02017R0821 — MT — 19.11.2020 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) 2017/821 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta' Mejju 2017 (ĠU L 130 19.5.2017, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1588 tal-25 ta’ Ġunju 2020 |
L 360 |
1 |
30.10.2020 |
|
REGOLAMENT (UE) 2017/821 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-17 ta' Mejju 2017
li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Il-livelli limitu kollha tal-volum huma stabbiliti f'livell li jiżgura li l-maġġorparti, iżda mhux inqas minn 95 %, tat-total tal-volumi impurtati fl-Unjoni ta' kull mineral u metall skont il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda tkun suġġetta għall-obbligi tal-importaturi tal-Unjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“minerali” tfisser dan li ġej kif inhu elenkat fil-Parti A tal-Anness I:
“metalli” tfisser metalli li fihom jew li jikkonsistu minn landa, tantalu, tungstenu jew deheb kif elenkat fil-Parti B tal-Anness I;
“il-katina tal-provvista minerali” tfisser is-sistema ta' attivitajiet, organizzazzjonijiet, atturi, teknoloġija, informazzjoni, riżorsi u servizzi involuti fil-bdil u l-ipproċessar ta' minerali mis-sit tal-estrazzjoni sal-inkorporazzjoni tagħhom fil-prodott finali;
“diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista” tfisser l-obbligi ta' importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb fir-rigward tas-sistema ta' ġestjoni tagħhom, il-ġestjoni tar-riskju, il-verifiki indipendenti ta' partijiet terzi u d-divulgar ta' informazzjoni bl-għan li jiġu identifikati u indirizzati riskji attwali u potenzjali marbuta ma' żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli biex jiġu evitati jew imnaqqsa l-impatti negattivi assoċjati mal-attivitajiet ta' provenjenza tagħhom;
“is-sistema ta' traċċabbiltà tal-katina ta' kustodja jew tal-katina tal-provvista” tfisser rekord tas-sekwenza ta' operaturi ekonomiċi li għandhom il-kustodja ta' minerali u metalli meta jiċċaqilqu permezz ta' katina ta' provvista;
“żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli” tfisser żoni fi stat ta' kunflitt armat jew żoni fraġli wara l-kunflitt kif ukoll żoni b'governanza u sigurtà dgħajfa jew ineżistenti, bħalma huma stati falluti, u l-ksur mifrux u sistematiku tal-liġi internazzjonali, inkluż abbużi mid-drittijiet tal-bniedem;
“gruppi armati u forzi tas-sigurtà” tfisser il-gruppi msemmija fl-Anness II tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta;
“funderija u raffinerija” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel forom ta' metallurġija estrattiva li jinvolvu passi tal-ipproċessar bil-għan li jipproduċu metall minn mineral;
“funderiji u raffineriji responsabbli globali” tfisser funderiji u raffineriji li jinsabu ġewwa jew barra mill-Unjoni li huma meqjusa li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;
“upstream” tfisser il-katina tal-provvista tal-minerali mis-siti tal-estrazzjoni sal-funderiji u r-raffineriji, inklużi;
“downstream” tfisser il-katina tal-provvista tal-metall mill-funderiji u r-raffineriji sal-prodott aħħari;
“importatur tal-Unjoni” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tiddikjara l-minerali jew il-metalli għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont it-tifsira tal-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li f'isimha ssir dikjarazzjoni bħal din, kif tindika fl-elementi tad-data 3/15 u 3/16 skont l-Anness B tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 ( 2 );
“skema ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista” jew “skema ta' diliġenza dovuta” tfisser taħlita ta' proċeduri volontarji ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista, għodod u mekkaniżmi, inklużi verifiki indipendenti ta' partijiet terzi, żviluppati u sorveljati minn gvernijiet, assoċjazzjonijiet tal-industrija jew gruppi ta' organizzazzjonijiet interessati;
“l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru” tfisser l-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10 b'għarfien espert fir-rigward tal-materja prima, il-proċessi industrijali u l-verifika;
“Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta” tfisser il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Katini ta' Provvista Responsabbli ta' Minerali minn Żoni Affettwati minn Kunflitti u ta' Riskju Għoli (It-tieni edizzjoni, pubblikazzjoni tal-OECD 2013), inklużi l-Annessi u s-Supplimenti kollha tagħha;
“mekkaniżmu ta' ilmenti” tfisser mekkaniżmu ta' sensibilizzazzjoni għar-riskji bi twissija bikrija li jippermetti lil kwalunkwe parti interessata, inklużi informaturi, li jesprimu t-tħassib tagħhom rigward iċ-ċirkustanzi tal-estrazzjoni, il-kummerċ u l-immaniġġar tal-minerali fi u l-esportazzjoni minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli;
“mudell tal-politika tal-katina tal-provvista” tfisser politika tal-katina tal-provvista li tikkonforma mal-Anness II tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta li tiddeskrivi r-riskji ta' impatt ħżiena sinifikanti li jistgħu jkunu assoċjati mal-estrazzjoni, il-kummerċ, u l-immaniġġar u l-esportazzjoni ta' minerali minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli;
“pjan ta' ġestjoni tar-riskji” tfisser it-tweġiba bil-miktub ta' importatur tal-Unjoni għar-riskji fil-katina ta' provvista identifikati bbażati fuq l-Anness III tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta;
“metalli riċiklati” tfisser prodotti riġenerati, li kienu intenzjonati għall-utent finali jew li ġa għaddew minn konsumatur, jew fdal ta' metalli pproċessati maħluq waqt il-fabbrikazzjoni ta' prodott, inklużi materjali żejda, skaduti, difettużi, u ruttam tal-metall li jkun fihom metalli raffinati jew ipproċessati li huma adattati għar-riċiklar fil-produzzjoni ta' landa, tantalu, tungstenu, jew deheb. Għall-finijiet ta' din id-definizzjoni, minerali ipproċessati parzjalment, mhux ipproċessati jew prodotti sekondarji minn mineral ieħor mhumiex ikkunsidrati bħala metalli riċiklati;
“prodott sekondarju” tfisser minerali u metalli li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li nkisbu mill-ipproċessar ta' minerali jew metalli li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li oriġinarjament kien fih minerali jew metalli li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u li ma setgħux jinkisbu mingħajr l-ipproċessar ta' minerali jew metalli primarji li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;
“data verifikabbli” tfisser data li tista' tiġi vverifikata permezz tal-ispezzjoni ta' timbri fiżiċi tad-data fuq prodotti jew listi ta' inventarji.
Artikolu 3
Konformità tal-importaturi tal-Unjoni mal-obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista
Artikolu 4
L-obbligi tas-sistema ta' ġestjoni
L-importaturi tal-Unjoni tal-minerali jew metalli għandhom:
jadottaw, u jikkomunikaw b'mod ċar lill-fornituri u lill-pubbliku informazzjoni aġġornata dwar, il-politika tal-katina tal-provvista tagħhom għall-minerali u metalli li potenzjalment joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli;
jinkorporaw fil-katina tal-provvista tagħhom l-istandards li magħhom għandha titmexxa d-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista, b'mod konsistenti mal-istandards stabbiliti fil-mudell tal-politika tal-katina tal-provvista fl-Anness II tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta;
jistrutturaw is-sistemi interni ta' ġestjoni tal-katina tal-provvista rispettivi tagħhom biex jappoġġaw id-diliġenza dovuta fil-katina tal-provvista billi jassenjaw ir-responsabbiltà lill-maniġment superjuri, f'każijiet fejn l-importatur tal-Unjoni mhuwiex persuna fiżika, biex jissorvelja l-proċess ta' diliġenza dovuta fil-katina tal-provvista kif ukoll iżomm ir-rekords ta' dawk is-sistemi għal minimu ta' ħames snin;
isaħħu l-impenn tagħhom mal-fornituri billi jinkorporaw l-politika tal-katina tal-provvista tagħhom f'kuntratti u ftehimiet mal-fornituri konsistenti mal-Anness II tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta;
jistabbilixxu mekkaniżmu ta' ilmenti bħala sistema ta' sensibilizzazzjoni għar-riskji bi twissija bikrija jew jipprovdu mekkaniżmu bħal dan permezz ta' arranġamenti kollaborattivi ma' operaturi ekonomiċi jew organizzazzjonijiet oħra, jew billi jiffaċilitaw rikors għal espert jew korp estern bħall-ombudsman;
fir-rigward ta' minerali, joperaw sistema ta' traċċabbiltà tal-katina ta' kustodja jew tal-katina tal-provvista li tipprovdi, appoġġata bid-dokumentazzjoni, l-informazzjoni li ġejja:
deskrizzjoni tal-mineral, inkluż l-isem u t-tip kummerċjali tiegħu;
l-isem u l-indirizz tal-fornitur tal-importatur tal-Unjoni;
il-pajjiż ta' oriġini tal-minerali;
il-kwantitajiet u dati ta' estrazzjoni, jekk disponibbli, espressi f'volum jew piż;
meta minerali joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli jew, meta riskji oħra fil-katina tal-provvista kif elenkati fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta ġew aċċertati mill-importatur tal-Unjoni, informazzjoni addizzjonali f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-operaturi ekonomiċi upstream kif stipulati fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta, bħall-minjiera ta' oriġini tal-mineral, il-postijiet fejn il-minerali jiġu konsolidati, ikkummerċjalizzati u pproċessati, u taxxi, tariffi u drittijiet imħallsa;
fir-rigward tal-metalli, joperaw sistema ta' traċċabbiltà tal-katina ta' kustodja jew tal-katina tal-provvista li tipprovdi, appoġġata bid-dokumentazzjoni, l-informazzjoni li ġejja:
deskrizzjoni tal-metall, inkluż l-isem u t-tip kummerċjali tiegħu;
l-isem u l-indirizz tal-fornitur tal-importatur tal-Unjoni;
l-isem u l-indirizz tal-funderiji u tar-raffineriji fil-katina tal-provvista tal-importatur tal-Unjoni;
jekk disponibbli, rekords tar-rapporti ta' verifika ta' partijiet terzi tal-funderiji u raffineriji, jew evidenza ta' konformità ma' skemi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista rikonoxxuti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8;
jekk ir-rekords imsemmija fil-punt (iv) ma jkunux disponibbli:
fir-rigward ta' prodotti sekondarji, jipprovdu informazzjoni sostnuta minn dokumentazzjoni mill-punt ta' oriġini ta' dawk il-prodotti sekondarji, jiġifieri l-punt fejn il-prodott sekondarju jiġi l-ewwel separat mill-minerali jew metall primarju tiegħu li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 5
L-obbligi ta' ġestjoni tar-riskji
L-importaturi tal-Unjoni ta' minerali għandhom:
jidentifikaw u jivvalutaw ir-riskji ta' impatti negattivi fil-katina tal-provvista tal-minerali tagħhom fuq il-bażi tal-informazzjoni provduta skont l-Artikolu 4 mal-istandards tal-politika tal-katina ta' provvista tiegħu, konsistenti mal-Anness II u mar-rakkomandazzjonijiet tad-diliġenza dovuta stabbiliti fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta;
jimplimentaw strateġija biex iwieġbu għar-riskji identifikati mfassla sabiex tipprevjeni jew ittaffi l-impatti negattivi billi:
jirrapportaw sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju tal-katina tal-provvista lill-maniġment superjuri maħtur għal dak l-għan, f'każijiet fejn l-importatur tal-Unjoni mhuwiex persuna fiżika;
jadottaw miżuri ta' ġestjoni tar-riskju konsistenti mal-Anness II u mar-rakkomandazzjonijiet tad-diliġenza dovuta stabbiliti fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta, minħabba l-ħila tagħhom biex jinfluwenzaw, u fejn meħtieġ jieħdu passi biex jagħmlu pressjoni fuq fornituri li jistgħu b'mod effettiv jevitaw jew inaqqsu r-riskju identifikat, billi jagħmluha possibbli jew li:
jimplimentaw il-pjan ta' ġestjoni tar-riskju; jissorveljaw u jittraċċaw l-prestazzjoni tal-isforzi tal-mitigazzjoni tar-riskju; jirrapportaw lura lill-maniġment superjuri maħtur għal dan l-għan, f'każijiet fejn l-importatur tal-Unjoni mhuwiex persuna fiżika; u jqisu s-sospensjoni jew it-twaqqif tal-impenn ma' fornitur wara l-falliment ta' tentattivi għall-mitigazzjoni;
iwettqu aktar valutazzjonijiet tal-fatti u tar-riskju għal riskji li jeħtieġu l-mitigazzjoni, jew wara bidla ta' ċirkostanzi.
Artikolu 6
L-obbligi ta' verifiki ta' partijiet terzi
Dik il-verifika ta' parti terzi indipendenti għandha:
tinkludi fl-ambitu tagħha l-attivitajiet, il-proċessi u s-sistemi kollha użati mill-importatur tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tad-diliġenza dovuta fil-katina tal-provvista dwar minerali jew metalli, inklużi s-sistema ta' ġestjoni, il-ġestjoni tar-riskju, u l-iżvelar ta' informazzjoni tal-importatur tal-Unjoni, f'konformità mal-Artikoli 4, 5 u 7 rispettivament;
jkollha bħala l-objettiv id-determinazzjoni ta' konformità tal-prattiki ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista tal-importatur tal-Unjoni mal-Artikoli 4, 5 u 7;
tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-importatur tal-Unjoni dwar kif jistgħu jitjiebu l-prattiki ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista; u
tirrispetta l-prinċipji tal-verifika ta' indipendenza, kompetenza u kontabbiltà kif stipulati fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta.
Ir-rekwiżit ta' evidenza sostantiva għandu jitqies li ġie sodisfatt meta l-importaturi tal-Unjoni ta' metalli juru li qed jakkwistaw esklużivament mingħand il-funderiji u r-raffineriji elenkati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9.
Artikolu 7
Obbligi dwar x'għandu jiġi żvelat
Fejn importatur tal-Unjoni jista' jikkonkludi b'mod raġonevoli li l-metalli ġejjin biss minn sorsi riċiklati jew ta' skart, huwa għandu, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-kunfidenzjalità tan-negozju u tħassib ieħor mil-lat kompetittiv:
jiżvela pubblikament dak li jkun ikkonkluda; u
jiddeskrivi b'dettalji raġonevoli l-miżuri ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista li ħaddem biex ikun wasal għal dik il-konklużjoni.
Artikolu 8
Rikonoxximent ta' skemi ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista
Meta tittieħed deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent ta' skema ta' diliġenza dovuta, il-Kummissjoni għandha tqis il-prattiki diversi tal-industrija koperti minn dik l-iskema u għandha tqis ukoll l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju u l-metodu użat minn dik l-iskema biex jiġu identifikati żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli, u r-riżultati elenkati tagħhom. Dawk ir-riżultati msemmija jiġu żvelati mis-sid ta' skema.
L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-pararafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2).
Fejn sid l-iskema jonqos jew jirrifjuta li jieħu l-azzjoni ta' rimedju neċessarja, u fejn il-Kummissjoni tkun iddeterminat li l-falliment jew id-defiċjenzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-pararafu jikkompromettu l-kapaċità li importatur tal-Unjoni li jkun qed jimplimenta skema li jikkonforma ma' dan ir-Regolament, jew meta każijiet ripetuti jew sinifikanti ta' nuqqas ta' konformità minn operaturi ekonomiċi li jimplimentaw skema ikunu dovuti għad-defiċjenzi fl-iskema, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2), li jirtira r-rikonoxximent tal-iskema.
Artikolu 9
Lista ta' funderiji u raffineriji responsabbli globali
Dik il-lista għandha titfassal billi jittieħdu f'kunsiderazzjoni il-funderiji u raffineriji responsabbli globali koperti minn skemi ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista rikonoxxuti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8 u l-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 17(1).
Artikolu 10
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti sad-9 ta' Diċembru 2017. L-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kull bidla fl-ismijiet jew l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 11
Kontrolli ex post fuq l-importaturi tal-Unjoni
Il-kontrolli ex post imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu, inter alia:
eżami tal-obbligi ta' implimentazzjoni tal-importatur tal-Unjoni tal-katina tal-provvista skont dan ir-Regolament, inkluż rigward is-sistema tal-ġestjoni, il-ġestjoni tar-riskju u l-verifika u d-divulgar ta' partijiet terzi indipendenti;
eżami ta' dokumentazzjoni u rekords li juru konformità xierqa mal-obbligi msemmija fil-punt (a);
eżami ta' obbligi ta' verifika skont il-kamp ta' applikazzjoni, l-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 6.
Il-verifiki ex post imsemmija fil-paragrafu 1 jenħtieġ li jinkludu spezzjonijiet fuq il-post, fosthom fil-proprjetà tal-importatur tal-Unjoni.
Artikolu 12
Rekords ta' kontrolli ex post dwar importaturi tal-Unjoni
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iżommu rekords tal-kontrolli ex post imsemmijin fl-Artikolu 11(1), li jindikaw b'mod partikolari n-natura u r-riżultati ta' tali kontrolli, kif ukoll ir-rekord ta' kwalunkwe notifika ta' azzjonijiet ta' rimedju maħruġa skont l-Artikolu 16(3).
Ir-rekords tal-kontrolli ex post imsemmija fl-Artikolu 11(1) għandhom jinżammu għal mill-inqas ħames snin.
Artikolu 13
Il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni
Artikolu 14
Linji gwida
Artikolu 15
Proċedura ta' kumitat
Meta l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fil-limitu taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew meta titlob dan maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat.
Artikolu 16
Regoli applikabbli għal ksur
Artikolu 17
Rappurtar u analiżi
Artikolu 18
Metodoloġija għall-kalkolu tal-livelli limitu
Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, abbażi ta' informazzjoni doganali li għandha tiġi provduta fuq talba tal-Kummissjoni mill-Istati Membri dwar il-volumi ta' importazzjoni annwali minn importatur tal-Unjoni u mill-Kodiċi ta' Nomenklatura Magħquda kif elenkat fl-Anness I fit-territorji rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni għandha tagħżel l-ogħla volum ta' importazzjoni annwali għal kull importatur tal-Unjoni u skont il-kodiċi ta' Nomenklatura Magħquda li jikkorrispondi għal mhux anqas minn 95 % tat-total annwali tal-volum ta' importazzjonijiet fl-Unjoni għal dak il-kodiċi ta' Nomenklatura Magħquda bħala l-livell limitu l-ġdid li għandu jiddaħħal fl-Anness I. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha toqgħod fuq l-informazzjoni ta' importazzjoni għal kull importatur tal-Unjoni li tkun ingħatat mill-Istati Membri għas-sentejn preċedenti.
Artikolu 19
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 20
Id-dħul fis-seħħ u d-data ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Lista ta' minerali u metalli fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/821 ikklassifikati taħt in-Nomenklatura Magħquda
Parti A: Minerali
|
Deskrizzjoni |
Kodiċi NM |
Subdiviżjoni tat-TARIC |
Livell limitu tal-Volum (Kg) |
|
Minerali u konċentrati tal-landa |
2609 00 00 |
|
5 000 |
|
Minerali u konċentrati tat-tungstenu |
2611 00 00 |
|
250 000 |
|
Minerali u konċentrati tat-tantalu jew in-nijobju |
Ex 2615 90 00 |
10 |
100 000 |
|
Minerali u konċentrati tad-deheb |
Ex 2616 90 00 |
10 |
4 000 000 |
|
Deheb, maħdum jew f'forom parzjalment maħdumin, jew f'forma ta' trab b'konċentrazzjoni tad-deheb anqas minn 99,5 % li ma jkunx għadda l-istadju ta' raffinar |
ex 71 08 (*1) |
|
100 |
|
(*1)
Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan il-limitu, il-volum importat miksub billi jiġu applikati l-metodoloġija u l-kriterji tal-Artikolu 18 jiġi stabbilit bħala l-livell limitu għaż-żewġ linji tariffarji ex 71 08 inklużi fl-Anness I. |
|||
Parti B: Metalli
|
Deskrizzjoni |
Kodiċi NM |
Subdiviżjoni tat-TARIC |
Livell limitu tal-Volum (Kg) |
|
Ossidi u idrossidi tat-tungstenu |
2825 90 40 |
|
100 000 |
|
Ossidi u idrossidi tal-landa |
Ex 2825 90 85 |
10 |
3 600 |
|
Klorur tal-landa |
2827 39 10 |
|
10 000 |
|
Tungstati |
2841 80 00 |
|
100 000 |
|
Tantalati |
Ex 2841 90 85 |
30 |
30 |
|
Karbidi tat-tungstenu |
2849 90 30 |
|
10 000 |
|
Karbidi tat-tantalu |
Ex 2849 90 50 |
10 |
770 |
|
Deheb, maħdum jew f'forom parzjalment maħdumin, jew f'forma ta' trab b'konċentrazzjoni tad-deheb ta' 99,5 % jew aktar li ma jkunx għadda l-istadju ta' raffinar |
ex 71 08 (*1) |
|
100 |
|
Ferrotungstenu u tungstenuferrosiliko |
7202 80 00 |
|
25 000 |
|
Landa, mhux maħduma |
8001 |
|
100 000 |
|
Vireg tal-landa, ħadid, profili u wajers |
8003 00 00 |
|
1 400 |
|
Landa, oġġetti oħra |
8007 00 |
|
2 100 |
|
Tungstenu, trab |
8101 10 00 |
|
2 500 |
|
Tungstenu mhux maħdum, inklużi biċċiet u vireg magħmulin sempliċiment bis-sinterizzazzjoni |
8101 94 00 |
|
500 |
|
Wajer tat-tungstenu |
8101 96 00 |
|
250 |
|
Biċċiet u vireg tat-tungstenu, minbarra dawk miksuba sempliċement bis-sinterizzazzjoni, profili, pjanċi, folji, strixxi u fojl, u oħrajn |
8101 99 |
|
350 |
|
Tantalu mhux maħdum, inklużi biċċiet u vireg magħmulin sempliċiment bis-sinterizzazzjoni; trabijiet |
8103 20 00 |
|
2 500 |
|
Biċċiet u vireg tat-tantalu, ħlief dawk magħmulin sempliċiment bis-sinterizzazzjoni, profili, wajer, pjanċi, folji, strixxa u fojl u oħrajn |
8103 90 |
|
150 |
|
(*1)
Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan il-limitu, il-volum importat miksub billi jiġu applikati l-metodoloġija u l-kriterji tal-Artikolu 18 jiġi stabbilit bħala l-livell limitu għaż-żewġ linji tariffarji ex 71 08 inklużi fl-Anness I. |
|||
ANNESS II
Lista ta' mudelli ta' funderiji u raffinaturi responsabbli globali msemmija fl-Artikolu 9
|
Kolonna A: |
Isem il-funderiji u r-raffineriji f'ordni alfabetiku |
|
Kolonna B: |
L-indirizz tal-funderija jew ir-raffinatur |
|
Kolonna C: |
(*) indikatur, jekk il-funderija jew raffinatur jissorsja minerali li joriġinaw f'żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli |
|
A |
B |
C |
ANNESS III
Lista ta' mudelli tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 10
|
Kolonna A: |
L-isem tal-Istati Membri f'ordni alfabetiku |
|
Kolonna B: |
L-isem tal-awtorità kompetenti |
|
Kolonna C: |
L-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti |
|
A |
B |
C |
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
( 2 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).
( 3 ) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
( 4 ) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).