1987A1522 — MT — 01.01.2007 — 001.003
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
LAQGĦA fuq is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ f'merkanzija (ĠU L 134 22.5.1987, p. 2) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
DECISION No 1/89 OF THE EEC-EFTA JOINT COMMITTEE ON THE SIMPLIFICATION OF FORMALITIES of 3 May 1989 (*) |
L 200 |
3 |
13.7.1989 |
|
|
L 117 |
18 |
14.5.1996 |
||
|
L 9 |
108 |
12.1.2001 |
||
|
L 357 |
1 |
15.12.2006 |
||
|
(*) |
Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti. |
LAQGĦA
fuq is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ f'merkanzija
IL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA
(min hawn il-quddiem imsejjħa l-Komunità)
U R-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-REPUBBLIKA TA' L-ISLANDA, IR-RENJU TAN-NORVEĠJA, IR-RENJU TA' L-ISVEZJA U L-KONFEDERAZZJONI TA' L-ISVIZZERA
(min hawn il-quddiem imsejjħa pajjiżi EFTA)
IKKONSIDRAT il-ftehim tal-kummerċ ħieles bejn il-komunità u kull wieħed mill-pajjiżi EFTA
IKKONSIDRAT id-dikjarazzjoni konġunta li jitlob il-ħolqien ta' spazju Ekonomiku Ewropew, li jiġi addottat min Ministri tal-pajjiżi EFTA u l-Istati Membri tal-Komunità u l-Kommissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-Lussemburgu fid-9 ta' April 1984, specjalment ikkonsidrat is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet ta' fruntiera u liġijiet ta' oriġini
IKKONSIDRAT li fl-istqarrija ta' azzjoni biex jissaħħaħ is-suq intern, il-komunità iddeċidiet li tindroduċi dukument amministrattiv wieħed għall-użu f'kummerċ bħal dan mill-1 ta' Jannar 1988
IKKONSIDRAT li jixraq li jiġu simplifikati ukoll il-formalitajiet fil-kummerċ ta' merkanzija bejn il-Komunità u l-pajjiżi EFTA kif ukoll bejn il-pajjiżi EFTA innifishom, b'mod partikolari billi jiġi imdaħħal dukument amministrattiv wieħed
IKKONSIDRAT li l-ebda provizjoni ta' din il-laqgħa ma tista tiġi interpretata li teżenta il-partijiet Kontraenti mill-obliġazzjonijiet taħt ftehim internazzjonali oħra
IDDECIDEW LI JIKKONKLUDU DIN IL-LAQGĦA
Proviżjonijiet Ġenerali
Artikolu 1
Din il-laqgħa tistabilixxi miżuri li jħaffu formalitajiet fil-kummerċ ta' merkanzija bejn il-Komunità u pajjiżi EFTA kif ukoll bejn il-pajjizi EFTA, b'mod partikolari billi jiġi imdaħħal dokument amministrattiv wieħed (min hawn il-quddiem riferut bħala dokument wieħed) li għandu jintuża għall kull proċedura ta' esportazzjoni u importazzjoni u għall-proċedura ta' transitu applikabbli għal-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti (minn hawn il-quddiem riferut bħala transitu) minkejja l-oriġini tal-merkanzija
Artikolu 2
Fejn il-merkanzija hija suġġetta għall-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, il-formalitajiet konnessi ma' dan il-kummerċ għandhom ikunu mitmuma billi jintuża dukument wieħed ibbażat fuq il-formola ta' dikjarazzjoni, il-kapjuni li qegħdin fl-Anness 1 ta' din il-laqgħa. Dokument wieħed għandu, jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi, jservi bħala dikjarazzjoni jew dokument ta' esportazzjoni, transitu jew importazzjoni
Artikolu 3
Dokument Amministrattiv jista jkun mitlub min Parti Kontraenti miżjud mad-dokument waħdani biss fejn:
— ikun espressament neċessarju għall-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni infurzata minn Parti Kontraenti għall liema użu tad-dokument waħdani ma jkunx biżżejjed
— neċessarji taħt it-termini tal-ftehim internazzjonali ta' liema hija parti
— neċessarja mill-operaturi biex jikkwalifikaw, fuq talba tagħħhom, għall-vantaġġ fuq facilità speċifika
Artikolu 4
1. Xejn f'din il-laqgħa ma jfixkel lill-Partijiet Kontraenti milli japplikaw proċeduri simplifikati, kif u jekk mhux ibbażati fuq l-użu ta' kompjuters, biex iħarsu simplifikazzjoni akbar għall-operaturi tagħhom.
2. Proċeduri simplifikati jistgħu, b'mod partikolari, jikkonsistu li jħallu l-operaturi ma jippreżentawx lill-uffiċċju tad-dwana la l-merkanzija kkonċernata u lanqas id-dikjarazzjoni li għandha x'taqsam magħhom, jew li jitħallew jagħmlu dikjarazzjoni mhux kompluta.
Fil-każijiet riferut għalihom fil-paragrafu 1, l-operaturi jistgħu jiġu awtorizzati li juzaw dokumenti kummerċjail minflok id-dokument waħdieni.
Fejn id-dokument waħdieni huwa użat, il-persuni kkoncernati jistgħu fuq awtorizzazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, jorbtu magħha skeda kummerċjail li jiddeskrivi il-merkanzija minflok folji li jikkumplementaw id-dokument waħdieni għar-raġuni li jiġu mitmuma l-formalitajiet għall kull proċedura ta' esportazzjoni u importazzjoni.
3. Xejn f'din il-laqgħa mhu ser itellef lill-Partijiet Kontraenti milli.
— teħles mid-dokument waħdieni fejn jidħol traffiku tal-posta (b'ittri jew pakketti postali)
— jeħles mid-dikjarazzjonijiet miktubin- jikkonkludu bejniethom arranġamenti jew arranġamenti għal simplifikazzjoni f'kollox
— jew parti tal-kummerċ bejniethom
— jippermetti l-użu ta' listi ta' tagħbija għat-temm ta' formalitajiet ta' transitu fil-każ ta' kunsinni magħmula min merkanzija varja, minflok il-folji li jikkumplementaw id-dokument waħdieni
— jippermettu li jiġu magħmula dikjarazzjonijiet, fejn suppost fuq karta witja, b'mezz ta' kompjuters publiċi jew privati fuq kondizzjonijiet iffissati mill-awtoritajiet kompetenti
— jħalli l-awtoritajiet kompetenti li jistaqsu għall-informazzjoni neċessarja biex jtemmu l-formalitajiet ikkoncernati biex jġu mdaħħla fis-sistema ta'dikjarazzjoni kompjuterizzata mingħajr, fejn suppost, ma jitolbu dikjarazzjoni miktuba
— jħalli l-awtoritajiet kompetenti, jekk tintuża sistema kompjuterizzata ta' dikjarazzjoni, li jipprovdunli li d-dikjarazzjoni ta'esportazzjoni, transitu jew importazzjoni tkun magħmula jew b'dokument waħdieni magħmul min dik is-sisetem jew bid-dħul ta' l-informazzjoni fil-kompjuter jekk tali dokument mhux magħmul
— japplika kull facilità addottata bħala deciżjoni mill-Kumitat Konġunt, referut għalih fl-Artikolu 11(3).
Formalitajiet
Artikolu 5
1. Proviżjonijiet fuq it-temm, permezz ta' dokument waħdieni, tal-formalitajiet neċessarji għall-esportazzjoni, transitu u importazzjoni ta'merkanzija huma stabbiliti fl-Anness II ta' din il-Laqgħa
2. Il-Kodiċi komuni li għandhom jintuzaw fil-forom stabbiliti fl-Anness I jinstabu fl-Anness III ta'din il-laqgħa
Artikolu 6
1. Id-dikjarazzjoni trid tkun mitmuma f'waħda mil-lingwi uffiċċjail tal-Partijiet Kontraenti li tkun aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż fejn il-formalitajiet ta'esportazzjoni jew transitu huma mitmuma. Fejn neċessarju, l-awtorità tad-dwana tal-pajjiz ta' destinazzjoni jew ta' transitu tista titlob lid-dikjarant jew ir-rappresentant f'dak il-pajjiz, traduzzjoni tad-dikjarazzjoni msemmija fil-lingwa uffiċċjail jew waħda mill-lingwi uffiċċjail tal-pajjiz
2. Bħala deroga mill-paragrafu 1, id-dikjarazzjoni għandha tkun mitmuma f'waħda mill-lingwi uffiċċjali tal-pajjiz ta' importazzjoni, f'kull każ fejn id-dikjarazzjoni f'dak il-pajjiż hija magħmula fuq kopji ta' dikjarazzjoni minn oħrajn barra dawk mogħtija lill-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiz ta'esportazzjoni jew tluq
Artikolu 7
1. Id-dikjarant jew ir-rappresentant tiegħu jista, għall-kull stadju ta' l-operazzjoni li tinvolvi l-kummerċ bejn Partijiet Kontraenti, juża il-kopji tad-dikjarazzjoni neċessarji għat-temm tal-formalitajiet li jirrelataw ma dak l-istadju biss, li jista jkun marbut miegħu, fejn xieraq, il-kopji necessarji għat-temm tal-formalitajiet li jirrelataw ma wieħed jew ieħor ta' l-istadji ta' wara
2. Il-benefiċċji tal-proviżjonijiet ta' paragrafu 1 mhux ser ikun suġġett għal ftehim ma l-ebda kondizzjoni speċjail ordnata mill-awtoritajiet kompetenti
Madankollu, mingħajr preġudizzju għal proviżjonijiet speċjali li jikkonċernaw traffiku tal-ġrupp, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabilixxu formalitajiet li jirrelataw ma operazzjonijiet ta' esportazzjoni u transitu li għandhom jiġu mitmuma fuq l-istess formola permezz ta' kopji li jikkorrispondu ma dawn il-formalitajiet
Artikolu 8
Fil-każijiet riferuti għalihom fl-Artikolu 7, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, sa kemm hu possibbli, jissodisfaw ruħhom li l-partikolari mogħtija fil-kopji tad-dikjarazzjonijiet stabbiliti matul l-istadji varji ta' l-operazzjonijiet ikkonċernati kollha jaqblu
Assisstenza Amministrattiva
Artikolu 9
1. Biex tiżgura il-funzjoni komda tal-kummerċ bejn Partijiet Kontraentu u biex jiffacilità tikxif ta' kull irregolarità jew tkissir tal-liġi, l-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjizi ikkonċernati għandhom, fuq talba jew fejn jaħsbu li dan jista jkun ta' interess għall-pajjiż Kortaenti ieħor, fuq inizzjattiva tagħhom jipprovdu, lill xulxin bl'informazzjoni (tinkludi rapporti u sejbiet amministrattivi) ta' interess għall-implimentazzjoni ta' din il-laqgħa
2. Jikkonsidra li l-assisstenza tkun ta' periklu għas-sigurtà, politika pubblika, (ordni pubbliku) jew interessi essenzali oħra, jew li jkisser sigriet industrijali, kummercjali jew professjonali
3. Jekk l-assisstenza hija miżmuma jew miċħuda, id-deciżjoni trid tiġi notifikata lill-pajjiż ikkoncernat mingħajr dewmien
4. Jekk l-awtoritajiet tad-dwana ta' pajjiż jistaqsi għall-assisstenza li ma tistax tiġi mogħtija jekk tiġi mistoqsija, hi għandha tiġbed l-attenzjoni għal dan il-fatt fir-rikjesta. Ftehim ma tali rikjesta tkun mogħtija bi prudenza ta' l-awtoritajiet tad-dwana lil min ġiet magħmula r-rikjesta
5. Informazzjoni miġbura bi ftehim ma paragrafu 1, għandha tiġi użata biss għall-għanijiet ta' din il-laqgħa u tkun mogħtija l-istess protezzjoni mill-pajjiz li jirċeviha li tkun mogħtija għal raġunijiet ta' l-istess natura taħt il-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż. Din l-informazzjoni tista tiġi użata għal għanijiet oħra biss b'kunsens miktub ta' l-awtoritajiet tad-dwana li ipprovidhom u suġġett għall-restrizzjoniet stabbiliti min dik l-awtorità
Il-kumitat Konġunt
Artikolu 10
1. Kumitat konġunt huwa għalhekk stabbilit fejn kull Parti Kontraenti għall din il-laqgħa tkun rappresentata
2. Il-kumitat Konġunt jaġixxi bi ftehim reċiproku
3. Il-kumitat konġunt jiltaqa meta jkun neċessarju imma mill-inqas darba f'sena. Kull parti Kontraentu tista titlob biex issir laqgħa
4. Il-kumitat konġunt jaddotta il-liġijiet bir-regoli tiegħu għall-proċeduri li għandhom ikollhom, inter alia, provizjonijiet għal dawn il-laqgħat u għal-ħatra taċ-Chairman u Iż-żmien ta' uffiċċju tiegħu
5. Il-kumitat konġunt jista jiddeċiedi li jistabilixxi kull subkumitat jew Parti li taħdem li tista tgħin fid-dmirijiet
Artikolu 11
1. Tkun responsabilità tal-kumitat Konġunt biex tamministra din il-laqgħa u tiżgura l-implimentazzjoni kif suppost tagħha. Għal din ir-raġuni, il-Kumitat għandu jkun infurmat b'mod regolari, mill-Partijiet Kontraenti, ta' l-esperjenzi miġbura mill-applikazzjoni tal-lagħha, għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet, u, f'każijiet provduti għalihom fil-paragrafu 3, għandu jieħu deciżjoni
2. B'mod partikolari, il-Kumitat Konġunt għandhom jirrikmandaw emendi għall din il-laqgħa kull miżura oħra neċessarja għal din l-applikazzjoni
3. Il-kumitat Konġunt għandu jadotta, b'deciżjoni, emendi għall-annessi ta' din il-laqgħa u facilitajiet b'riferenza għalihom fl-aħħar indent ta' l-Artikolu 4(3). Dawn id-deciżjonijet għandhom jidħlu f'effett mill-Partijiet Kontraentu bi ftehim mal-leġislazzjoni tagħhom
4. Jekk rappresentattiv ta' Parti Kontraenti fil-kumitat konġunt aċċetta d-deciżjoni suġġetta għar-bżonnijiet kostituzzjonali, id-deciżjoni għandha tidħol fis-seħħ, jekk m'hemmx data, fl-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara n-notifikazzjoni li r-riserva kienet mneħħija
Artikolu 12
Kull Parti Kontraenti għandha tieħu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-proviżjonijiet ta' din il-laqgħa huma applikati effettivament u b'mod armonjuż u jieħdu f'konsiderazzjoni il-bżonn li jnaqqas kemm hu possibbli il-formalitajiet imposti fuq il-kummerċ u l-bżonn li takkwista soluzzjonijiet soddisfacenti f'kull diffikulta li tista toħroġ mill-operazzjoni ta' dawn il-proviżjonijiet
Artikolu 13
Il-Parti Kontraenti għandhom jżommu lill xulxin infurmati fuq il-proviżjonijiet li jaddottaw għall-implimentazzjoni ta' din il-laqgħa
Artikolu 14
L-Anness ta' din il-laqgħa għandha tkun parti inteġrali min dan:
Artikolu 15
1. Din il-laqgħa għandha tapplika, fuq naħa waħda, għat-territorji fejn it-trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea huwa applikat u taħt liema l-kondizzjonijiet stipulati f'dak it-trattat u fuq in-naħa l-oħra, lit-territorji tal-pajjizi EFTA
2. Din il-laqgħa għandha ukoll tapplika għal prinċipat ta' Lichtenstein għaż-żmien kemm il-prinċipat jibqa marbut mal-konfederazzjoni Svizzera bit-trattat tad-dwana ta' l-unjoni
Artikolu 16
Kull Parti Kontraenti tista titlaq min din il-laqgħa basta tagħti tnax il-xaħar avviż bil-miktub lid-depositarju li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 17 li għandu jinnotifika kull Parti Kontraenti oħra
Artikolu 17
1. Il-laqgħa għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta'Jannar 1988, basta li, qabel l-1 ta' Novembru 1987, il-Partijiet Kontraenti jiddepisitaw l-istrumenti tagħhom ta' approvazzjoni mas-Segretariat Generali tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej, li jaġixxu bħala depositarji
2. Jekk din il-laqgħa ma tidħolx fis-seħħ fl-1 ta'Jannar 1988, għandha tagħmel hekk fl-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara d-depositu ta' l-aħħar strument ta'approvazzjoni
3. Id-depositarju għandu jinnotifika il-Partijiet Kontraenti bid-data tad-depositu u l-istrumenti ta' approvazzjoni ta' kull Parti Kontraenti u d-data tad-dħul fis-seħħ tal-laqgħa
Artikolu 18
Il-laqgħa, stabbilita f'dokumet waħdieni oriġinali bid-Daniż, Olandiż, Ingliż, Finlandiż, Franċiż, Germaniż, Grieg, Islandiż,Taljan, Norveġiż, Portugiż, Spanjol u lingwi Svediżi, kull test huwa awtentiku, għandu jiġi depożitat fl-arkivji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej, li għandha titrasmetti kopja ċertifikata lill-kull Parti Kontraenti
ANNESS I
MUDELLI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2 TAL-KONVENZJONI ( 1 )
Dan l-Anness jinkludi fl-:
|
Appendiċi 1 |
: |
il-mudell tal-formola tad-dokument uniku msemmi fil-paragrafu 1 (a) ta' l-Artikolu 1 ta' l-Anness II, |
|
Appendiċi 2 |
: |
il-mudell tal-formola tad-dokument uniku msemmi fil-paragrafu 1 (b) ta' l-Artikolu 1 ta' l-Anness II, |
|
Appendiċi 3 |
: |
il-mudell tal-formola tal-folja ta' kontinwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 (a) ta' l-Artikolu I ta' l-Anness II, |
|
Appendiċi 4 |
: |
il-mudell tal-formola tal-folja ta' kontinwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 (b) ta' l-Artikolu I ta' l-Anness II. |
Appendiċi 1
IL-MUDELL TAL-FORMOLA TAD-DOKUMENT UNIKU MSEMMI FIL-PARAGRAFU 1(a) TA' L-ARTIKOLU 1 TA' L-ANNESS II ( 2 )
Appendiċi 2
IL-MUDELL TAL-FORMOLA TAD-DOKUMENT UNIKU MSEMMI FIL-PARAGRAFU 1 (b) TA' L-ARTIKOLU 1 TA' L-ANNESS II ( 3 )
Appendiċi 3
IL-MUDELL TAL-FORMOLA TAL-FOLJA TA' KONTINWAZZJONI MSEMMIJA FIL-PARAGRAFU 2 (A) TA' L-ARTIKOLU 1 TA' L-ANNESS II.
Appendiċi 4
IL-MUDELL TAL-FORMOLA TAL-FOLJA TA' KONTINWAZZJONI IMSEMMIJA FIL-PARAGRAFU 2 (b) TA' L-ARTIKOLU 1 TA' L-ANNESS II
ANNESS II
L-ISTAMĦAR, IL-KUMPILAZZJONI U L-UŻU TAD-DOKUMENT SINGOLU
Stampa tad-dokument singolu
Artikolu 1
1. Mingħajr preġudizzju għall-użu maqsum imsemmi fl-Appendiċi 3 ta' dan l-Anness, il-formoli għad-dokument singolu għandhom jikkonsistu fi tmien kopji:
(a) jew bħala faxxiklu ta' tmien folji konsekkuttivi, skond il-mudell li jinsab fl-Appendiċi 1 ta' l-Anness I;
(b) jew, b'mod partikolari f'każ ta' ħruġ permezz ta' sistema kompjuterizzata għall-ipproċessar tad-dikjarazzjonijiet, bħala żewġ faxxikli ta' erba' folji konsekuttivi, skond il-mudell li jinsab fl-Appendiċi 2 għall-Anness I.
2. Id-document singolu jista', jekk ikun neċessarju, ikun issupplimentat b'folji ta' kontinwazzjoni:
(a) jew bħala faxxiklu ta' tmien folji konsekuttivi, skond il-mudell li jinsab fl-Appendiċi 3 ta' l-Anness I;
(b) jew bħala żewġ faxxikli ta' erba' folji konsekuttivi, skond il-mudell li jinsab fl-Appendiċi 4 ta' l-anness I.
3. B'deroga mill-paragrafu 2, il-Partijiet Kontraenti ser ikollhom l-għazla li ma jawtorizzawx l-użu tal-formoli tal-folji ta' kontinwazzjoni fil-każ ta' użu ta' sistema kompjuterizzata għall-ipproċessar tad-dikjarazzjonijiet li toħroġ dawn id-dikjarazzjonijiet.
4. L-utenti jistgħu jkollhom formoli stampati, li jkollhom fihom biss dawk il-kopji tal-mudell fl-Anness I li jkollhom bżonn biex jikkumpilaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom.
5. Fir-rokna ta' fuq tax-xellug tal-formola l-Partijiet Kontraenti jistgħu jistampaw indikazzjoni li tidentifika il-Parti Kontraenti kkonċernata. Meta dawn id-dokumenti huma ppreżentati f'Pajjiż Kontraenti ieħor, din l-indikazzjoni ma twaqqafx lid-dikjarazzjoni milli tiġi aċċettata.
Artikolu 2
1. Il-formoli għandhom ikunu stampati fuq karta saħħara magħmula għal skopijiet ta' kitba u li tiżen almenu 40 gramma għal kull metru kwadru. Il-karta għandha tkun biżżejjed opaka biex l-informazzjoni fuq naħa waħda ma taffettwax il-leġibilità ta' l-informazzjoni fuq in-naħa l-oħra u saħħitha għandu tkun waħda li fl-użu normali ma titqattax jew titkemmix faċilment. Il-karta għandha tkun bajda għall-kopji kollha. ►M3 However, on the copies used for transit (1, 4 and 5), boxes 1 (except the middle sub-division), 2, 3, 4, 5, 6, 8, 15, 17, 18, 19, 21, 25, 27, 31, 32, 33 (first sub-division on the left), 35, 38, 40, 44, 50, 51, 52, 53, 55 and 56 have a green background. ◄ Il-formoli għandhom ikunu stampati b'inka ħadra.
1a. A colour marking of the different copies of the forms shall be effected in the following manner:
(a) on forms conforming to the specimens shown in Appendices 1 and 3 of Annex I:
— copies 1, 2, 3 and 5 shall have at the right-hand edge a continuous margin coloured respectively red, green, yellow and blue;
— copies 4, 6, 7 and 8 shall have at the right-hand edge a broken margin coloured respectively blue, red, green and yellow.
(b) on forms conforming to the specimens shown in Appendices 2 and 4 of Annex I, copies 1/6, 2/7, 3/8 and 4/5 shall have at the right-hand edge a continuous margin and, to the right of this, a broken margin coloured respectively red, green, yellow and blue.
The width of these margins shall be approximately 3 millimetres. The broken margin shall comprise a series of squares with a side measurement of 3 millimetres, each one separated by 3 millimetres.
2. L-indikazzjoni tal-kopji li fuqhom iridu jidru l-partikolari kkontenuti fil-formoli bil-proċess ta' ikkupjar bil-karta saħħara (Ikkupjar tiegħu nnifsu) hija mogħtija fl-Appendiċi 1. Indikazzjoni tal-kopji li fuqhom iridu jidru l-partikolari kkontenuti fil-folji ta' kontinwazzjoni bil-proċess ta' ikkupjar bil-karta saħħara hija mogħtija fl-Appendiċi 2.
3. Il-format tal-formoli għandu jkun ta' 210 x 297 millimetri b'tolleranza massima ta' 5 millimetri inqas u 8 millimetri iktar fir-rigward tat-tul tagħhom.
4. Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jeħtieġu li l-formoli juru wkoll l-isem u l-indirizz ta' l-istampatur jew marka li tippermetti li l-istampatur ikun identifikat.
Kompilazzjoni tad-dokument singolu
Artikolu 3
1. Il-formoli għandhom ikun ikkumpilati skond in-nota ta' spjegazzjoni fl-Appendiċi 3.
2. Meta l-formalitajiet huma kkumpilati b'użu ta' sistemi ta' kompjuter pubbliċi jew privati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jawtorizzaw persuni, li jeħtieġu dan, li jbiddlu l-firma miktuba bl-idejn ma' mekkaniżmu tekniku kkomparabbli, li jista', fejn huwa applikabbli, jkun ibbażat fuq l-użu ta' kodiċijiet, u li għandu l-istess konsegwenzi legali bħal firma miktuba bl-idejn. Din il-faċilità ser tiġi mogħtija biss jekk il-kondizzjonijiet tekniċi u amministrattivi stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti huma sodisfatti.
3. Meta l-formalitajiet huma kkumpilati bl-użu ta' kompjuters pubbliċi jew privati li jistampaw ukoll id-dikjarazzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprovdu għall-awtentikazzjoni diretta ta' dawk is-sistemi ta' dikjarazzjonijiet prodotti hekk, minflok l-applikazzjoni manwali jew mekkanika tat-timbru ta' l-uffiċċju doganali u l-firma ta' l-uffiċjal kompetenti.
Użu tad-dokument singolu
Artikolu 4
Id-disposizzjonijiet għall-użu tad-dokument singolu huma stabbiliti fl-Appendiċi 3.
Artikolu 5
1. Meta faxxiklu ta' dokumenti singoli jintuża wara l-kumpilazzjoni ta' formalitajiet ta' esportazzjoni, transitu u/jew importazzjoni, kull persuna li tindaħal fl-operazzjoni ser tkun suġġetta biss fir-rigward tal-partikolari li jirrelataw mal-proċedura li hu talab bħala dikjarant, prinċipal jew rappreżentant tad-dikjarant jew prinċipal.
2. Biex jiġi applikat il-paragrafu 1, meta l-persuna kkonċernata tuża document singolu maħruġ f'fażi iktar kmieni ta' l-operazzjoni tal-kummerċ ta' dan il-każ, hi ser tkun meħtieġa, qabel ma tressaq id-dikjarazzjoni tagħha, li tivverifika l-akkuratezza tal-partikolari eżistenti, għall-kaxxi li għalihom hi responsabbli u l-applikabilità tagħhom għall-merkanzija ta' dan il-każ u għall-proċedura mitluba, u kif ukoll biex tissuplimentahom fejn ikun neċessarju.
3. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-persuna kkonċernata għandha tinforma immedjatament lis-servizz doganali b'kull diskrepanza stabbilita bejn il-merkanzija ta' dan il-każ u l-partikolaritajiet eżistenti.
Artikolu 6
1. Għall-esportazzjoni ta' merkanzija mit-territorju ta' Parti Kontraenti l-kopji 1, 2 u 3 li jikkonformaw mal-mudell li jinsab fl-Appendiċi 1 ta' l-Anness I jew il-kopji 1/6, 2/7 u 3/8 li jikkonformaw mal-mudell li jinsab fl-Appendiċi 2 ta' l-Anness I huma meħtieġa.
2. ►M3 For transit the copies 1, 4 and 5 conforming to the specimen contained in Appendix 1 to Annex I or the copies 1/6 and 4/5 (twice) conforming to the specimen in Appendix 2 to Annex I shall be required. ◄
3. Għall-importazzjoni ta' merkanzija ġewwa t-territorju ta' Parti Kontraenti l-kopji 6, 7 u 8 li jikkonformaw mal-mudell li jinsab fl-Appendiċi 1 ta' l-Anness I jew il-kopji 1/6, 2/7 u 3/8 li jikkonformaw mal-mudell li jinsab fl-Appendiċi 2 ta' l-Anness I huma meħtieġa.
Sottomissjoni tad-dikjarazzjoni
Artikolu 7
1. Id-dikjarazzjonijiet irid ikollhom magħhom, skond il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni, id-dokumenti neċessarji għad-dħul tal-merkanzija ta' dan il-każ skond il-proċedura mitluba.
2. Is-sottomissjoni lil uffiċċju doganali ta' dikjarazzjoni ffirmata mid-dikjarant jew ir-rappreżentant tiegħu għandha tindika li l-persuna kkonċernata qegħda tiddikjara l-merkanzija ta' dan il-każ għall-proċedura mitluba u, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tad-disposizzjonijiet penali, għandha tkun ekwivalenti għall-ingaġġ ta' responsabbilità, skond id-disposizzjonijiet fis-seħħ fil-Pajjiżi Kontraenti, fi-rigward ta':
— l-akkuratezza ta' l-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni,
— l-awtentiċità tad-dokumenti mehmużin, u
— l-osservanza ta' l-obbligazzjonijiet inerenti fid-dħul tal-merkanzija ta' dan il-każ skond il-proċedura kkonċernata.
Artikolu 8
F'każijiet meta kopji supplementarji tad-dokument singolu jew tad-dikjarazzjoni huma meħtieġa, il-persuni kkonċernati jistgħu jużaw folji jew fotokopji addizzjonali ta' dak id-dokument jew dikjarazzjoni għal dan l-iskop, kif hu neċessarju. Dan għandhom jiġu aċċettati mill-awtorijitajiet kompetenti bħallikieku kienu dokumenti oriġinali sakemm il-kwalità u l-leġibilità tagħhom hija kkunsidrata sodisfaċenti mill-awtoritajiet.
Appendiċi 1
Indikazzjoni tal-kopji tal-formoli mogħtija fl-Appendiċijiet 1 u 3 ta' l-Anness I li fuqhom iridu jidru il-partikolari li jinsabu fihom bil-proċess ta' kkupjar bil-karta saħħara (self-copying).
(kopja 1 hija magħduda)
|
Nru tal-Kaxxa |
Kopji |
Nru tal-kaxxa |
Kopji |
|
I. KAXXI GĦAL OPERAZZJONIJIET KUMMERĊJALI |
|||
|
1. |
1 sa 8 |
29. |
1 sa 3 |
|
Minbarra s-sotto-diviżjoni tan-nofs |
30. |
1 sa 3 |
|
|
1 sa 3 |
31. |
1 sa 8 |
|
|
2. |
1 sa 5 (1) |
32. |
1 sa 8 |
|
3. |
1 sa 8 |
33. |
l-ewwel sotto-diviżjoni |
|
4. |
1 sa 8 |
fuq ix-xellug |
|
|
5. |
1 sa 8 |
1 ssa 8 |
|
|
6. |
1 sa 8 |
li jibqa' |
|
|
7. |
1 sa 3 |
1 sa 3 |
|
|
8. |
1 sa 5 (1) |
34a. |
1 sa 3 |
|
9. |
1 sa 3 |
34b. |
1 sa 3 |
|
10. |
1 sa 3 |
35. |
1 sa 8 |
|
11. |
1 sa 3 |
36. |
– |
|
12. |
– |
37. |
1 sa 3 |
|
13. |
1 sa 3 |
38. |
1 sa 8 |
|
14. |
1 sa 4 |
39. |
1 sa 3 |
|
15. |
1 sa 8 |
40. |
1 sa 5 (1) |
|
15a. |
1 sa 3 |
41. |
1 sa 3 |
|
15b. |
1 sa 3 |
42. |
– |
|
16. |
1, 2, 3, 6, 7 u 8 |
43. |
– |
|
17. |
1 sa 8 |
44. |
1 sa 5 (1) |
|
17a. |
1 sa 3 |
45. |
– |
|
17b. |
1 sa 3 |
46. |
1 sa 3 |
|
18. |
1 sa 5 (1) |
47. |
1 sa 3 |
|
19. |
1 sa 5 (1) |
48. |
1 sa 4 |
|
20. |
1 sa 3 |
49. |
1 sa 3 |
|
21. |
1 sa 5 (1) |
50. |
1 sa 8 |
|
22. |
1 sa 3 |
51. |
1 sa 8 |
|
23. |
1 sa 3 |
52. |
1 sa 8 |
|
24. |
1 sa 3 |
53. |
1 sa 8 |
|
25. |
1 sa 5 (1) |
54. |
1 sa 4 |
|
26. |
1 sa 3 |
55. |
– |
|
27. |
1 sa 5 (1) |
56. |
– |
|
28. |
1 sa 3 |
|
|
|
II. KAXXI AMMINISTRATTIVI |
|||
|
A |
1 sa 4 (2) |
F |
– |
|
B |
1 sa 3 |
G |
– |
|
C |
1 sa 8 (2) |
H |
– |
|
D |
1 sa 4 |
I |
– |
|
E |
– |
J |
– |
|
(1) Fl-ebda każ ma jistgħu l-operaturi jkunu obbligati li jikkumpilaw dawn il0kaxxi għal skopijiet ta' transitu fil-kopji 5 u 7. (2) Il-pajjiż ta' esportazzjoni jista' jagħżel jekk dawn il-partikolari għandhomx jidru fuq il-kopji speċifikati jew le. |
|||
Appendiċi 2
Indikazzjoni tal-kopji tal-formoli mogħtija fl-Appendiċijiet 2 u 4 ta' l-Anness I li fuqhom iridu jidru il-partikolari li jinsabu fihom bil-proċess ta' kkupjar bill-karta saħħara (self-copying).
(kopja 1 hija magħduda)
|
Nru tal-Kaxxa |
Kopji |
Nru tal-kaxxa |
Kopji |
|
I. KAXXI GĦAL OPERAZZJONIJIET KUMMERĊJALI |
|||
|
1. |
1 sa 4 |
29. |
1 sa 3 |
|
minbarra is-sotto-diviżjoni tan-nofs |
30. |
1 sa 3 |
|
|
1 sa 3 |
31. |
1 sa 4 |
|
|
2. |
1 sa 4 |
32. |
1 sa 4 |
|
3. |
1 sa 4 |
33. |
l-ewwel sottodiviżjoni |
|
4. |
1 sa 4 |
fuq ix-xellug |
|
|
5. |
1 sa 4 |
1 sa 4 |
|
|
6. |
1 sa 4 |
li jibqa' |
|
|
7. |
1 sa 3 |
1 sa 3 |
|
|
8. |
1 sa 4 |
34a. |
1 sa 3 |
|
9. |
1 sa 3 |
34b. |
1 sa 3 |
|
10. |
1 sa 3 |
35. |
1 sa 4 |
|
11. |
1 sa 3 |
36. |
1 sa 3 |
|
12. |
1 sa 3 |
37. |
1 sa 3 |
|
13. |
1 sa 3 |
38. |
1 sa 4 |
|
14. |
1 sa 4 |
39. |
1 sa 3 |
|
15. |
1 sa 4 |
40. |
1 sa 4 |
|
15a. |
1 sa 3 |
41. |
1 sa3 |
|
15b. |
1 sa 3 |
42. |
1 sa 3 |
|
16. |
1 sa 3 |
43. |
1 sa 3 |
|
17. |
1 sa 4 |
44. |
1 sa 4 |
|
17a. |
1 sa 3 |
45. |
1 sa 3 |
|
17b. |
1 sa 3 |
46. |
1 sa 3 |
|
18. |
1 sa 4 |
47. |
1 sa 3 |
|
19. |
1 sa 4 |
48. |
1 sa 3 |
|
20. |
1 sa 3 |
49. |
1 sa 3 |
|
21. |
1 sa 4 |
50. |
1 sa 4 |
|
22. |
1 sa 3 |
51. |
1 sa 4 |
|
23. |
1 sa 3 |
52. |
1 sa 4 |
|
24. |
1 sa 3 |
53. |
1 sa 4 |
|
25. |
1 sa 4 |
54. |
1 sa 4 |
|
26. |
1 sa 3 |
55. |
– |
|
27. |
1 sa 4 |
56. |
– |
|
28. |
1 sa 3 |
|
|
|
II. KAXXI AMMINISTRATTIVI |
|||
|
A |
1 sa 4 (1) |
F |
– |
|
B |
1 sa 3 |
G |
– |
|
C |
1 sa 4 |
H |
– |
|
D/J |
1 sa 4 |
I |
– |
|
E/J |
– |
|
|
|
(1) Il-pajjiż ta' esportazzjoni jista' jagħżel jekk dawn il-partikolari jidhrux fil-kopji speċifikati jew le. |
|||
Appendiċi 3
NOTA TA' SPJEGAZZJONI FUQ L-UŻU TAL-FORMOLI TAD-DOKUMENT SINGOLU
TITOLU I
A. Deskrizzjoni ġenerali.
Hemm varjetà ta' modi possibli ta' kif tuża l-formoli u dawn jistgħu jiġu mqassma taħt żewġ intestaturi:
— użu sħiħ tas-sistema, jew
— użu maqsum.
1. Użu sħiħ
Dan jirreferi għal każijiet fejn, fiż-żmien meta l-formalitajiet ta' esportazzjoni huma mwettqa, il-persuna ikkonċernata tuża formola li fiha jinsabu l-kopji neċessarji għall-formalitajiet relatati ma' l-esportazzjoni u t-transitu kif ukoll dawk li jridu jiġu mwettqa fil-pajjiż ta' destinazzjoni.
F'din il-formola wżata għal dan l-iskop jinsabu tmien kopji:
— kopja 1 li għandha tinżamm mill-awtoritajiet tal-pajjiż ta' esportazzjoni (formalitajiet ta'esportazzjoni u transitu),
— kopja 2 li għandha tintuża għall-istatistika mill-pajjiż ta' esportazzjoni,
— kopja 3 li għandha tintbagħat lura lill-esportatur wara li tiġi ttimbrata mill-awtoritajiet doganali,
— kopja 4 li għandha tinżamm f'operazzjoni ta' transitu mill-uffiċċju ta' destinazzjoni,
— kopja 5 li hija l-kopja tar-ritorn għat-transitu,
— kopja 6 li għandha tinżamm mill-awtoritajiet tal-pajjiż ta' destinazzjoni (għal formalitajiet ta' importazzjoni),
— copy 7 which is to be used for statistics by the country of destination (for import formalities),
— kopja 8 li għandha tintbagħat lura lill-kunsinnatarju wara li tiġi ttimbrata mill-awtoritajiet doganali.
(Il-kopji 2 u 7 jistgħu jintużaw għall-skopijiet amministrattivi oħra skond il-kondizzjonijiet tal-Partijiet Kontraenti).
Din il-formola hija komposta minn faxxiklu ta' tmien kopji, li minnu l-ewwel tlieta għandhom x'jaqsmu mal-formalitajiet li għandhom jitwettqu fil-pajjiż ta' esportazzjoni u l-ħamsa li jiġu wara jikkonċernaw il-formalitajiet li għandhom jitwettqu fil-pajjiż ta' destinazzjoni.
Kull faxxiklu ta' tmien kopju huwa ddiżinjat b'tali mod li meta l-kaxxi għandhom jrid ikun fihom informazzjoni identika fil-pajjiżi involuti din tista' titniżżel direttament mill-esportatur jew il-prinċipal fuq il-kopja 1 u din se tidher imbagħad, permezz ta' trattament kimiku tal-karta, fuq il-kopji kollha. Meta, madankollu, għal xi raġuni (per eżempju, protezzjoni ta' sigrieti tal-kummerċ, kontenut ta' informazzjoni differenti bejn il-pajjiż ta' esportazzjoni u dak ta' destinazzjoni) l-informazzjoni m'għandiex tintbagħat minn pajjiż għall-ieħor, id-dissensibilazzjoni tal-karta saħħara tirrestrinġi r-riproduzzjoni tal-kopji maħsuba għall-pajjiż ta' esportazzjoni.
Jekk l-istess kaxxa għandha tintuża imma b' kontenut differenti fil-pajjiż ta' destinazzjoni, il-karta saħħara trid imbagħad tintuza biex tirriproduċi dawn il-partikolari addizzjonali fil-kopji 6 sa 8.
Madankollu, b'mod partikolari f'każijiet meta jsir użu ta' pproċessar kompjuterizzat ta' dikjarazzjonijiet, huwa possibli li ma jintużax il-faxxiklu ta' 8 kopji msemmi hawn fuq imma żewġ faxxikli ta' erba kopji, li fihom kull kopja jista' jkollha funzjoni doppja: 1/6, 2/7, 3/8, 4/5; l-ewwel faxxiklu imbagħad jikkorrispondi, fir-rigward tal-partikolari li għandhom jingħataw fih, mal-kopji 1 u 4 hawn fuq, u t-tieni mal-kopji 5 sa 8. F'dan il-każ, f'kull faxxiklu ta' kopji ta' erbgħa, in-numru ta' kopji wżati għandu jintwera billi jitħassru n-numri, fil-marġni ta' kull formola, li jirreferu għal kopji li mhumiex qegħdin jintużaw.
Kull faxxiklu ta' erba' kopji hekk iddefinit huwa ddiżinjat biex l-informazzjoni li għandha tkun riprodotta fuq il-kopji varji tkun riprodotta permezz ta' trattament kimiku tal-karta.
2. Użu maqsum
Dan jirreferi għal każijiet meta l-persuna kkonċernata ma tixtieqx tuża faxxiklu komplut kif spjegat fil-paragrafu 1 hawn fuq. Hi tista' imbagħad tuża għal kull stadju (esportazzjoni, transitu u importazzjoni) ta' operazzjoni li tinvolvi l-kummerċ f'merkanzija bejn Partijiet Kontraenti l-kopji tad-dikjarazzjoni neċessarja biex jitwettqu l-formalitajiet relatati ma' dan l-istadju waħdu. Hi tista', wkoll, tehmeż ma' dawn il-kopji, sa kemm tixtieq tagħmel dan, il-kopji neċessarji biex jitwettqu l-formalitajiet relatati ma' xulxin fl-istadji ta' l-operazzjoni li jiġu wara.
Huma għalhekk possibli ħafna kombinazzjonijiet differenti fil-każijiet ta' użu maqsum, in-numri tal-kopji elenkati jkunu l-istess bħal dawk diġa msemmija fil-paragrafu 1 hawn fuq.
Bħala eżempju, il-kombinazzjonijiet li ġejjin huma possibli:
— esportazzjoni weħidha: kopji 1, 2, u 3,
— export + transit: copies 1, 2, 3, 4 and 5,
— esportazzjoni + importazzjoni: kopji 1, 2, 3, 6, 7 u 8,
— transit alone: copies 1, 4 and 5,
— transitu u importazzjoni: kopji 1, 4, 5, 6, 7 u 8,
— importazzjoni weħidha: kopji 6, 7 u 8.
Barra dan, hemm sitwazzjonijiet fejn huwa essenzali li tipprovdi prova mad-destinazzjoni ta' l-istatus Komunitarju tal-merkanzija ta' dan il-każ għalkemm ma sarx użu tat-transitu. F'dawn il-każijiet ikun neċessarju li tuża l-kopja pprovduta għal dan l-iskop (kopja Nru 4), kemm waħdu jew f'kombinazzjoni ma' wieħed jew ieħor mill-faxxikli deskritti hawn fuq. Meta taħt ir-regoli Komunitarji d-dokument li jipprova l-istatus Komunitarju tal-merkanzija jrid ikun prodott fi tliet kopji, kopji addizzjonali jew fotokopji tal-kopja Nru 4 jridu jiġu prodotti.
B. Partikolari mitluba
Il-formoli ikkonċernati fihom id-dettalji kollha li jistgħu jkunu mitluba mill-Partijiet Kontraenti. Huwa obbligatorju li ċerti kaxxi jintlew biss jekk mitluba mill-pajjiż li fih il-fomalitajiet huma kkumpilati. F'dan ir-rispett is-sezzjoni ta' dan l-avviż li għandha x'jaqsam ma' l-użu tal-kaxxi varji għandha tkun segwita b'attenzjoni.
Madankollu, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-proċeduri ssimplifikati, il-massimu ta' listi rispettivi tal-kaxxi li jistgħu jiġu kkumpilati f'kull stadju t'operazzjoni ta' kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, inklużi dawk mitluba biss fil-każ ta' applikazzjoni ta' leġislazzjoni speċifika, huma li ġejjin:
— formalitajiet ta' l-esportazzjoni: kaxxa 1 (l-ewwel u t-tieni suddiviżjoni), 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 13, 14, 15, 15a, 15b, 16, 17, 17a, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34a, 34b, 35, 37, 38, 39, 40, 41, 44, 46, 47, 48, 49, 50 u 54.
— transit formalities: boxes 1 (third sub-division), 2, 3, 4, 5, 6, 8, 15, 17, 18, 19, 21, 25, 27, 31, 32, 33 (first sub-division), 35, 38, 40, 44, 50, 51, 52, 53, 55 and 56 (boxes with a green background),
— formalitajiet ta' importazzjoni: kaxxi 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13, 14, 15, 15a, 16, 17, 17a, 17b, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34a, 35, 36, 37, 38, 39, 40, 41, 42, 43, 44, 45, 46, 47, 48, 49, 54,
— prova tal-karattru Komunitarju tal-merkanzija (T2L): kaxxi 1 (minbarra t-tieni sotto-diviżjoni, 2, 3, 4, 5, 14, 31, 32, 33, 35, 38, 40, 44, 54.
C. Istruzzjonijiet għall-użu tal-formola
Fil-każijiet kollha meta fit-tip ta' faxxiklu wżat tinsab almenu kopja waħda li tista' tintuża f'pajjiż li mhuwiex dak li fih ġiet l-ewwel ikkumpilata, il-formoli jridu jiġu kkumpilati b'typewriter jew bi proċess mekkanografiku jew simili. Għall-faċilità tal-kumpilazzjoni bit-typrewriter il-formola għandha titpoġġa ġewwa magna b'tali mod li l-ewwel ittra tal-partikolari li għandhom jitniżżlu fil-kaxxa 2 titpoġġa fil-kaxxa tal-posizzjoni fir-rokna ta' fuq tax-xellug.
Meta l-kopji kollha tal-faxxiklu wżat huma maħsuba għall-użu fl-istess pajjiż u sakemm hemm disposizzjoni għal din l-għażla f'dak il-pajjiż jistgħu wkoll jiġu mimlija b'mod leġibbli bil-kitba, bl-inka u b'ittri kapitali. L-istess japplika fir-rigward tal-partikolaritajiet li għandhom jingħataw fil-kopji wżati għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni ta' transitu.
Il-formola m'għandiex ikollha kanċellazzjonijiet jew kitba fuq oħra. Kull tibdil għandu jsir bill-taqta' l-partikolaritajiet li mhumiex korretti u, fejn xieraq, iżżid dawk mitluba. Kull tibdil magħmul b'dan il mod għandu jkun issiglat mill-persuna li qegħda tagħmlu u awtentikata espressament mill-awtoritajiet kompetenti. Dawn ta' l-aħħar jistgħu, meta jkun neċessarju, jeħtieġu li titressaq dikjarazzjoni ġdida.
Barra dan, il-formoli jistgħu jiġu kkumpilati bl-użu ta' proċess ta' riproduzzjoni awtomatiku minflok kull proċedura msemmija hawn fuq. Jistgħu wkoll jiġu prodotti u kkumpilati b'dawn il-mezzi sakemm id-disposizzjonijiet fir-rigward tal-mudelli, il-karta, id-daqs u l-lingwa wżata, il-leġibilità, il-projbizzjoni ta' kanċellaturi u tibdil u fir-rigward ta' emendi huma osservati strettament.
Il-kaxxi nnumerati biss għandhom, meta neċessarju, ikunu kkumpilati. Il-kaxxi l-oħra, indikati b'ittra kapitali, huma rriżervati esklussivament għall-użu intern mill-amministrazzjoni.
Il-kopji li għandhom jibqgħu fl-uffiċċju ta' esportazzjoni u/jew tluq għandhom ikollhom il-firma oriġinali tal-persuni kkonċernati. Il-firma tal-prinċipal, jew fejn hu applikabbli, tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu, torbtu mal-partikolari kollha li jirrelataw ma' l-operazzjoni ta' transitu minħabba li dawn jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet relevanti inklużi dawk deskritti fis-sezzjoni B hawn fuq.
Il-kopji li jibqgħu fl-uffiċċju tad-destinazzjoni għandhom ikollhom il-firma oriġinali tal-persuna kkonċernata. Għandu jiġi mfakkar li taħt il-formalitajiet ta' esportazzjoni u importazzjoni, il-firma tal-persuna kkonċernata hija ekwivalenti għall-irbit, skond il-leġislazzjoni fis-seħħ fil-Pajjiżi Kontraenti, għal:
— l-akkuratezza ta' l-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni rrelatata mal-formalitajiet li għalihom hija responsabbli,
— l-awtentiċità tad-dokumenti mehmuża, u
— l-osservanza ta' l-obbligazzjonijiet kollha inerenti fid-dħul tal-merkanzija f'dan il-każ taħt il-proċedura kkonċernata.
F'dak li għandu x'jaqsam ma' formalitajiet ta' transitu u importazzjoni, għandu jkun innotat li huwa fl-interess ta' kull persuna li tintervjeni fl-operazzjoni biex tissorvelja l-kontenut tad-dikjarazzjoni tiegħu. B'mod partikolari, kull diskrepanza misjuba mill-persuna kkonċernata bejn il-merkanzija li hija għandha tiddikjara u l-partikolari murija diġa, jekk applikabbli, fil-formoli li qegħdin jiġu wżati għandha tkun innotifikata immedjatament minn dik il-persuna lil-awtoritajiet doganali. F'dawn il-każijiet id-dikjarazzjoni għandha imbagħad tiġi magħmula fuq formoli ġodda.
B'eċċezzjoni għat-Titolu III, meta kaxxa m'għandiex tkun użata, għandha titħalla vojta.
TITOLU II
PARTIKOLARI LI GĦANDHOM JITNIŻŻLU F'KAXXI DIFFERENTI
I. Formalitajiet fil-pajjiż ta' esportazzjoni
Kaxxa 1: Dikjarazzjoni
Fl-ewwel sotto-diviżjoni niżżel il-kodiċi stabbilit fl-Anness III, kif huwa applikabbli.
Sa fejn għandu x'jaqsam mat-tip ta' dikjarazzjoni (it-tieni sotto-diviżjoni) dan l-oġġett huwa fakoltattiv għall-Partijiet Kontraenti.
Barra dan, fejn huwa wżat it-transitu, is-simbolu xieraq għandu jiġi muri fis-sotto-diviżjoni tal-lemin (it-tielet) ta' din il-kaxxa.
Kaxxa 2: L-esportatur
Kaxxa għal użu fakultattiv mill-Partijiet Kontraenti. Niżżel l-isem sħiħ u l-indirizz tal-persuna jew tal-kumpannija kkonċernata. Man-nota esplikattiva l-Partijiet Kontraenti jistgħu iżidu l-ħtieġa li tiġi inkluża referenza għan-numru ta' identifikazzjoni allokat mill-awtoritajiet kompetenti għatl finijiet ta' taxxa, statistika u oħrajn.
F'każ ta' konsinni fi gruppi, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jipprevedu li tiddaħħal il-kelma ‘varji’ f'din il-kaxxa u li l-lista ta' l-esportaturi tinhemeż mad-dikjarazzjoni.
Fil-każ ta' transitu din il-kaxxa hija fakultattiva għall-Partijiet Kontraenti.
Kaxxa 3: Formoli
Niżżel in-numru ta' serje tal-faxxiklu fir-rispett tan-numru totali ta' faxxikli ta' formoli u folji ta' kontinwazzjoni wżati (per eżempju, jekk hemm formola waħda u żewġ folji ta' kontinwazzjoni, indika fuq il-formola 1/3, fuq l-ewwel folja ta' kontinwazzjoni 2/3 u fuq it-tieni folja ta' kontinwazzjoni 3/3).
Meta d-dikjarazzjoni tkopri oġġett wieħed biss (jiġifieri meta kaxxa waħda biss ta' “deskrizzjoni tal-merkanzija” trid tiġi kkumpilata) tniżżel xejn fil-kaxxa 3 imma niżżel iċ-ċifra 1 fil-kaxxa 5.
Meta żewġ faxxikli ta' erba' kopji huma wżati minflok wieħed ta' tmien kopji, iż-żewġ faxxikli għandhom jitqiesu bħala wieħed.
Kaxxa 4: Numru ta' listi tat-tagħbija
Niżżel f'ċifri n-numru ta' listi ta' tagħbija mehmużin jew ta' listi kummerċjail deskrittivi awtorizzati mill-awtorità kompetenti. Din il-kaxxa hija fakultattiva għall-Partijiet Kontraenti għal formalitajiet ta' esportazzjoni.
Kaxxa 5: Oġġetti
Niżżel in-numru totali ta' oġġetti ddikjarati mill-persuna kkonċernata fin-numru totali ta' formoli u folji ta' kontinwazzjoni (jew listi ta' tagħbija jew listi kummerċjali) wżati. In-numru ta' oġġetti għandu jikkorispondi man-numru ta' kaxxi ta' “deskrizzjoni tal-merkanzija” li għandhom jiġu kkumpilati.
Kaxxa 6: Imballaġġ totali
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti. Niżżel in-numru totali ta' imballaġġ li jagħmel il-kunsinna f'dan il-każ.
Kaxxa 7: Numru ta' referenza
Oġġett fakoltattiv għall-utenti, biex ikollu fih kull numru ta' referenza allokat mill-persuna kkonċernata lill-kunsinna f'dan il-każ.
Kaxxa 8: Kunsinnatarju
Niżżel l-isem u l-indirizz sħaħ tal-persuna(i) jew kumpanija(i) li lilhom għandha tiġi mibgħuta l-merkanzija.
This box is optional for the Contracting Parties as far as export formalities are concerned. For transit purposes, it shall be obligatory but the Contracting Parties may allow that this box need not be completed where the consignee is established outside the territory of the Contracting Parties. The identification number need not be shown at this stage.
Kaxxa 9: Persuna responsabbli għall-aġġustament finanzjarju
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti (il-persuna li hija responsabbli jew għat-trasferiment jew għar-rimpatriju tal-fondi relatati man-negozju).
Kaxxa 10: Pajjiż ta' l-ewwel destinazzjoni
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti għall-użu skond id-disposizzjonijiet tagħhom.
Kaxxa 11: Pajjiż ta' kummerċ
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti għall-użu skond id-disposizzjonijiet tagħhom.
Kaxxa 13: CAP
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti (informazzjoni relatata ma' l-applikazzjoni ta' politika agrikola).
Kaxxa 14: Dikjarant jew rappreżentant ta' l-esportatur
Kaxxa għal użu fakultattiv mill-Partijiet Kontraenti. Niżżel l-isem sħiħ u l-indirizz tal-persuna jew tal-kumpannija kkonċernata skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ.. Fejn id-dikjarant huwa wkoll l-esportatur, niżżel ‘esportatur’. Man-nota esplikattiva l-Partijiet Kontraenti jistgħu iżidu l-ħtieġa li tiġi inkluża referenza għan-numru ta' identifikazzjoni allokat mill-awtoritajiet kompetenti għatl finijiet ta' taxxa, statistika u oħrajn.
Kaxxa 15: Pajjiż ta' esportazzjoni
Kaxxa għall-użu fakultattiv mill-Partijiet Kontraenti f'każ ta' formalitajiet ta' esportazzjoni iżda obbligatorja meta tiġi applikata l-proċedura ta' transitu.
Niżżel l-isem tal-pajjiż li minnu hija esportata l-merkanzija.
Fil-kaxxa 15a niżżel il-kodiċi għall-pajjiż ikkonċernat.
Il-Kaxxa 15b hija għal użu fakultattiv mill-Partijiet Kontraenti (reġjun li minnu hija esportata l-merkanzija).
Il-kaxxa 15b m'għandhiex tintuża għal finijiet ta' transitu.
Kaxxa 16: Pajjiż ta' oriġini
Il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti. Jekk id-dikjarazzjoni tkopri numru ta' oġġetti ta' oriġini differenti, niżżel il-kelma “varji” f'din il-kaxxa.
Kaxxa 17: Pajjiż ta' destinazzjoni
Niżżel l-isem tal-pajjiż ikkonċernat. Fil-kaxxa 17a niżżel il-kodiċi għal dan il-pajjiż. Il-kaxxa 17b m'għandhiex timtela f'dan l-istadju fil-kummerċ.
Il-kaxxa 17b m'għandhiex tintuża għal finijiet ta' transitu.
Kaxxa 18: Identità u nazzjonalità tal-mezzi ta' trasport fit-tluq
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti fejn għandu x'jaqsam mal-formalitajiet ta' esportazzjoni imma obbligatorji fil-każ ta' użu ta' transitu. Niżżel l-identifikazzjoni, e.ż. numru(i) ta' reġistrazzjoni jew l-isem tal-mezz ta' trasport (trakk, vapur, vagun tal-ferrovija, ajruplan) li fuqu titgħabba direttament il-merkanzija mal-preżentazzjoni fl-uffiċċju doganali fejn il-formalitajiet ta' esportazzjoni jew transitu huma kkumpilati, bin-nazzjonalità tal-mezz ta' trasport wara (jew dik tal-vettura ta' tmexxija jekk hemm ħafna mezzi ta' trasport) skond il-kodiċi stabbilit għal dan l-iskop. Per eżempju, fil-każ ta' użu ta' trattur u karru b'numri ta' liċenza differenti, niżżel in-numru ta' liċenza tat-trattur u tal-karru, flimkien man-nazzjonalità tat-trattur.
F'każ ta' kunsinni postali jew trasport b'installazzjonijiet ta' trasport fissi, m'għandu jitniżżel xejn f'din il-kaxxa fir-rigward tan-numru ta' reġistrazzjoni jew nazzjonalità.
Fil-każ ta' kunsinni bi trasport ferrovjarju, in-nazzjonalità m'għandiex tkun ikkumpilata.
F'każijiet oħra, id-dikjarazzjoni tan-nazzjonalità hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti.
Kaxxa 19: Container (Ctr)
Niżżel skond il-kodiċijiet stabbiliti fl-Anness III il-partikolari neċessarji fir-rigward tas-sitwazzjoni preżunta fil-fruntiera tal-pajjiż ta' esportazzjoni, kif magħrufa fiż-żmien tal-kumpilazzjoni tal-formalitajiet ta' esportazzjoni jew transitu.
Għal skopijiet ta' transitu din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti.
Kaxxa 20: Kondizzjonijiet ta' l-ispedizzjoni
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Konraenti (indikazzjoni ta' ċerti kondizzjonijiet tal-kuntratt kummerċjali).
Kaxxa 21: Identità u nazzjonalità tal-mezz ta' trasport attiv li jaqsam l-fruntiera
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti fir-rigward ta' l-identità.
Din il-kaxxa hija obbligatorja fir-rigward tan-nazzjonalità.
Madankollu, fil-każ ta' kunsinni postali jew trasport bil-ferrovija jew b'istallazzjonijiet fissi ta' trasport, m'għandu jitniżżel xejn fir-rigward ta' numru ta' reġistrazzjoni jew nazzjonalità.
Niżżel it-tip (trakk, vapur, vagun tal-ferrovija, ajruplan), segwit mill-identità, e.ż. in-numru ta' reġistrazzjoni jew l-isem tal-mezz ta' trasport attiv (jiġifieri il-mezz ta' trasport ta' tmexxija) li huwa maħsub li ser jintuża fil-punt ta' qsim tal-fruntiera mal-ħruġ mill-pajjiż ta' esportazzjoni, segwit minn-nazzjonalità tiegħu, kif magħrufa fiż-żmien tal-kumpilazzjoni tal-formalitajiet ta' esportazzjoni jew transity, bl-użu tal-kodiċi approprjat.
Fil-każ ta' trasport ikkumbinat jew jekk hemm ħafna mezzi ta' trasport, il-mezz ta' trasport attiv huwa dak li jmexxi l-kumbinazzjoni kollha. Per eżempju, jekk hemm trakk fuq vettura tal-baħar, il-mezz attiv ta' trasport huwa l-vapur, jekk trattur u karru, il-mezz attiv ta' trasport huwa t-trattur.
Kaxxa 22: Il-Munita u l-ammont totali li għalih intbagħtet fattura
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti (niżżel il-kodiċi għall-munita li fiha ħarġet il-fattura, segwita mil-prezz iffatturat għall-ammont total ital-merkanzija ddikjarata).
Kaxxa 23: Rata tal-kambju
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti (rata tal-kambju fis-seħħ bejn il-munita fil-fattura u l-munita tal-pajjiż ikkonċernat).
Kaxxa 24: Natura ta' l-operazzjoni
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti (li tindika ċerti kondizzjonijiet tal-kuntratt kummerċjail).
Kaxxa 25: Mod ta' trasport fil-fruntiera
Uża l-kodiċijiet fl-Anness III biex tniżżel il-mod tat-trasport li huwa mistenni li jipprovdi l-mezz attiv ta' trasport li fuqu l-merkanzija ser tħalli t-territorji tal-Parti Kontraenti ta' esportazzjoni.
Kaxxa għal użu fakultattiv mill-Partijiet Kontraenti f'każ ta' transitu.
Kaxxa 26: Mezz ta' trasport intern
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti (li tindika, skond il-kodiċijiet stabbiliti fl-Anness III, in-natura tal-mezz ta' trasport użat ġewwa l-pajjiż ikkonċernat).
Kaxxa 27: Post tat-tagħbija
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti. Niżżel, jekk applikabbli taħt forma ta' kodiċi, fejn previst, il-post tat-tagħbija għall-merkanzija fuq il-mezz ta' trasport attiv li fuqu ser taqsam il-fruntiera tal-pajjiż ta' esportazzjoni, sa fejn dan huwa magħruf fiż-żmien tal-kumpilazzjoni tal-formalitajiet ta' esportazzjoni jew transitu.
Kaxxa 28: Informazzjoni finanzjarja u bankarja
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti (trasferiment ta' fondi relatati ma' l-operazzjoni f'dan il-każ, informazzjoni fuq formalitajiet u proċedura finanzjarji u fuq referenzi bankarji).
Kaxxa 29: Uffiċċju ta' ħruġ
Kaxxa għal użu fakultattiv mill-Partijiet Kontraenti (niżżel l-uffiċċju doganali li minnu hu maħsub li l-merkanzija tħalli t-territorju tal-Parti Kontraenti kkonċernata).
Kaxxa 30: Fejn tinsab il-merkanzija
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti (tindika l-post preċiż fejn il-merkanzija tista' tiġi eżaminata).
Kaxxa 31: Imballaġġ u deskrizzjoni tal-merkanizja Marki u numri – Nru(i) tal-Container – Numru u tip
Enter the marks, numbers, number and kind of packages or, in the case of unpackaged goods, the number of such goods covered by the declaration, or the word ‘bulk’, as appropriate ; the normal trade description must be entered in all cases ; for export purposes this description must comprise the particulars necessary to identify the goods. Where box 33 ‘Commodity Code’ must be completed, this description must be expressed in sufficiently precise terms to allow classification of the goods. This box must also show the particulars required by any specific rules (excise duties, etc.). If containers are used, the identifying marks of the containers should also be entered in this box.
Meta l-persuna kkonċernata niżżlet il-kelma“varji” fil-kaxxa 16, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jitolbu li l-isem tal-pajjiż ta' oriġini tal-merkanzija f'dan il-każ jitniżżel f'din il-kaxxa, imma ma jistgħux jitolbu li dan isir obbligatorju.
Kaxxa 32: Numru ta' l-oġġett
Niżżel in-numru ta' l-oġġett imsemmi fir-rigward tan-numru totali ta' artikoli ddikjarati fil-formoli wżati, kif definit fin-nota għall-kaxxa 5.
Meta d-dikjarazzjoni tkopri biss oġġett wieħed tal-merkanzija, il-Partijiet Kontraenti m'għandhomx bżonn jitolbu li din il-kaxxa tkun kkompilata, minħabba li ċ-ċifra 1 tkun tniżżlet fil-kaxxa 5.
Box 33: Commodity code
Enter the code number corresponding to the item in question.
For the purposes of transit and proving the Community status of the goods this box is optional for the Contracting Parties, except in cases where the Convention on a common transit procedure of 20 May 1987 specifies that its use is obligatory.
Kaxxa 34: Kodiċi, pajjiż ta' oriġini
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti:
— kaxxa 34a (kodiċi li jikkorrispondi mal-pajjiż imniżżel fil-kaxxa 16. Meta titniżżel il-kelma “varji” fil-kaxxa 16, niżżel il-kodiċi li jikkorrispondi mal-pajjiż ta' oriġini ta' l-oġġett ta' dan il-każ),
— kaxxa 34b (reġjun ta' produzzjoni tal-merkanzija ta' dan il-każ).
Kaxxa 35: Massa grossa
Din l-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti sa fejn huma kkonċernati l-formalitajiet ta' esportazzjoni imma huma obbligatorji fil-każ ta' transitur. Niżżel il-massa grossa tal-merkanzija deskritta fil-kaxxa 31 li tikkorrispondi, espressa f'kilogrammi. Il-massa grossa hija l-massa totali tal-merkanzija bl-imballaġġ kollu tagħha, esklużi il-Containers u apparat ta' trasport ieħor.
Kaxxa 37: Proċedura
Niżżel, skond il-kodiċijiet stabbiliti għal dan l-iskop, il-proċedura li għaliha l-merkanzija hija ddikjarata ma' l-esportazzjoni.
Kaxxa 38: Massa netta
Niżżel il-massa netta tal-merkanzija deskritta fil-kaxxa 31 li tikkorrispondi, espressa f'kilogrammi. Il-massa netta hija l-massa tal-merkanzija nnifisha mingħajr l-imballaġġ.
Sa fejn għandu x'jaqsam ma' transitu l-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti.
Kaxxa 39: Kwota
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti (meta hija neċessarja l-applikazzjoni ta' leġislazzjoni dwar il-kwota).
Kaxxa 40: Dikjarazzjoni sommarja/document preċedenti
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti (riferenzi ta' dokumenti li huma relatati mal-proċedura amministrattiva li tiġi qabel l-esportazzjoni lil pajjiż ieħor).
For the purposes of transit and proving the Community status of the goods this box is optional for the Contracting Parties, except in cases where the Convention on a common transit procedure of 20 May 1987 specifies that its use is obligatory.
Kaxxa 41: Unitajiet supplementarji
Għal użu kif hu neċessarju skond in-nomenklatura tal-merkanzija. Niżżel il-kwantità ta' l-oġġett ta' dan il-każ, espressa fl-unità stabbilita fin-nomenklatura tal-merkanzija.
Kaxxa 44: Informazzjoni addizzjonali, dokumenti prodotti, ċertifikati u awtorizzazzjonijiet
Niżżel id-dettalji meħtiega minn kull regolament speċifiku tal-pajjiż ta' esportazzjoni, flimkien mar-riferenzi għad-dokumenti prodotti bħala sostenn għad-dikjarazzjoni. (Dan jista' jinkludi in-Nri ta' serje tal-Kopji ta' Kontroll T5, Nru ta' liċenza/permess ta' esportazzjoni, informazzjoni li tikkonċerna regolamenti veterinarji u fitosanitarji, numru tal-polza tat-tagħbija eċċ.). Fis-sotto-diviżjoni “Informazzjoni addizzjonali kodiċi (A.I.)”, niżżel kif hu neċessarju n-numru tal-kodiċi, ipprovdut għal dan l-iskop għall-informazzjoni addizzjonali li tista' tkun meħtieġa għal skopijiet ta' transitu. Din is-sotto-diviżjoni m'għandiex tintuża sakemm tiġi fis-seħħ sistema kompjuterizzata li tirrilaxxa operazzjonijiet ta' transitu.
Kaxxa 46: Valur statistiku
Niżżel l-ammont, espress fil-munita stipulata mill-Parti Kontraenti tal-valur statistiku skond id-disposizzjonijiet fis-seħħ.
Kaxxa 47: Kalkolazzjoni tat-taxxa
Il-Partijiet Kontraenti jista' jeħtieġu li dan li ġej jiġi muri, fejn xieraq, fuq kull linja, bl-użu ta' kodiċi rilevanti stabbiliti għal dan l-iskop:
— it-tip ta' taxxa (dazji ta' esportazzjoni),
— il-bażi ta'taxxa,
— ir-rata ta' taxxa applikabbli,
— l-ammont ta' taxxa għalhekk ikkalkulat,
— il-metodu ta' ħlas magħżul (MĦ).
Kaxxa 48: Pagament pospost
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti (referenza għall-awtorizzazzjoni ta' dan il-każ).
Kaxxa 49: Identifikazzjoni tal-maħżen
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti.
Kaxxa 50: Obbligat prinċipali u rappreżentant awtorizzat, post, data u firma
Niżżel l-isem sħiħ (persuna jew kumpannija) u l-indirizz ta' l-obbligat prinċipali, flimkien man-numru ta' identifikazzjoni, jekk ikun hemm, allokat mill-awtoritajiet kompetenti. Fejn adatt, niżżell l-isem sħiħ (persuna jew kumpannija) tar-rappreżentant awtorizzat li jiffirma f'isem l-obbligat prinċipali.
Soġġett għal dispożizzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu adottati fir-rigward ta' l-użu ta' sistemi komputerizzati, l-oriġinali tal-firma miktuba bl-idejn tal-persuna kkonċernata għandha tidher fuq il-kopja li għandha tibqa' fl-uffiċċju tat-tluq. Fejn il-persuna kkonċernata hija persuna ġuridika, wara ismu l-firmatarju għandu jżid ismu sħiħ u l-kapaċità li fiha qed jiffirma.
Għall-esportazzjoni, id-dikjarant jew ir-rappreżentant tiegħu jista' jniżżel l-isem u l-indirizz ta' persuna stabbilita fid-distrett ta' l-uffiċċju ta' ħruġ li tista' tingħatalu l-Kopja Nru 3 tad-dikjarazzjoni endorsjata mill-istess uffiċċju.
Kaxxa 51: Uffiċċji (u pajjiżi) ta' transitu maħsuba
Niżżel l-uffiċċju ta' dħul maħsub f'kull Parti Kontraenti li t-territorju tiegħu ser ikun ittransitat waqt it-trasport jew, fejn l-operazzjoni tinvolvi territorju ta' transitu differenti minn dak tal-Partijiet Kontraenti, l-uffiċċju ta' ħruġ li minnu l-mezz tat-trasport ser iħalli t-territorju. L-uffiċċji ta' transitu jidhru fil-lista ta' l-uffiċċji kompetenti għal operazzjonijiet ta' transitu. Niżżel il-kodiċi għall-pajjiż ikkonċernat.
Kaxxa 52: Garanzija
Niżżel kull informazzjoni approprjata relatata mat-tip ta' garanzija wżata għall-operazzjoni kkonċernata.
Kaxxa 53: Uffiċċju ta' destinazzjoni (u pajjiż)
Niżżel l-isem ta' l-uffiċċju fejn il-merkanzija għandha tkun ippreżentata biex tkun ikkompletata l-operazzjoni ta' transitu. L-uffiċċji ta' destinazzjoni huma elenkati fil-‘lista ta' uffiċċji doganali kompetenti għal operazzjonijiet ta' transitu.
Wara l-isem ta' l-uffiċċju, niżżel il-kodiċi relatat mal-pajjiż ikkonċernat.
Kaxxa 54: Post u data, firma u isem tad-dikjarant jew ir-rappreżentant tiegħu
B'eċċezzjoni għal disposizzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu adottati fir-rigward ta' l-użu ta' sistemi kompjuterizzati, l-oriġinali tal-firma miktuba bl-idejn tal-persuna kkonċernata għandha titniżżel fuq il-kopja li għandha tibqa' fl-uffiċċju ta' tluq segwita mill-isem sħiħ ta' dik il-persuna. Meta l-persuna kkonċernata hija persuna legali, il-firmatarju għandu jżid l-istatus tiegħu wara l-firma tiegħu u ismu, jekk hu hekk meħtieġ mill-Partijiet Kontraenti.
II. Formalitajiet matul il-vjaġġ
Bejn iż-żmien ta' meta l-merkanzija tħalli l-uffiċċju ta' esportazzjoni u/jew tluq, u ż-żmien meta tasal fl-uffiċċju ta' destinazzjoni, huwa possibli li ċertu dettalji jkollhom bżonn jiġu miżjuda mal-kopji tad-dokument singolu li jkun mal-merkanzija. Dawn id-dettalji jikkonċernaw l-operazzjoni ta' trasport u għandhom jiżdiedu mad-dokument mit-trasportatur responsabbli għall-mezz ta' trasport li fuqu titgħabba direttament il-merkanzija, kif u meta l-operazzjonijiet ta' trasport iseħħu. Dawn il-partikolari jistgħu jiżdiedu b'mod leġibbli bil-kitba; f'dan il-każ, il-formola għandha tkun ikkumpilata bl-inka u b'ittri kapitali.
Dawn id-dettalji jikkonċernaw il-kaxxi li ġejjin biss(kopji 4 u 5):
— Trasbord: uża kaxxa 55
— Kaxxa 55 (trasbordi):
— Box to be used in accordance with the provisions of the Convention on a common transit procedure of 20 May 1987.
— Inċidenti oħra: uża l-kaxxa 56
— Kaxxa 56 (inċidenti oħra matul it-trasport):
— Il-kaxxa għandha tiġi kkumpilata skond l-obbligazzjonijiet eżistenti għal transitu.
— Barra dan, meta l-merkanzija kienet tgħabbiet fuq semi-karru u t-trattur biss huwa mibdul matul il-vjaġġ (mingħajr li l-merkanzija ġiet manipolata jew trasbordata) niżżel f'din il-kaxxa numru ta' reġistrazzjoni jew in-nazzjonalità tat-trattur il-ġdid. F'dawn il-każijiet, iċ-ċertifikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti m'hijiex neċessarja.
III. Formalitajiet fil-pajjiż ta' destinazzjoni
Kaxxa 1: Dikjarazzjoni
Niżżel il-kodiċijiet stabbiliti fl-Anness III kif japplika.
Sa fejn għandu x'jaqsam mat-tip ta dikjarazzjoni (tieni sotto-diviżjoni), din il-parti hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti.
Is-sotto-diviżjoni (tielet) fuq il-lemin m'għandiex tintuża għal formalitajiet ta' importazzjoni.
Kaxxa 2: Esportatur
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti. Niżżel l-isem u l-indirizz sħaħ ta' l-esportatur jew bejjiegħ tal-merkanzija.
Kaxxa 3: Formoli
Niżżel in-numru ta' serje tal-faxxiklu fir-rispett tan-numru totali ta' faxxikli ta' formoli u folji ta' kontinwazzjoni wżati (per eżempju, jekk hemm formola waħda u żewġ folji ta' kontinwazzjoni, indika fuq il-formola 1/3, fuq l-ewwel folja ta' kontinwazzjoni 2/3 u fuq it-tieni folja ta' kontinwazzjoni 3/3).
Meta d-dikjarazzjoni tkopri oġġett wieħed biss (jiġifieri meta kaxxa waħda biss ta' “deskrizzjoni tal-merkanzija” trid tkun ikkumpilata) tniżżel xejn fil-kaxxa 3 imma niżżel iċ-ċifra 1 fil-kaxxa 5.
Kaxxa 4: Numru ta' listi tat-tagħbija
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti.
Niżżel f'ċifri n-numru ta' kull lista tat-tagħbija mehmuża, jew ta' listi kummerċjali deskrittivi fejn dawn huma awtorizzati mill-awtorità kompetenti.
Kaxxa 5: Oġġetti
Niżżel in-numru totali ta' oġġetti ddikjarati mill-persuna kkonċernata fin-numru totali ta' formoli u folji ta' kontinwazzjoni (jew listi tat-tagħbija jew listi kummerċjali) wżati. In-numru ta' oġġetti jikkorrispondi man-numru ta' kaxxi ta' “deskrizzjoni tal-merkanzija” li għandhom ikunu kkumpilati
Kaxxi 6: Imballaġġ totali
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti. Niżżel in-numru totali ta' imballaġġ li jikkonsistu fil-kunsinna ta' dan il-każ.
Kaxxa 7: Numru ta' referenza
Parti fakoltattiva għall-utenti, biex ikollha fiha n-numru ta' riferenza allokat lill-persuna kkonċernata lill-kunsinnata' dan il-każ.
Kaxxa 8: Destinatarju
Kaxxa għal użu fakultattiv mill-Partijiet Kontraenti. Niżżel l-isem sħiħ u l-indirizz tal-persuna jew tal-kumpannija kkonċernata. F'każ ta' konsinni fi gruppi, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jipprevedu li tiddaħħal il-kelma ‘varji’ f'din il-kaxxa, u li l-lista tad-destinatarji tinhemeż mad-dikjarazzjoni. Man-nota esplikattiva l-Partijiet Kontraenti jistgħu iżidu l-ħtieġa li tiġi inkluża referenza għan-numru ta' identifikazzjoni allokat mill-awtoritajiet kompetenti għatl finijiet ta' taxxa, statistika u oħrajn.
Kaxxa 9: Persuna responsabbli għall-arranġament finanzjarju
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti (il-persuna li hi responsabbli jew għat-trasferiment jew għar-rimpatriju tal-fondi relatati ma' din l-operazzjoni).
Kaxxa 10: Pajjiż ta' l-aħħar kunsinna
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti għall-użu skond il-ħtiġijiet tagħhom.
Kaxxa 11: Pajjiż ta' kummerċ/pajjiż ta' produzzjoni
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti għall-użu skond il-ħtiġijiet tagħhom.
Kaxxa 12: Dettalji tal-valur
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti (dettalji neċessarji biex jiġi ddeterminat il-valur tad-dazju, statistiku jew taxxabbli).
Kaxxa 13: C.A.P.
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti (informazzjoni relatata ma' l-applikazzjoni ta' politika agrikola).
Kaxxa 14: Dikjarant jew rappreżentant tad-destinatarju
Kaxxa għal użu fakultattiv mill-Partijiet Kontraenti. Niżżel l-isem sħiħ u l-indirizz tal-persuna jew tal-kumpannija kkonċernata skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ.. Fejn id-dikjarant huwa wkoll id-destinatarju, niżżel ‘destinatarju’.
Man-nota esplikattiva l-Partijiet Kontraenti jistgħu iżidu l-ħtieġa li tiġi inkluża referenza għan-numru ta' identifikazzjoni allokat mill-awtoritajiet kompetenti għatl finijiet ta' taxxa, statistika u oħrajn.
Kaxxa 15: Pajjiż ta' esportazzjoni
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti. Niżżel l-isem tal-pajjiż li minnu kienet esportata l-merkanzija. Fil-kaxxa 15a niżżel il-kodiċi għall-pajjiż ikkonċernat.
Il-kaxxa 15b ma tistax tintuża.
Kaxxa 16: Pajjiż ta' oriġini
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti. Jekk id-dikjarazzjoni tkopri numru ta' oġġetti ta' oriġini differenti, niżżel il-kelma “varji” f'din il-kaxxa.
Kaxxa 17: Pajjiż ta' destinazzjoni
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti. Niżżel l-isem tal-pajjiż ikkonċernat.
Fil-kaxxa 17a niżżel il-kodiċi tal-pajjiż ikkonċernat.
Fil-kaxxa 17b niżżel ir-reġjun ta' destinazzjoni tal-merkanzija.
Kaxxa 18: Identità u nazzjonalità tal-mezz ta' trasport mal-wasla
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti. Niżżel l-identità, e.g. in-numru(i) ta' reġistrazzjoni jew l-isem tal-meżż ta' trasport (trakk, vapur, vagun tal-ferrovija, ajruplan) li fuqu l-merkanzija tgħabbiet direttament mal-preżentazzjoni lill-uffiċċju doganali fejn il-formalitajiet ta' importazzjoni huma kkumpilati, segwiti min-nazzjonalità tal-mezz ta' trasport (jew dik tal-vettura li tmexxi lill-oħrajn jekk hemm ħafna mezzi ta' trasport) skond il-kodiċijiet stabbiliti għal dan l-iskop. Per eżempju, fil-każ ta' użu ta' trattur jew karru b'numri tal-liċenza differenti, niżżel in-numru tal-liċenza tat-trattur j dak tal-karru, flimkien man-nazzjonalità tat-trattur.
Fil-każ ta' kunsinni postali jew trasport b'istallazzjoni ta' trasport fissa m'għandu jitniżżel xejn f'din il-kaxxa fir-rigward ta' numru ta' reġistrazzjoni jew nazzjonalità.
Fil-każ ta' trasport bil-ferrovija m'għandu jitniżżel xejn fir-rispett tan-nazzjonalità.
Kaxxa 19: Container (Ctr)
Niżżel il-partikolaritajiet neċessarji skond il-kodiċi stabbilit fl-Anness III.
Kaxxa 20: Kondizzjonijiet ta' l-ispedizzjoni
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti (indikazzjoni ta' ċerti termini tal-kuntratt kummerċjali).
Kaxxa 21: Identità u nazzjonalità tal-mezz ta' trasport attiv li jaqsam il-fruntiera
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti fir-rigward ta' l-identità. Din il-kaxxa hija obbligatorja fir-rigward tan-nazzjonalità.
Madankollu, fil-każ ta' kunsinni postali jew trasport bil-ferrovija jew installazzjoni ta' trasport fissa m'għandu jitniżżel xejn fir-rispett tan-numru ta' reġistrazzjoni jew nazzjonalità.
Niżżel it-tip (per eżempju, trakk, vapur, vagun tal-ferrovija, ajruplan), segwit mill-identità, e.g. numru ta' reġistrazzjoni jew l-isem tal-meżż ta' trasport attiv (jiġifieri l-mezz “propellanti” ta' trasport) użat filpunt tal-qsim tal-fruntiera mad-dħul fil-pajjiż ta' destinazzjoni, segwit min-nazzjonalità tiegħu, bl-użu tal-kodiċi xieraq.
Fil-każ ta' trasport ikkumbinat jew jekk hemm ħafna mezzi ta' trasport, il-mezz ta' trasport attiv huwa dak li jmexxi l-kumbinazzjoni kollha. Per eżempju, jekk trakk jinsab fuq vettura tal-baħar, il-mezz ta' trasport attiv huwa l-vapur, jekk trattur u karru, il-mezz ta' trasport attiv huwa t-trattur.
Kaxxa 22: Il-Munita tal-fattura u l-ammont totali li għalih intbagħtet fattura
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti (niżżel il-kodiċi għall-munita li fiha ġiet maħruġa l-fattura, segwita mil-prezz iffatturat ta' l-ammont total ital-merkanzija ddikjarata).
Kaxxa 23: Rata tal-kambju
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti (rata tal-kambju fis-seħħ bejn il-munita tal-fattura u l-munita tal-pajjiż ikkonċernat).
Kaxxa 24: Natura ta' l-operazzjoni
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti (li tindika ċerti kondizzjonijiet tal-kuntratt kummerċjail).
Kaxxa 25: Mod ta' trasport fil-fruntiera
Uża l-kodiċijiet fl-Anness III biex tniżżel il-mod tat-trasport li pprovdal-mezz attiv ta' trasport li fuqu l-merkanzija daħlet fit-territorji tal-Parti Kontraenti ta' destinazzjoni.
Kaxxa 26: Mezz ta' trasport intern
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti (indikazzjoni, skond il-kodiċijiet stabbiliti fl-Anness III, tal-mezz ta' trasport użat ġewwa l-pajjiż ikkonċernat).
Kaxxa 27: Post ta' tneħħija tat-tagħbija
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti. Niżżel, jekk huwa applikabbli fil-forma ta' kodiċi, fejn hemm ipprovdut għalih, il-post fejn il-merkanzija hija mneħħija mill-mezz ta' trasport attiv li fuqu qasmet il-fruntiera tal-pajjiż ta' destinazzjoni.
Kaxxa 28: Informazzjoni finanzjarja u bankarja
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiiet Kontraenti (trasferiment ta' fondi relatati ma' l-operazzjoni ta' dan il-każ, informazzjoni dwar formalitajiet u proċedura finanzjarji u referenzi bankarji).
Kaxxa 29: Uffiċċju ta' dħul
Kaxxa għal użu fakultattiv mill-Partijiet Kontraenti (niżżel l-uffiċċju doganali li minnu l-merkanzija daħlet fit-territorju tal-Parti Kontraenti kkonċernata).
Kaxxa 30: Fejn tinsab il-merkanzija
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti (tindika l-post preċiż fejn il-merkanzija tista' tiġi eżaminata).
Kaxxa 31: L-imballaġġ u d-deskrizzjoni tal-merkanzija Marki u numri Nru(i) tal-Container Numru u tip
Niżżel il-marki, numri, kwantità u tip ta' imballaġġ jew, fil-każ ta' merkanzija mhux imballata, niżżel in-numru ta' din il-merkanzija koperta mid-dikjarazzjoni, jew il-kelma “ingrossa”, kif xieraq, flimkien mal-partikolari neċessarji biex tiġi identifikata l-merkanzija. Id-deskrizzjoni tal-merkanzija tfisser id-deskrizzjoni tal-kummerċ normali espressa f'termini biżżejjed preċiżi biex tagħmel possibli l-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni immedjata u ċara. Din il-kaxxa għandha turi wkoll il-partikolari meħtieġa b'kull regola speċifika (bħal VAT jew id-dazji tas-sisa). Jekk huma wżati l-Containers, għandhom jitniżżlu wkoll f'din il-kaxxa l-marki ta' identifikazzjoni tal-Container.
Meta l-persuna kkonċernata niżżlet il-kelma “varji” fil-kaxxa 16, (pajjiż ta' oriġini), il-Partijiet Kontraenti jistgħu jitolbu l-indikazzjoni hawn ta' l-isem tal-pajjiż ta' oriġini tal-merkanzija ta' dan il-każ.
Kaxxa 32: Numru ta' l-oġġett.
Niżżel in-numru ta' l-oġġett ta' dan il-każ f'relazzjoni man-numru totali ta' artikoli ddikjarati fil-formoli wżati, kif definiti fin-nota għall-kaxxa 5.
Meta d-dikjarazzjoni tkopri biss oġġett wieħed tal-merkanzija, il-Partijiet Kontraenti jistgħu ma jitolbux li din il-kaxxa tkun kumpilata, minħabba li ċ-ċifra 1 tkun tniżżlet fil-kaxxa 5.
Kaxxa 33: Kodiċi tal-Komodità
Niżżel in-numru tal-kodiċi li jikkorrispondi ma' l-oġġett f'dan il-każ. Fit-tieni sotto-diviżjoni u f'dawk ta' wara il-Partijiet Kontraenti jistgħu jiddisponu għall-użu ta' nomenklatura għal skopijiet speċifiċi.
Kaxxa 34: Kodiċi tal-pajjiż ta' oriġini
Kaxxa għal użu fakultattiv mill-Partijiet Kontraenti (fil-kaxxa 34a niżżel il-kodiċi għall-pajjiż ta' oriġini, jekk ikun hemm, imsemmi fil-kaxxa 16) Meta fil-kaxxa 16 titniżżel il-kelma ‘varji’, niżżel il-kodiċi li jikkorrispondi għall-pajjiż ta' oriġini ta' l-oġġett ikkonċernat (timliex il-kaxxa 34b).
Kaxxa 35: Massa grossa
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti. Niżżel il-massa grossa tal-merkanzija deskritta fil-kaxxa 31 li tikkorrispondi, espressa f'kilogrammi. Il-massa grossa hija l-massa total ital-merkanzija bl-imballaġġ kollu tagħha, esklużi l-Containers u apparat ieħor ta' trasport.
Kaxxa 36: Preferenza
Din il-kaxxa hi fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti (referenza għal kull rata ta' dazju preferenzata li għandha tkun applikata).
Kaxxa 37: Proċedura
Niżżel il-proċedura li għaliha l-merkanzija hija ddikjarata fid-destinazzjoni skond il-kodiċijiet stabbilit għal dan l-iskop.
Kaxxa 38: Massa netta
Niżżel il-massa netta tal-merkanzija deskritta fil-kaxxa 31 li tikkorrispondi, espressa f'kilogrammi. Il-massa netta hija l-massa tal-merkanzija innifisha mingħajr l-imballaġġ.
Kaxxa 39: Kwota
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti (fejn huwa neċessarju għall-applikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-kwota).
Kaxxa 40: Dikjarazzjoni sommarja/document preċedenti
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti (referenza ta' kull dikjarazzjoni sommarja wżata fil-pajjiż ta' destinazzjoni jew tad-dokumenti li jirrelataw ma' kull proċedura amministrattiva preċedenti).
Kaxxa 41: Unitajiet supplementarji
Għal użu kif hu neċessarju skond in-nomenklatura tal-merkanzija. Niżżel il-kwantità ta' l-oġġett ta' dan il-każ, espress fl-unità stabbilita fin-nomenklatura tal-merkanzija.
Kaxxa 42: Prezz ta' l-oġġett
Kaxxa għal użu fakultattiv mill-Partijiet Kontraenti (niżżel l-ammont inkluż fi kwalunkwe prezz imniżżel fil-kaxxa 22 relatata ma' l-oġġett ikkonċernat.
Kaxxa 43: Metodu ta' valutazzjoni
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti (dettalji neċessarji biex jiġI ddterminat il-valur ta' dazju, statistiku jew taxxabbli).
Kaxxa 44: Informazzjoni addizzjonali, dokumenti prodotti, ċertifikati u awtorizzazzjonijiet
Niżżel id-dettalji meħtieġa minn kull regolament speċifiku li japplika fil-pajjiż ta' destinazzjoni flimkien mar-referenzi tad-dokumenti prodotti bħala sostenn għad-dikjarazzjoni. (Dan jista' jinkludi Nri ta' Serje tal-Kopji ta' Kontroll T5; Nru tal-liċenza/permess ta' importazzjoni; informazzjoni li tikkonċerna regolamenti veterinarji u fitosanitarji; Nru tal-polza tat-tagħbija). Is-sotto-diviżjoni “Informazzjoni Addizzjonali kodiċi (A.I.)” ma tistax tintuża.
Kaxxa 45: Aġġustament
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti (dettalji neċessarji biex jiġi ddeterminat il-valur ta' dazju, statistiku jew taxxabli).
Kaxxa 46: Valur Statistiku
Niżżel l-ammont, espress fil-munita stipulate mill-pajjiż ta' destinazzjoni, tal-valur statistiku skond id-disposizzjonijiet fis-seħħ.
Kaxxa 47: Kalkolazzjoni tat-taxxa
Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jeħtieġu lid an l-li ġej jiġi muri, fejn xieraq, fuq kull linja, billi jiġu wżati l-kodiċijiet rilevanti stabbiliti għal dan l-iskop:
— it-tip ta' taxxa (dazji ta' importazzjoni),
— il-bażi tat-taxxa,
— ir-rata ta' taxxa applikabbli,
— l-ammont tat-taxxa hekk ikkalkulat,
— il-metodu ta' ħlas magħżul (MĦ).
Kaxxa 48: Pagament pospost
Din il-kaxxa hija fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti (referenza għall-awtorizzazzjoni ta' dan il-każ).
Kaxxa 50: Post u data, firma u isem tad-dikjarant jew tar-rappreżentant tiegħu
B'eċċezzjoni għal diposizzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu adottati fir-rigward ta' l-użu ta' sistemi kompjuterizzati, l-oriġinal tal-firma miktuba bl-idejn tal-persuna kkonċernata għandha titniżżel fuq il-kopja li għandha tibqa' fl-uffiċċju ta' destinazzjoni segwita mill-isem sħiħ ta' dik il-persuna. Meta l-persuna kkonċernata hija persuna legali, il-firmatarju għandu, jekk hu hekk meħtieġ mill-Partijiet Kontraenti, jżid l-istatus tiegħu wara l-firma tiegħu u ismu.
TITOLU III
Rimarki li jikkonċernaw il-folji ta' kontinwazzjoni
A. Il-folji ta' kontinwazzjoni għandhom jintużaw biss jekk id-dikjarazzjoni tkopri iktar minn oġġett wieħed. Għandhom ikunu ppreżentati flimkien ma' formola.
B. Ir-rimarki stabbiliti fit-Titoli I u II hawn fuq japplikaw ukoll lill-folji ta' kontinwazzjoni.
Madankollu:
— il-Kaxxa 2/8 hija għal użu fakoltattiv mill-Partijiet Kontraenti u għandha turi biss l-isem u n-numru ta' identifikazzjoni, jekk hemm, tal-persuna kkonċernata,
— il-parti “sommarja” tal-kaxxa 47 tikkonċerna s-sommarju finali ta' l-oġġetti kollha koperti mill-formoli wżati. Għalhekk għandha tintuża biss fl-aħħar folja ta' kontinwazzjoni mehmuża mal-formola tad-dokument singolu sabiex turi t-total għal kull tip ta' taxxa u l-Għadd Totali (GT) tal-piżijiet pagabbli.
C. Jekk huma wżati l-folji ta' kontinwazzjoni, il-kaxxi “deskrizzjoni tal-merkanzija” li ma ntużawx għandhom jinqatgħu biex ikun prevenut kull użu sussegwenti.
ANNESS III
KODIĊIJIET LI GĦANDHOM JINTUŻAW FID-DOKUMENT SINGOLU
Kaxxa 1: Dikjarazzjoni
L-ewwel sotto-diviżjoni
Is-simbolu UE għandu jintuża għal:
— dikjarazzjoni għal esportazzjoni lil Parti Kontraenti oħra,
— dikjarazzjoni għal importazzjoni minn Parti Kontraenti oħra.
It-tielet sotto-diviżjoni:
Din is-sotto-diviżjoni għandha tkun ikkumpilata biss meta l-formola hija wżata għal skopijiet ta' transitu.
Kaxxa 19: Container
Il-kodiċijiet applikabbli huma mogħtija hawn isfel:
0: merkanzija mhux trasportata f' Containers,
1: merkanzija trasportata f' Containers.
Kaxxa 25: Mezz ta' trasport fil-fruntiera
Il-lista ta' kodiċijiet applikabbli hija mogħtija hawn isfel:
Kodiċi għal mezzi ta' trasport, post u kunsinni oħrajn
A. Kodiċi b'ċifra waħda (obbligatorja)
B. Kodiċi b'żewġ ċifri (it-tieni ċifra fakoltattiva għall-Partijiet Kontraenti)
|
A |
B |
Denominazzjoni |
|
1 |
10 |
Trasport bil-baħar |
|
12 |
Vagun tal-ferrovija fuq bastiment li jimxi fuq il-baħar |
|
|
16 |
Vettura tat-triq mekkanika fuq bastiment li jimxi fuq il-baħar |
|
|
17 |
Karru jew semi-karru fuq bastiment li jimxi fuq il-baħar |
|
|
18 |
Bastiment li jivvjaġġa fl-ilma interni fuq bastiment li jimxi fuq il-baħar |
|
|
2 |
20 |
Trasport bil-ferrovija |
|
23 |
Vettura tat-triq fuq vagun tal-ferrovija |
|
|
3 |
30 |
Trasport bit-triq |
|
4 |
40 |
Trasport bl-ajru |
|
5 |
50 |
Posta |
|
7 |
70 |
Installazzjonijiet ta' trasport fissi |
|
8 |
80 |
Trasport b'passaġġi fuq l-ilma intern |
|
9 |
90 |
Propulsjoni tad-dikjarant |
Kaxxa 26: Mezz ta' trasport intern
Il-kodiċijiet adotatti għall-kaxxa 25 japplikaw.
Kaxxa 33: Kodiċi tal-Kommodità
First sub-division:
In the Community indicate the eight digits of the Combined Nomenclature. In the EFTA countries indicate in the left-hand side of this sub-division the six digits of the Harmonised Commodity Description and Coding System.
For transit purposes, where required by the Convention on a common transit procedure of 20 May 1987, indicate the code of at least six digits from the Harmonised Commodity Description and Coding System.
Sotto-diviżjonijiet oħrajn
Għandhom jiġu kkumpilati skond kull kodiċijiet speċifiċi oħra tal-Partijiet Kontraent (dan għandu jkun indikat li jibda immedjatament wara l-ewwel sotto-diviżjoni)
( 1 ) Fil-formoli kollha f'dan l-Anness, kemm il-kliem “transitu Komunitarju” u kif ukoll il-kliem “transitu komuni” jistgħu jintużaw.
( 2 ) Fl-ispazju taħt il-kaxxi 15 u 17 fil-kopja Nru 5, traduzzjoni tal-kliem “IRRITORNA LIL” fil-Finlandiż, Islandiż, Norveġiż u Żvediż tista' titniżżel.
( 3 ) Fl-ispazju taħt il-kaxxi 15 u 17 fil-kopja 4/5, traduzzjoni tal-kliem “IRRITORNA LIL” fil-Finlandiż, Islandiż, Norvegiż u l-Isvediż tista' titniżżel.