27.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/49


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Novembru 2012

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tad-diidrokapsjat bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 8391)

(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)

(2012/726/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-6 ta’ Awwissu 2010 l-kumpanija Ajinomoto Co. Inc., Japan għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit biex tqiegħed id-diidrokapsjat fis-suq bħala ingredjent ġdid tal-ikel.

(2)

Fl-10 ta’ Marzu 2011 l-entità kompetenti tal-valutazzjoni tal-ikel tar-Renju Unit ħarġet ir-rapport ta’ valutazzjoni inizjali tagħha. F’dan ir-rapport waslet għall-konklużjoni li d-diidrokapsjat mhux se jippreżenta riskju għas-saħħa tal-konsumaturi.

(3)

Il-Kummissjoni bagħtet ir-rapport preliminari ta’ evalwazzjoni lill-Istati Membri kollha fit-13 ta’ April 2011.

(4)

Fi żmien il-perjodu ta’ 60 jum stipulat fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tqajmu oġġezzjonijiet mmotivati f’konformità ma’ dik id-dispożizzjoni.

(5)

Għalhekk l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) ġiet ikkonsultata fid-9 ta’ Novembru 2011.

(6)

Fit-28 ta’ Ġunju 2012 fl-“Opinjoni xjentifika dwar id-diidrokapsjat” (2) tagħha l-EFSA waslet għall-konklużjoni li d-diidrokapsjat hija sikura skont tal-użijiet proposti u l-livelli tal-użu.

(7)

Id-diidrokapsjat tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-diidrokapsjat kif speċifikat fl-Anness I jista’ jiġi kkummerċjalizzat bħala ingredjent għall-użijiet iddefiniti u fil-livelli massimi stabbiliti fl-Anness II u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u d-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

Artikolu 2

Id-deżinjazzjoni tad-diidrokapsjat awtorizzata b’din id-Deċiżjoni fuq l-ittikkettjar tal-oġġetti tal-ikel li fihom dan l-addittiv għandha tkun “diidrokapsjat”

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Ajinomoto Co. Inc., 15-1, Kyobashi, Chuo-ku, 1-choume, 104-8315, Tokyo, Japan.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Maroš ŠEFČOVIČ

Viċi President


(1)   ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)   EFSA Journal 2012; 10(7):2812.

(3)   ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.

(4)   ĠU L 124, 20.5.2009, p. 21.

(5)   ĠU L 164, 26.6.2009, p. 45.


ANNESS I

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAD-DIIDROKAPSJAT

Definizzjoni

Id-diidrokapsjat huwa ssinteżizzat bl-esterifikazzjoni tal-vanillil-alkoħol u l-aċidu 8-metil nonanoiku. Wara l-esterifikazzjoni d-diidrokapsjat jiġi estratt bl-n-eżan.

L-enzima lipożima 435 ġiet approvata mill-Amminstrazzjoni Daniża Veterinarja u Alimentarja,

Id-deskrizzjoni: Bla kulur viskuż sa likwidu isfar.

Il-formula kimika: C18H28O4

Formula strutturali:

Image 1

Nru tal-CAS: 205687-03-2

Proprjetajiet fiżiko-kimiċi tad-diidrokapsjat

diidrokapsjat

aktar minn 94 %

aċidu 8-metil nonanoiku

inqas minn 6 %

vanillil-alkoħol

inqas minn 1 %

Sustanzi rrelatati mas-sinteżi

inqas minn 2 %


ANNESS II

UŻIJIET TAD-DIIDROKAPSJAT

Kategorija tal-ikel

Livelli tal-użu massimu

Cereal bars

9 mg/100 g

Gallettini, cookies u galletti

9 mg/100 g

Snacks ibbażati fuq ir-ross

12 mg/100 g

Xorb bil-gass, xarbiet li jitħalltu mal-ilma, xarbiet ibbażati fuq il-meraq tal-frott

1,5 mg/100 ml

Xarbiet tal-ħaxix

2 mg/100 ml

Xarbiet ibbażati fuq il-kafè, xarbiet ibbażati fuq it-te

1,5 mg/100 ml

Ilma bit-togħma – bla gass

1 mg/100 ml

Ċereali tad-dqiq tal-ħafur imsajjar minn qabel

2,5 mg/100 g

Ċereali oħra

4,5 mg/100 g

Ġelat, deżerti magħmula minn prodotti tal-ħalib

4 mg/100 g

Taħlitiet tal-pudina (lesti għall-ikel)

2 mg/100 g

Prodotti bbażati fuq il-jogurt

2 mg/100 g

Ħelu taċ-ċikkulata

7,5 mg/100 g

Ħelu iebes

27 mg/100 g

Ċuwingamm mingħajr zokkor

115 mg/100 g

Sostitut tal-ħalib/kolorant tal-kafè

40 mg/100 g

Sustanzi li jagħtu l-ħlewwa

200 mg/100 g

Soppa (lesta biex tiġi kkunsmata)

1,1 mg/100 g

Taħlita imħawra għall-insalata

16 mg/100 g

Proteina tal-ħaxix

5 mg/100 g

Ikliet lesti għall-ikel

Ikliet ta’ sostituzzjoni

3 mg/ikla

Xarbiet li jissostitwixxu l-ikel

1 mg/100 ml