-SM, integrata fis-sinjali

L-awtentikazzjoni tas-sinjali permezz tal-aċċess għal kodiċijiet kriptati integrati fis-sinjali

Il-komponenti tas-sinjali użati

E6, il-komponent E6-B għall-forniment ta' dejta ta' preċiżjoni għolja

E1, il-komponent E1-B għad-dejta ta' awtentikazzjoni għall-informazzjoni tal-ġeolokalizzazzjoni

►M2  E6, il-komponent E6-C kriptat (pilota) ◄

L-ispeċifikazzjonijiet tas-segment tal-utenti

Il-preċiżjoni għolja tal-pożizzjonament miksuba permezz ta' algoritmi ta' pożizzjonament preċiż integrati fir-riċevitur u li jużaw id-dejta trażmessa fis-sinjali

Il-verifika tal-awtentiċità tad-dejta permezz ta' protokoll ta' kriptografija asimmetrika trażmessa fis-sinjali u permezz ta' ċavetta kriptografika pubblika

►M2  Il-verifika tal-awtentiċità tas-sinjali permezz tad-dekriptaġġ tal-kodiċijiet E6 rikriptati permezz ta’ ċavetta kriptografika privata ◄

Il-kopertura ġeografika

Globali

Globali

Globali

L-arkitettura tas-sistema

Dejta ta' preċiżjoni għolja pprovduta minn fornitur ta' servizzi wieħed jew aktar, trażmessa lill-utenti permezz taċ-ċentru tas-servizzi GNSS (il-GSC), is-segment fuq l-art u s-satelliti konnessi mas-segment fuq l-art

Dejta tal-awtentikazzjoni inkorporata fil-kapaċità disponibbli tal-kamp EDBS tal-komponent tas-sinjal E1-B, u mxerrda permezz tas-satelliti konnessi mas-segment fuq l-art

►M2  Il-kriptaġġ tal-kodiċijiet tas-sinjali E6 mis-satelliti Galileo, it-trażmissjoni taċ-ċwievet privati ġġenerati mis-segment fuq l-art għaċ-Ċentru tas-Servizzi GNSS (il-GSC), u l-pubblikazzjoni tal-porzjonijiet rikriptati tal-kodiċijiet tas-sinjal E6 b’ċavetta futura tal-awtentikazzjoni tad-data tal-OS ◄

Il-forniment tas-servizz

Id-dejta ta' preċiżjoni għolja fornuta minn fornitur ta' servizzi wieħed jew aktar

Id-dejta tal-awtentikazzjoni fornuta mis-sistema stabbilita skont il-programm Galileo

Is-sinjali kriptati fornuti mill-persuna responsabbli għall-operazzjoni tas-sistema

L-aċċess għas-servizz

►M1

 

— Aċċess bla ħlas

 ◄

►M2  Aċċess mingħajr ħlas ◄

It-tnedija tas-servizz

— Il-fażi tal-ittestjar u tal-validazzjoni li għandha tiġi konkluża fl-2018

►M1

 

— Il-fażi tal-forniment tas-sinjali inizjali bejn l-2018 u l-2020

— Il-fażi tal-prestazzjoni sħiħa tas-servizzi mill-2020

 ◄

— Il-fażi tal-ittestjar u tal-validazzjoni li għandha tiġi konkluża fl-2018

— Il-fażi tal-provvista tas-sinjali inizjali bejn l-2018 u l-2020

— Il-fażi tal-prestazzjoni sħiħa tas-servizzi mill-2020

►M2

 

— Il-fażi inizjali tal-forniment tas-sinjali sal-2024

— Il-fażi tal-forniment tas-servizz mill-2026

 ◄

L-użu ta' informazzjoni klassifikata tal-UE

— L-IKUE ma tistax tintuża minn “Commercial Service Provider” jew mill-utent finali. Jekk, madankollu, dan l-użu huwa meħtieġ, dan għandu jkun deċiż f'konformità mar-regoli dwar is-sigurtà msemmija fl-Artikolu 17(a) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013

— L-IKUE ma tistax tintuża minn “Commercial Service Provider” jew mill-utent finali. Jekk, madankollu, dan l-użu huwa meħtieġ, dan għandu jkun deċiż f'konformità mar-regoli ta' sigurtà msemmija fl-Artikolu 17(a) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013

►M2  L-IKUE ma tistax tintuża mill-utent finali ◄

Speċifikazzjonijiet oħra

— Id-dejta ta' preċiżjoni għolja pprovduta għas-satelliti Galileo u possibbilment għas-satelliti ta' kostellazzjonijiet oħrajn

— It-trażmissjoni tad-dejta tal-awtentikazzjoni m'għandha twassal għall-ebda deterjorazzjoni tas-servizz miftuħ

— Id-dejta ta' awtentikazzjoni għandha tiġi fornuta għas-satelliti Galileo u possibbilment għas-satelliti ta' kostellazzjonijiet oħrajn

— L-utenti ta' OS jaċċettaw ir-riskji assoċjati mal-użu tad-dejta tal-awtentikazzjoni

m/a

L-akronimi

E1-B

Il-kanal tad-dejta tas-sinjal fil-frekwenza E1 tas-sistema Galileo, fuq il-frekwenza 1 575,45  MHz

E6

Il-frekwenza E6 tas-sistema Galileo, fuq il-frekwenza 1 278,75 MHz

E6-B

Il-komponent tas-sinjal E6, li jikkorrispondi għall-kanal tad-dejta

E6-C

Il-komponent tas-sinjal E6, li jikkorrispondi għall-kanal pilota

EDBS

“External Data Broadcast Service”

GNSS

Is-Sistema globali ta' navigazzjoni bis-satellita

m/a

Mhux applikabbli

OTAR

“Over-The-Air Rekeying”