02005D0050 — MT — 14.11.2017 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-17 ta' Jannar 2005 dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità (notifikata bid-dokument numru C(2005) 34) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 021 25.1.2005, p. 15) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2011/485/UE tad-29 ta’ Lulju 2011 |
L 198 |
71 |
30.7.2011 |
|
|
L 295 |
75 |
14.11.2017 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta' Jannar 2005
dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità
(notifikata bid-dokument numru C(2005) 34)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/50/KE)
Artikolu 1
Din id-Deċiżjoni għandha l-għan li tarmonizza l-kundizzjonijiet għad-disponibbilità u l-użu effiċjenti tal-faxxa ta’ frekwenza ta’ 24 GHz tal-ispettru tar-radju għal tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) “il-faxxa ta’ frekwenza ta’ 24 GHz tal-ispettru tar-radju” tfisser il-faxxa ta’ frekwenza bejn 21.625 u 26.625 GHz;
(2) “tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi” tfisser tagħmir bir-radar installat fil-vetturi tat-toroq li jintużaw għal applikazzjonijiet ta’ mitigazzjoni ta’ ħabtiet u ta’ sikurezza tat-traffiku;
(3) “tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi li jitqiegħed fis-servizz fil-Komunità” tfisser tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi li kien diġà installat oriġinarjament jew li jissostitwixxi tagħmir li kien diġà installat oriġinarjament fil-vettura li se tiġi jew li ġiet irreġistrata, impoġġija fis-suq jew fis-servizz fil-Komunità;
(4) “fuq bażi bla interferenza u bla protezzjoni” tfisser li ma jistgħux jiġu kkawżati interferenzi dannużi lil utenti oħra tal-faxxa ta’ frekwenza u ma tista’ ssir l-ebda talba għall-protezzjoni minn interferenza dannuża li tkun ġejja minn sistemi jew servizzi oħra li joperaw f’dik il-faxxa ta’ frekwenza;
(5) “dati ta” referenza’ tfisser it-30 ta’ Ġunju 2013 għall-frekwenza ta’ bejn 21,65 u 24,25 GHz u l-1 ta’ Jannar 2018 għall-frekwenza ta’ bejn 24,25 u 26,65 GHz;
(6) “Data ta’ Tranżizzjoni” tfisser il-31 ta’ Diċembru 2007;
(7) “vettura” tfisser kwalunkwe vettura kif definita bl-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/37/KE;
(8) “impoġġi fis-suq” tfisser preżenti fiżikament u lest għall-bejgħ fil-Komunità;
(9) “inattivazzjoni” tfisser it-tmiem ta’ emissjonijiet minn tagħmir bir-radar b’medda qasira għall-vetturi.
(10) “żona esklussiva” tfisser iż-żona ċirkulari madwar stazzjon tar-radjuastronomija definit b’raġġ ekwivalenti għal distanza speċifika mill-istazzjon, kif speċifikat fl-Anness 2.
Artikolu 3
Il-faxxa ta’ frekwenza ta’ 24 GHz tal-ispettru tar-radju għandha tintgħażel u tkun disponibbli kemm jista’ jkun malajr u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2005, fuq kundizzjoni bla interferenza u bla protezzjoni, għal tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi li jitqiegħed fis-servizz fil-Komunità u jkun konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-Artikolu 6.
Il-faxxa ta’ frekwenza ta’ 24 GHz tal-ispettru tar-radju għandha tibqa’ disponibbli ►M1 sad-Dati ta’ Referenza ◄ .
Wara ►M1 dawk id-dati ◄ , il-faxxa ta’ frekwenza ta’ 24 GHz m’għandhiex tibqa’ disponibbli għal tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi installat fuq kwalunkwe vettura, ħlief fejn dak it-tagħmir ikun ġie installat oriġinarjament, jew ikun jissostitwixxi tagħmir diġà installat f’vettura reġistrata fil-Komunità li tkun tpoġġiet fis-servizz jew fis-suq qabel ►M1 dawk id-dati ◄ .
Madankollu, id-data tal-1 ta’ Jannar 2018 għandha tiġi estiża b’4 snin għat-tagħmir tar-radar b’medda qasira għall-vetturi li jkun immuntat fuq vetturi li għalihom tkun tressqet applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip skont l-Artikiolu 6(6) tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u li jkunu kisbuha qabel l-1 ta’ Jannar 2018.
Artikolu 4
Il-faxxa ta’ frekwenza ta’ 24 GHz tal-ispettru tar-radju għandha tkun disponibbli għall-parti tal-medda ultra-wiesgħa tat-tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi b’densità ta’ qawwa medja massima ta’ –41,3 dBm/MHz qawwa iżotropika radjata effettiva (e.i.r.p.) u bl-ogħla densità ta’ qawwa ta’ 0 dBm/50MHz e.i.r.p.
Il-faxxa ta’ frekwenza ta’ 24.05-24.25 GHz tal-ispettru tar-radju ntgħażlet għall-modalità/komponent ta’ emissjoni fi frekwenza dejqa, li jista’ jikkonsisti minn trasportatur mhux modulat, b’qawwa ta’ intensità massima ta’ 20 dBm e.i.r.p.
L-emissjonijiet fil-limiti tal-faxxa ta’ frekwenza ta’ 23.6-24 GHz li jidhru fi 30° jew iktar ’il fuq mill-pjan orizzontali għandhom jitnaqqsu b’mill-inqas 25 dB għal tagħmir bir-radar ta’ medda qasira li jitqiegħed fis-suq qabel l-2010, u b’mill-inqas 30 dB wara dik id-data.
Artikolu 5
1. Il-kontinwazzjoni tad-disponibbiltà tal-faxxa ta’ frekwenza ta’ 24 GHz għal applikazzjonijiet bir-radar ta’ medda qasira għandha tkun is-suġġett ta’ skrutinju dettaljat sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda interferenza dannuża lill-utenti l-oħrajn tal-medda, b’mod partikolari bil-verifika f’waqtha ta’:
(a) in-numru totali ta’ vetturi reġistrati, impoġġija fis-suq jew fis-servizz mgħammra b’radar ta’ medda qasira għall-vetturi li juża l-faxxa ta’ frekwenza ta’ 24 GHz f’kull Stat Membru, sabiex jiġi verifikat li dan in-numru ma jaqbiżx il-livell ta’ 7 % tan-numru totali ta’ vetturi fiċ-ċirkulazzjoni f’kull Stat Membru;
(b) jekk l-Istati Membri, jew il-fabbrikanti u l-importaturi, fornewx informazzjoni adegwata rigward in-numru ta’ vetturi mgħammra b’radar ta’ medda fil-frekwenza ta’ 24 GHz sabiex jiġi sorveljat b’mod effettiv l-użu tal-faxxa ta’ frekwenza ta’ 24 GHz minn tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi;
(c) jekk l-użu individwali jew kumulattiv tar-radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-frekwenza ta’ 24 GHz ikunx qed jikkawża, jew jistax jikkawża f’perjodu qasir, interferenza dannuża lil utenti oħrajn fil-faxxa ta’ frekwenza ta’ 24 GHz jew fil-faxex li jmissu magħha f’mill-inqas Stat Membru wieħed, minkejja jekk il-limitu msemmi f’(a) intlaħaqx jew le;
(d) jekk ►M1 id-Dati ta’ Referenza ◄ għadhomx adegwati.
▼M1 —————
4. L-Istati Membri għandhom jassistu lill-Kummissjoni sabiex twettaq l-iskrutinju msemmi fil-paragrafu 1 billi jiżguraw li l-informazzjoni meħtieġa tinġabar u tiġi fornuta lill-Kummissjoni f’waqtha, b’mod partikolari l-informazzjoni stipulata fl-Anness.
Artikolu 6
1. It-tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi li jkunu installati fil-vetturi għandhom jaħdmu biss meta l-vettura tkun fi stat ta’ attività.
2. It-tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi li jitqiegħed fis-servizz fil-Komunità għandu jiżgura l-protezzjoni tal-istazzjonijiet tar-radjuastronomija li joperaw fil-faxxa ta’ frekwenza 23.6-24 GHz tal-ispettru tar-radju, u li huma elenkati fl-Anness 2 [definiti fl-Artikolu 7], permezz ta’ inattivazzjoni awtomatika fiż-żona ta’ esklużjoni definita jew permezz ta’ teknoloġija oħra li tforni protezzjoni ekwivalenti lil dawk l-istazzjonijiet mingħajr l-intervent tas-sewwieq.
3. B’deroga mill-paragrafu 2, l-inattivazzjoni manwali tiġi aċċetata għal tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi li jitqiegħed fis-servizz fil-Komunità u li jaħdem fil-faxxa ta’ frekwenza ta’ 24 GHz tal-ispettru tar-radju qabel id-Data ta’ Tranżizzjoni.
Artikolu 7
Kull Stat Membru għandu jiddetermina l-istazzjonijiet tar-radjuastronomija nazzjonali rilevanti li joperaw fil-faxxa ta’ frekwenza ta’ 23.6-24 GHz tal-ispettru tar-radju li jridu jiġu protetti skont l-Artikolu 6(2) fit-territorju tiegħu kif ukoll il-karatteristiċi taż-żoni ta’ esklużjoni ta’ kull stazzjon. Din l-informazzjoni, appoġġjata b’ġustifikazzjoni xierqa, għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.]
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
Informazzjoni meħtieġa sabiex jiġi sorveljat l-użu tal-faxxa ta’ frekwenza ta’ 24 GHz minn tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi
Dan l-Anness jistabbilixxi d-data meħtieġa sabiex tiġi vverifikata r-rata ta’ penetrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur mgħammra b’tagħmir bir-radar ta’ medda qasira f’kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 5. Din id-data għandha tintuża għall-kalkolu tal-proporzjon ta’ vetturi mgħammra b’tagħmir bir-radar ta’ medda qasira li juża l-frekwenza ta’ 24 GHz meta mqabbel man-numru totali ta’ vetturi li hemm fiċ-ċirkulazzjoni f’kull Stat Membru.
Id-dejta li ġejja għandha tinġabar fuq talba mill-Kummissjoni:
(1) In-numru ta’ vetturi mgħammra b’tagħmir bir-radar ta’ medda qasira li juża l-faxxa ta’ frekwenza ta’ 24 GHz, li jiġu manifatturati u/jew impoġġija fis-suq u/jew irreġistrati għall-ewwel darba matul is-sena ta’ referenza fil-Komunità;
(2) In-numru ta’ vetturi mgħammra b’tagħmir bir-radar ta’ medda qasira li juża l-faxxa ta’ frekwenza ta’ 24 GHz li jiġu impurtati minn barra l-Komunità matul is-sena ta’ referenza;
(3) In-numru totali ta’ vetturi fiċ-ċirkolazzjoni matul is-sena ta’ referenza.
Id-data kollha trid tkun akkumpanjata b’evalwazzjoni dwar l-inċertezza relatata mal-informazzjoni.
Barra d-data msemmija hawn fuq, kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li tista’ tgħin lill-Kummissjoni sabiex din iżżomm ħarsa ġenerali xierqa dwar l-użu kontinwat tal-faxxa ta’ frekwenza ta’ 24 GHz bit-tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi għandha tkun disponibbli f’waqtha, inkluża informazzjoni dwar:
— ix-xejriet kurrenti u futuri tas-suq, kemm fi u barra l-Komunità;
— il-bejgħ u t-twaħħil tat-tagħmir wara li tkun inxtrat il-vettura;
— l-istat tal-progress ta’ teknoloġiji u applikazzjonijiet alternattivi, b’mod partikolari tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi li jaħdem fil-faxxa ta’ frekwenza ta’ 79 GHz skont id-Deċiżjoni 2004/545/KE.
( 1 ) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.