17.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/151


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/595

tas-16 ta’ Marzu 2023

li jistabbilixxi l-formola għad-dikjarazzjoni relatata mar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ mhux riċiklat skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2021/770

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2021/770 tat-30 ta’ April 2021 dwar il-kalkolu tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ li mhux qed jiġi riċiklat, dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex titqiegħed għad-dispożizzjoni dik ir-riżorsa proprja, fuq il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti, u fuq ċerti aspetti tar-riżorsa proprja bbażata fuq id-dħul nazzjonali gross (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Wara li kkonsulta mal-kumitat li jistabbilixxi l-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2021/770, jenħtieġ li l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni data statistika dwar il-piż f’kilogrammi tal-iskart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat u riċiklat, kif ukoll il-kalkolu tal-ammont tar-riżorsa proprja bbażat fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ mhux riċiklat.

(2)

Biex ikun limitat il-piż amministrattiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jittrażmettu d-data statistika u l-ammont tar-riżorsa proprja f’dikjarazzjoni unika.

(3)

Id-data dwar il-ġenerazzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart tal-plastik mill-imballaġġ tikkostitwixxi l-bażi għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Għalhekk, huwa neċessarju li jissaħħu il-komparabbiltà, l-affidabbiltà u l-eżawrjenza ta’ dik id-data.

(4)

Sabiex jiġu ggarantiti l-komparabbiltà, l-affidabbiltà u l-eżawrjenza tad-data bejn l-Istati Membri, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar id-data li għandha tiġi inkluża fid-dikjarazzjoni li għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni.

(5)

Id-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tippermetti r-rapportar ta’ data dwar it-tqegħid fis-suq bħala skart mill-imballaġġ iġġenerat. Madankollu, dan il-metodu ta’ rapportar tad-data jista’ jwassal għal ammonti ta’ skart ikkalkulati b’mod differenti madwar l-Istati Membri, u għaldaqstant għal data inqas komparabbli bejn l-Istati Membri li jużaw l-“approċċ ta’ tqegħid fis-suq” u l-Istati Membri li jużaw l-“approċċ tal-analiżi tal-iskart”.

(6)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet uniformi dwar ir-rappurtar tad-data sabiex l-Istati Membri kollha jirrapportaw l-informazzjoni dwar l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ f’termini komparabbli, sabiex jiġi żgurat it-trattament ugwali tagħhom matul il-verifika tad-data u tiġi ċċarata l-metodoloġija applikabbli għall-fini tar-riżorsa proprja tal-plastik. Għalhekk, il-metodoloġija tal-kalkoli stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE (4) jenħtieġ li tiġi dettaljata aktar.

(7)

Meta jintuża l-approċċ ta’ tqegħid fis-suq biex jiġi stmat l-ammont ta’ skart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat, jenħtieġ li d-data tat-tqegħid fis-suq tiġi kkomplementata b’fatturi ta’ korrezzjoni sabiex tkopri l-iskart kollu tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat fi Stat Membru, biex jiġu żgurati l-affidabbiltà u l-preċiżjoni tad-data rrapportata.

(8)

L-ammont ta’ skart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat jenħtieġ li jiġi ddeterminat biż-żewġ approċċi disponibbli sabiex ikun hemm stima soda, ikkalkulata b’mod komparabbli għall-Istati Membri kollha.

(9)

Sabiex jiġu mmonitorjati l-bidliet fid-data pprovduta, huwa essenzjali li, meta l-Istati Membri jirrevedu dikjarazzjoni preċedenti, huma jindikaw liema data nbidlet u jispjegaw ir-raġunijiet għad-differenzi fl-istess ħin li tiġi ppreżentata d-data riveduta.

(10)

F’każ li jeżistu differenzi fid-data dwar l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ irrapportata skont id-Direttiva 94/62/KE, jenħtieġ li l-Istati Membri jispjegaw ukoll ir-raġunijiet għad-differenzi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-formola għad-dikjarazzjoni relatati mar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ mhux riċiklat.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“skart” tfisser skart kif definit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/98/KE;

(2)

“miġbur separatament” tfisser l-ammont ta’ skart miġbur permezz tal-ġbir separat kif definit fl-Artikolu 3(11) tad-Direttiva 2008/98/KE;

(3)

“riċiklat” tfisser l-ammont ta’ skart ittrattat permezz tar-riċiklaġġ kif definit fl-Artikolu 3(17) tad-Direttiva 2008/98/KE;

(4)

“plastik” tfisser imballaġġ kif definit fl-Artikolu 3(1a) tad-Direttiva 94/62/KE;

(5)

“imballaġġ” tfisser imballaġġ kif definit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 94/62/KE;

(6)

“imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża ” tfisser imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża kif definit fl-Artikolu 3(2a) tad-Direttiva 94/62/KE;

(7)

“skart mill-imballaġġ” tfisser skart mill-imballaġġ kif definit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/62/KE;

(8)

“punt tal-kalkolu” tfisser il-punt tal-kalkolu kif definit fl-Artikolu 2(1)(d) u fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2005/270/KE;

(9)

“suq online” tfisser suq online kif definit fl-Artikolu 2(17) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

(10)

“skart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat” tfisser l-ammont ta’ imballaġġ tal-plastik, inklużi l-komponenti tal-plastik ta’ imballaġġ kompost u imballaġġ ieħor, li jsir skart fi Stat Membru f’sena kalendarja, espress f’kilogrammi;

(11)

“skart tal-plastik mill-imballaġġ riċiklat” tfisser l-ammont ta’ skart tal-plastik mill-imballaġġ, inklużi l-komponenti tal-plastik ta’ imballaġġ kompost u imballaġġ ieħor, fil-punt tal-kalkolu tal-plastik, espress f’kilogrammi;

(12)

“organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi” tfisser organizzazzjoni li timplimenta l-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur f’isem il-produtturi tal-prodotti;

(13)

“tqegħid fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta’ prodott għall-ewwel darba għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq ta’ Stat Membru matul attività kummerċjali, kemm jekk isir bi ħlas kif ukoll jekk ikun mingħajr ħlas;

(14)

“approċċ ta’ tqegħid fis-suq” tfisser metodu biex jiġi stmat l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat abbażi ta’ data dwar it-tqegħid fis-suq minn organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi u/jew sorsi oħra; id-data għandha tiġi kkomplementata, fejn rilevanti u applikabbli, bl-ammonti stmati għal dawn li ġejjin:

(a)

profittaturi,

(b)

produtturi taħt il-livell limitu de minimis,

(c)

awtokonformi,

(d)

esportazzjonijiet ta’ wara t-tqegħid fis-suq,

(e)

kummerċ online,

(f)

importazzjonijiet privati,

(g)

esportazzjonijiet privati,

(h)

imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża mqiegħed fis-suq għall-ewwel darba,

(i)

imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża li sar skart,

(j)

kwalunkwe stima oħra;

(15)

“approċċ ta’ analiżi tal-iskart” tfisser metodu biex jiġi stmat l-ammont annwali totali ta’ skart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat billi tiġi kkombinata d-data tal-iskart mill-imballaġġ (tal-plastik) miġbur separatament ma’ data dwar l-iskart muniċipali mħallat abbażi ta’ analiżi tal-kompożizzjoni tal-iskart li ma tkunx eqdem minn erba’ snin, u ma’ kwalunkwe data rilevanti oħra dwar l-iskart, inkluż l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ industrijali u kummerċjali;

(16)

“profittatur” tfisser produttur jew distributur li jqiegħed fis-suq imballaġġ tal-plastik jew prodotti ppakkjati li ma jirrappurtax lil organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jew lil awtorità pubblika, u lanqas li b’xi mod ieħor jieħu responsabbiltà finanzjarja jew responsabbiltà finanzjarja u organizzattiva għall-immaniġġjar tal-iskart tal-plastik mill-imballaġġ; jew jirrapporta ammont iżgħar minn dak attwalment imqiegħed fis-suq;

(17)

de minimis” tfisser livell limitu minimu li jista’ jiġi definit mill-Istati Membri, li taħtu ma jkunx meħtieġ rappurtar lil organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jew awtorità pubblika;

(18)

“awtokonformi” tfisser produttur li jieħu responsabbiltà finanzjarja jew responsabbiltà finanzjarja u organizzattiva għall-ġestjoni tal-iskart tal-plastik mill-imballaġġ, u għalhekk mhuwiex meħtieġ jirrapporta lil organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi;

(19)

“esportazzjonijiet ta’ wara t-tqegħid fis-suq” tfisser prodotti ppakkjati u/jew imballaġġ esportati fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz wara li jkunu tqiegħdu fis-suq fi Stat Membru wieħed;

(20)

“kummerċ online” tfisser kummerċ ta’ merkanzija fl-Unjoni miksub b’mezzi elettroniċi;

(21)

“importazzjonijiet privati” tfisser imballaġġ ta’ prodotti importati minn persuna fiżika għall-użu finali proprju minn Stat Membru ieħor minn ħanut fiżiku, jew minn pajjiż terz minn ħanut fiżiku jew permezz ta’ suq online;

(22)

“esportazzjonijiet privati” tfisser l-imballaġġ ta’ prodotti esportati minn persuna fiżika għall-użu finali proprju lejn Stat Membru ieħor, jew lejn pajjiż terz minn ħanut fiżiku;

(23)

“imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża mqiegħed fis-suq għall-ewwel darba” tfisser l-ewwel provvista ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża mimli bi prodott għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq ta’ Stat Membru matul attività kummerċjali.

Artikolu 3

Dikjarazzjoni annwali

1.   Id-dikjarazzjoni annwali msemmija fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2021/770, għandu jkun fihom data statistika dwar il-piż tal-iskart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat u riċiklat u jipprovdu l-kalkolu tal-ammont tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ mhux riċiklat. Id-dikjarazzjoni annwali għandhom iservu bħala dokument ta’ sostenn għall-kontroll u s-superviżjoni tal-Kummissjoni tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ mhux riċiklat.

2.   L-approċċi li ġejjin għandhom ikunu aċċettabbli għall-istima tal-iskart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat:

(a)

approċċ ta’ tqegħid fis-suq;

(b)

approċċ ta’ analiżi tal-iskart.

3.   Kalkoli bbażati fuq iż-żewġ approċċi msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jiġu aġġustati biex jiġu żgurati l-komparabbiltà, l-affidabbiltà u l-eżawrjenza tar-riżultati.

4.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-istimi miż-żewġ approċċi msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b), u jipprovdu stima unika tal-iskart iġġenerat billi jibbilanċjaw ir-riżultati disponibbli, sabiex jużaw id-data mis-sors bażika kollha disponibbli sottostanti għall-approċċi differenti għall-kompilazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart b’mod effettiv.

5.   Kwalunkwe differenza bejn id-data miksuba miż-żewġ approċċi msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b), għandha tiġi spjegata fid-dettall f’konformità mal-format stabbilit fit-tabella 3 tal-Anness I.

6.   Minbarra d-data statistika, id-dikjarazzjonijiet annwali għandu jkun fihom, jekk applikabbli, spjegazzjonijiet ta’ dawn li ġejjin:

(a)

bidliet metodoloġiċi;

(b)

reviżjonijiet ta’ data statistika rrappurtata qabel;

(c)

kwalunkwe differenza bejn id-data dwar l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ irrappurtata sat-30 ta’ Ġunju skont id-Direttiva 94/62/KE u d-data statistika rrapportata sal-31 ta’ Lulju tal-istess sena skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2021/770, minbarra d-differenzi mit-trasformazzjoni ta’ kilogrammi f’tunnellati.

L-ispjegazzjonijiet għandhom jingħataw skont il-format stabbilit fl-Anness II.

Artikolu 4

Struttura tad- data

1.   Id-data statistika fid-dikjarazzjoni annwali għandha ssegwi l-istruttura stabbilita fit-tabella 1 tal-Anness I.

2.   Il-kalkolu tal-ammont tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ mhux riċiklat fid-dikjarazzjoni annwali għandu jiġi inkluż fit-tabella 2 tal-Anness I.

3.   Analiżi dettaljata tad-data statistika għandha tiġi pprovduta skont it-tabella 3 tal-Anness I.

4.   Id-dikjarazzjoni għall-ewwel sena ta’ rappurtar għandu jkun fihom id-data għall-2021.

Artikolu 5

Trażmissjoni tad-dikjarazzjoni u tar-reviżjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu b’mod elettroniku lill-Kummissjoni (Eurostat) id-dikjarazzjoni annwali għas-sena li tkun sentejn qabel is-sena attwali (“n-2”).

2.   It-trażmissjoni tad-dikjarazzjoni annwali msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju ta’ kull sena.

3.   Kwalunkwe reviżjoni tad-data għas-snin preċedenti għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni (Eurostat) billi terġa’ tintbagħat id-dikjarazzjoni annwali, flimkien ma’ spjegazzjonijiet għall-bidliet li jkunu saru.

Artikolu 6

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 165, 11.5.2021, p. 15.

(2)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(3)  Id-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE tat-22 ta’ Marzu 2005 li tistabbilixxi l-formati relatati mas-sistema tad-bażi tad-dejta skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 86, 5.4.2005, p. 6).

(5)  Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).


ANNESS I

Dikjarazzjonijiet b’rabta mar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ mhux riċiklat

Tabella 1. Ammont ta’ skart tal-plastik mill-imballaġġ mhux riċiklat (kilogrammi)

Sena ta’ referenza:

 

 

A.

Skart tal-plastik mill-imballaġġ totali ġġenerat

 

B.

Skart tal-plastik mill-imballaġġ totali riċiklat

 

C.

Skart tal-plastik mill-imballaġġ totali mhux riċiklat (A-B)

 


Tabella 2. Ammont tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ mhux riċiklat  (1) (EUR)

Sena ta’ referenza:

 

 

D.

Total tar-riżorsi proprji tal-plastik (C × 0,8)

 

E.

Tnaqqis gross

 

F.

Total tar-riżorsi proprji tal-plastik wara t-tnaqqis (D-E)

 


Tabella 3. Komprensività tal-istimi; miżuri ta’ kontroll u verifika

Sena ta’ referenza:

 

 

Skart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat

Skart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat - approċċ ta’ tqegħid fis-suq ibbażat fuq data tal-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi

kg

Spjegazzjoni (jekk applikabbli)

Imqiegħda fis-suq abbażi tad-data tal-iskema tal-EPR qabel kwalunkwe aġġustament

 

 

Produtturi taħt il-livell limitu (de minimis)

 

 

Awtokonformi

 

 

Profittaturi

 

 

Esportazzjonijiet ta’ wara t-tqegħid fis-suq

 

 

Kummerċ online

 

 

Importazzjonijiet privati

 

 

Esportazzjonijiet privati

 

 

Imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża mqiegħed fis-suq għall-ewwel darba (2)

 

 

Imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża li sar skart (3)

 

 

Aġġustamenti oħra mwettqa

 

 

 

Lista ta’ aġġustamenti

 

 

 

 

 

 

Skart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat - approċċ ta’ tqegħid fis-suq ibbażat fuq data għajr dik tal-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi

kg

Spjegazzjoni (jekk applikabbli)

Mqiegħed fis-suq abbażi ta’ data għajr dik tal-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi - qabel kwalunkwe aġġustament

 

 

Statistika tal-produzzjoni

 

 

Statistika tal-kummerċ barrani

 

 

Stħarriġiet speċifiċi

 

 

Reġistru elettroniku u komunikazzjoni ta’ data amministrattiva

 

 

Importazzjonijiet privati

 

 

Esportazzjonijiet privati

 

 

Aġġustamenti oħra mwettqa

 

 

 

Lista ta’ aġġustamenti

 

 

 

 

 

 

Skart totali tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat - approċċ ta’ tqegħid fis-suq

kg

 

 

 

 

Skart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat - approċċ ta’ analiżi tal-iskart

kg

Spjegazzjoni (jekk applikabbli)

Miġbur separatament

 

 

Skart muniċipali

 

 

Skart industrijali u kummerċjali

 

 

Aġġustamenti oħra mwettqa

 

 

 

Lista ta’ aġġustamenti

 

 

 

 

 

 

Skart totali tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat - approċċ ta’ analiżi tal-iskart

kg

 

 

 

 

Id-differenza bejn id-data tat-tqegħid fis-suq u l-istima ta’ approċċ tal-analiżi tal-iskart

kg

 

 

 

 

Deċiżjoni ta’ bbilanċjar

Spjegazzjoni

 

 

Ammont ibbilanċjat (kif irrapportat fit-tabella 1): Skart tal-plastik mill-imballaġġ totali ġġenerat

kg

 

 

 

 

Skart tal-plastik mill-imballaġġ riċiklat

Skart tal-plastik mill-imballaġġ riċiklat

kg

Spjegazzjoni (jekk applikabbli)

Skart tal-plastik mill-imballaġġ riċiklat fl-Istat Membru

 

 

Skart tal-plastik mill-imballaġġ riċiklat fi Stat Membru ieħor

 

 

Skart tal-plastik mill-imballaġġ riċiklat barra mill-UE

 

 

Lista ta’ aġġustamenti mwettqa

Spjegazzjoni

 

 

Skart tal-plastik mill-imballaġġ totali riċiklat

kg

 

 

 

 


(1)  F’konformità mal-Artikolu 2(1), il-punt (c) u l-Artikolu 2(2), it-tielet subparagrafu tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053.

(2)  Għandu jitnaqqas jekk l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża jkun inkluż fl-ammont totali ta’ imballaġġ imqiegħed fis-suq jew fi kwalunkwe korrezzjoni f’din il-lista.

(3)  Jinkludi l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża mqiegħed fis-suq għall-ewwel darba u minn perjodi preċedenti li sar skart f’dan il-perjodu.


ANNESS II

Spjegazzjoni tad-differenzi

Tabella 1. Spjegazzjoni tad-differenzi mad-data rrapportata skont id-Direttiva 94/62/KE (irrapporta biss fejn japplika)

Partita

Ammont tad-differenza (kg)  (1)

Spjegazzjoni

A.

Skart tal-plastik mill-imballaġġ totali ġġenerat

 

 

B.

Skart tal-plastik mill-imballaġġ totali riċiklat

 

 

C.

Skart tal-plastik mill-imballaġġ totali mhux riċiklat (A-B)

 

 


Tabella 2. Spjegazzjonijiet tal-bidliet metodoloġiċi meta mqabbla mas-sena ta’ qabel (irrapporta biss fejn applikabbli)

Partita

Spjegazzjoni għall-bidla metodoloġika (jekk applikabbli)

Skart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat - approċċ ta’ tqegħid fis-suq ibbażat fuq data tal-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi

 

Imqiegħda fis-suq abbażi tad-data tal-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi qabel kwalunkwe aġġustament

 

Produtturi taħt il-livell limitu (de minimis)

 

Awtokonformi

 

Profittaturi

 

Esportazzjonijiet ta’ wara t-tqegħid fis-suq

 

Kummerċ online

 

Importazzjonijiet privati

 

Esportazzjonijiet privati

 

Imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża mqiegħed fis-suq għall-ewwel darba  (2)

 

Imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża li sar skart  (3)

 

Aġġustamenti oħra mwettqa

 

 

Lista ta’ aġġustamenti

 

 

 

 

Skart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat - approċċ ta’ tqegħid fis-suq ibbażat fuq data għajr dik tal-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi

 

Imqiegħed fis-suq abbażi ta’ data għajr l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi - qabel kwalunkwe aġġustament

 

Statistika tal-produzzjoni

 

Statistika tal-kummerċ barrani

 

Stħarriġiet speċifiċi

 

Reġistru elettroniku u komunikazzjoni ta’ data amministrattiva

 

Importazzjonijiet privati

 

Esportazzjonijiet privati

 

Aġġustamenti oħra mwettqa

 

 

Lista ta’ aġġustamenti

 

 

 

 

Skart iġġenerat - approċċ ta’ analiżi tal-iskart

 

Lista ta’ aġġustamenti mwettqa

 

 

 

Skart tal-plastik mill-imballaġġ totali ġġenerat

 

Skart tal-plastik mill-imballaġġ riċiklat

 

Skart tal-plastik mill-imballaġġ riċiklat fl-Istat Membru

 

Skart tal-plastik mill-imballaġġ riċiklat fi Stat Membru ieħor

 

Skart tal-plastik mill-imballaġġ riċiklat barra mill-UE

 

Lista ta’ aġġustamenti mwettqa

 

 

 

Skart tal-plastik mill-imballaġġ totali riċiklat

 


(1)  Data rrapportata f’din id-dikjarazzjoni nieqes id-data rrapportata skont id-Direttiva 94/62/KE.

(2)  Għandu jitnaqqas biss jekk l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża jkun inkluż fl-ammont totali ta’ imballaġġ imqiegħed fis-suq jew fi kwalunkwe korrezzjoni f’din il-lista. F’dan il-każ, iċ-ċifra għandha tiġi kkalkulata bħala l-valur nett tal-flussi ta’ dħul u ta’ ħruġ.

(3)  Jinkludi l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża mqiegħed fis-suq għall-ewwel darba u minn perjodi preċedenti li sar skart f’dan il-perjodu.