2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

57


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-14 ta' Jannar 2005

li temenda d-Deċiżjoni 2001/556/KE dwar l-inklużjoni ta’ stabbilimenti fl-Indja fil-listi proviżjorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ġelatina maħsuba għall-konsum mill-bniedem

(notifikata bid-dokument numru C(2004) 4543)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/33/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta' Ġunju 1995 dwar il-kondizzjonijiet biex isiru, għall-perjodu proviżorju, listi proviżorji ta' stabbilimenti ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti tal-ħut jew molluski bivalvi ħajjin (1), u b'mod partikolari Artikolu 2(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/556/KE tal-11 ta' Lulju 2001 li tispeċifika listi proviżorji ta' stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjoni ta’ ġelatina maħsuba għall-konsum mill-bniedem (2) tistipula listi proviżjorji ta’ stabbilimenti f’pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ġelatina maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

(2)

L-Indja pprovdiet lista ta’ stabbilimenti li jipproduċu l-ġelatina maħsuba għall-konsum mill-bniedem li għalihom l-awtoritajiet responsabbli jiċċertifikaw li l-istabbilimenti huma konformi mar-regoli tal-Komunità.

(3)

Għalhekk, dawn l-istabbilimenti għandhom jinkludu fil-listi stipulati fid-Deċiżjoni 2001/556/KE.

(4)

Billi spezzjonijiet fuq il-post tal-istabbilimenti kkonċernati għadhom ma sarux, importazzjoni minnhom m’għandhiex tkun eliġibbli għal kontrolli fiżiċi mnaqqsa skont id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3).

(5)

Id-Deċiżjoni 2001/556/KE għandha għalhekk tkun emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

l-Anness tad-Deċiżjoni 2001/556/KE hu emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-23 ta' Jannar 2005..

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 14 ta' Jannar 2005.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 243, 11.10.1995, p. 17. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33).

(2)   ĠU L 200, 25.7.2001, p. 23. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mill-Att tal-Adeżjoni 2003.

(3)   ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).


ANNESS

It-test li ġej huwa mdaħħal fl-Anness skont l-ordni alfabetika tal-kodiċi ISO:

“País: India/Země: Indie/Land: Indien/Land: Indien/Riik: India/Χώρα: Ινδία/Pajjiż: India/Pays: Inde/Paese: India/Valsts: Indija/Šalis: Indija/Ország: Indja/Pajjiż: Indja/Land: Indië/Państwo: Indie/País: Índia/Krajina: India/Država: Indija/Maa: Intia/Land: Indien

1

2

3

4

CAPEXIL/WR/PLANT REGN./O&G/2001-2002/01

M/s. Narmada Gelatines Ltd.

Jabalpur

Madhya Pradesh

CAPEXIL/SR/PLANT REGN./O&G/2002-03/01

M/s. Kerala Chemicals & Proteins Ltd., Gelatine Division

Kochi

Kerala

CAPEXIL/WR/PLANT REGN./O&G/2002-03/02

M/s. Sterling Gelatine

Village Karakhadi

Gujarat

CAPEXIL/WR/PLANT REGN./O&G/2002-03/03

M/s. Raymon Patel Gelatine Pvt. Ltd.

Vasad

Gujarat”