|
8.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/1 |
REGOLAMENT (UE) Nru 464/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ Mejju 2012
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 li jiftaħ kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjonijiet tal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
Il-Memorandum ta’ Qbil bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-Importazzjoni taċ-Ċanga derivata minn Annimali li Ma Jkunux ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni li Jinkoraġġixxu t-Tkabbir u d-Dazji Miżjudin Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Komunitajiet Ewropej ġie approvat mill-Kunsill permezz ta’ ittra tat-12 ta’ Mejju 2009 u ffirmat f'Ġinevra fit-13 ta’ Mejju 2009 (MtQ mal-Istati Uniti). L-għan tal-MtQ mal-Istati Uniti huwa li tiġi riżolta d-disputa twila fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-Ormoni taċ-Ċanga, Komunitajiet Ewropej — Miżuri li Jikkonċernaw il-Laħam u Prodotti tal-Laħam (Ormoni) (DS 26). |
|
(2) |
Il-Gvern tal-Kanada u l-Kummissjoni Ewropea waslu għal qbil, kif iddokumentat f'Memorandum ta’ Qbil bejn il-Gvern tal-Kanada u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-Importazzjoni taċ-Ċanga derivata minn Annimali li Ma Jkunux ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni li Jinkoraġġixxu t-Tkabbir u d-Dazji Miżjudin Applikati mill-Kanada għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea, iffirmat f'Ġinevra fis-17 ta’ Marzu 2011 (MtQ mal-Kanada). L-MtQ mal-Kanada jistabbilixxi pjan direzzjonali ta’ passi previsti dwar l-importazzjoni ta’ ċanga ta’ kwalità għolja fl-Unjoni Ewropea u l-livell ta’ dazji miżjudin imposti mill-Kanada fuq ċerti prodotti tal-Unjoni b'rabta mad-disputa fid-WTO Komunitajiet Ewropej — Miżuri li Jikkonċernaw il-Laħam u Prodotti tal-Laħam (Ormoni) (DS 48). |
|
(3) |
L-MtQ mal-Istati Uniti u l-MtQ mal-Kanada jipprovdu għal arranġamenti fi tliet fażijiet li gradwalment jabolixxu s-sanzjonijiet imposti mill-Istati Uniti u mill-Kanada fuq ċerti prodotti mill-Unjoni konformement mal-awtorizzazzjoni tad-WTO tal-1999. F’dan ir-rigward, l-Unjoni għandha progressivament iżżid il-kwota tar-rata tariffarja awtonoma għal ċanga li ma tkunx ġiet ittrattata b'ormoni li jinkoraġġixxu t-tkabbir u li tikkonforma kompletament ma’ rekwiżiti oħra tal-importazzjoni tal-Unjoni. |
|
(4) |
Wara l-iffirmar tal-MtQ mal-Istati Uniti, infetħet kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ 20 000 tunnellata (Fażi 1), espressa f'piż ta’ prodott, għal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja, frisk, imkessaħ jew iffriżat kopert bil-kodiċi NM 0201 , 0202 , 0206 10 95 u 0206 29 91 permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 (2). |
|
(5) |
L-iskeda ta’ żmien stipulata mill-MtQ mal-Istati Uniti tippjana li żżid il-kwantità annwali ta’ dik il-kwota tariffarja b'25 000 tunnellata, ladarba ż-żewġ Partijiet jidħlu fil-Fażi 2 tal-MtQ mal-Istati Uniti, li tinvolvi t-tneħħija mill-Istati Uniti tas-sanzjonijiet li jifdal imposti minnha. |
|
(6) |
L-MtQ mal-Kanada jipprevedi żieda fil-kwantità annwali inizjali ta’ 20 000 tunnellata ta’ ċanga ta’ kwalità għolja b'1 500 tunnellata. Jipprevedi wkoll li l-Kanada tneħħi s-sanzjonijiet kollha li jifdal malajr kemm jista’ jkun wara l-iffirmar tal-MtQ mal-Kanada. |
|
(7) |
L-iskeda ta’ żmien stipulata mill-MtQ mal-Kanada tipprevedi żieda oħra fil-kwantità annwali tal-kwota tariffarja ta’ importazzjoni b’1 700 tunnellata, ladarba ż-żewġ Partijiet jidħlu fil-Fażi 2 tal-MtQ mal-Kanada. |
|
(8) |
Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 617/2009, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Partikolarment, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tissospendi l-kwota tariffarja ta’ importazzjoni, kompletament jew parzjalment, jekk il-passi ppjanati fil-MtQ mal-Istati Uniti jew fil-MtQ mal-Kanada ma jittiħdux jew ma jinżammux mill-Istati Uniti jew mill-Kanada rispettivament. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (3). |
|
(9) |
Ir-Regolament (KE) Nru 617/2009 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 617/2009 huwa b’dan emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2 1. Il-kwota tariffarja ta’ importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi ġestita mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikoli 2a(2). 2. Il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-applikazzjoni tal-kwota tariffarja ta’ importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, kompletament jew parzjalment, fil-każ li l-Istati Uniti jew il-Kanada ma jiħdux il-passi ppjanati fil-Memorandum ta’ Qbil bejn l-Istati Uniti u l-Kummissjoni Ewropea (*1) jew fil-Memorandum ta’ Qbil bejn il-Gvern tal-Kanada u l-Kummissjoni Ewropea (*2), rispettivament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 2a(2). (*1) Memorandum ta’ Qbil bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-Importazzjoni taċ-Ċanga derivata minn Annimali li Ma Jkunux ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni li Jinkoraġġixxu t-Tkabbir u d-Dazji Miżjudin Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Komunitajiet Ewropej, approvat mill-Kunsill permezz ta’ ittra tat-12 ta’ Mejju 2009 u ffirmat f'Ġinevra fit-13 ta’ Mejju 2009." (*2) Memorandum ta’ Qbil bejn il-Gvern tal-Kanada u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-Importazzjoni taċ-Ċanga derivata minn Annimali li Ma Jkunux ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni li Jinkoraġġixxu t-Tkabbir u d-Dazji Miżjudin Applikati mill-Kanada għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea, iffirmat f'Ġinevra fis-17 ta’ Marzu 2011.”;" |
|
(3) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 2a 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli stabbilit bl-Artikolu 195(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 (*3). 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. (*3) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”." |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-22 ta’ Mejju 2012.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
N. WAMMEN
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Marzu 2012 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ April 2012.