9.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 268/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 987/2008

tat-8 ta' Ottubru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward ta’ l-Annessi IV u V

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tat-18 ta’ Diċembru 2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1) tal-Kummissjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 131 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistabbilixxi l-obbligazzjonijiet tar-reġistrazzjoni tal-manifatturi jew ta’ l-importaturi Komunitarji ta’ sustanzi waħedhom, fi preparati jew f’oġġetti, kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar il-valutazzjoni tas-sustanzi u l-obbligi ta’ utenti “downstream”. L-Artikolu 2(7)(a) ta’ dak ir-Regolament jistipula li s-sustanzi inklużi fl-Anness IV huma eżentati mit-Titoli II, V u VI ta’ l-istess Regolament billi hemm magħrufa informazzjoni suffiċjenti dwar dawn is-sustanzi sabiex ikunu kkunsidrati bħala sustanzi li jikkawżaw riskju minimu minħabba l-proprjetajiet intrinsiċi tagħhom. Barra dan, l-Artikolu 2(7)(b) ta’ l-istess Regolament jistipula li sustanzi koperti mill-Anness V huma eżentati mill-istess titoli tar-Regolament, billi r-reġistrazzjoni hija meqjusa bħala mhux adegwata jew mhux meħtieġa għal dawn is-sustanzi u l-eżenzjoni tagħhom minn dawn it-titoli ma tippreġudikax l-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

(2)

L-Artikolu 138(4) ta’ dak ir-Regolament jesiġi li l-Kummissjoni twettaq reviżjoni ta' l-Annessi IV u V sa l-1 ta’ Ġunju 2008 bil-ħsieb li tipproponi emendi għalihom, jekk ikun opportun.

(3)

Ir-reviżjoni li twettqet mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 138(4) wriet li tliet sustanzi elenkati fl-Anness IV għandhom jitneħħew minn dak l-Anness, billi m’hemmx magħrufa informazzjoni suffiċjenti dwar dawn is-sustanzi sabiex ikunu kkunsidrati bħala sustanzi li jikkawżaw riskju minimu minħabba l-proprjetajiet intrinsiċi tagħhom. Dan japplika fil-każ tal-vitamina A, billi s-sustanza tista’ tikkawża riskji sinifikanti ta’ tossiċità għar-riproduzzjoni. Dan il-każ japplika wkoll għall-karbonju u għall-grafite, b’mod partikolari minħabba l-fatt li n-numri EINECS u/jew CAS ikkonċernati jintużaw biex jidentifikaw forom ta’ karbonju u grafite fl-iskala nano, li ma jissodisfawx il-kriterji ta’ inklużjoni f’dan l-Anness.

(4)

Barra dan, tliet gassijiet nobbli (elju, neon u kżenu) jissodisfaw il-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness IV u għandhom għalhekk jitressqu mill-Anness V għal hemm. Gass ieħor nobbli, kripton, li jissodisfa l-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness IV, għandu għalhekk jiżdied fl-Anness għal raġunijiet ta’ konsistenza. Tliet sustanzi oħra (fruttożju, galattożju u lattożju) għandhom jiżdiedu għaliex ġew identifikati bħala sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness IV. Il-franka għandha titħassar mill-Anness IV għaliex hija minerali u diġà hija eżentata fl-Anness V. Finalment, ċerti entrati eżistenti dwar żjut, xaħmijiet, xama’, aċidi xaħmin u l-imluħ tagħhom għandhom jitħassru, għaliex dawk is-sustanzi mhux kollha jissodisfaw il-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness IV u l-inklużjoni tagħhom f’entrata ġenerika fl-Anness V tidher aktar konsistenti, bl-użu ta’ formulazzjoni biex tiġi limitata l-eżenzjoni għal sustanzi bi profil ta' periklu aktar baxx.

(5)

Ir-reviżjoni li twettqet mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 138(4) tar-Regolament uriet li ċerti emendi għandhom isiru wkoll fl-Anness V. Għandu jiżdied il-manjeżju, billi ġie identifikat bħala sustanza li tissodisfa l-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness V. Barra minn hekk, huwa xieraq li jiżdiedu ċerti tipi ta’ ħġieġ u ta’ frits taċ-ċeramika li ma jissodisfawx il-kriterji ta’ klassifikazzjoni definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (2) u li, addizzjonalment, ma fihomx kostitwenti perikolużi ogħla mil-limiti ta’ konċentrazzjoni rilevanti, sakemm ma hemmx data xjentifika speċifika li tagħti prova li dawn il-kostitwenti mhumiex disponibbli. Ċerti żjut veġetali, xaħmijiet u xama’ u żjut ta’ l-annimali, xaħmijiet u xama’, kif ukoll il-gliċerol, li jinkisbu minn sorsi naturali, li mhumiex modifikati kimikament u li ma għandhomx proprjetajiet perikolużi għajr għal fjammabiltà u irritazzjoni tal-ġilda jew ta’ l-għajnejn, għandhom jiżdiedu fl-Anness V sabiex it-trattament ta’ sustanzi komparabbli jkun aktar konsistenti u sabiex tiġi limitata l-eżenzjoni għal sustanzi bi proprjetajiet ta’ periklu baxx. L-istess japplika għal ċerti aċidi xaħmin, li jinkisbu minn sorsi naturali u li mhumiex modifikati kimikament u li ma għandhomx proprjetajiet ta’ periklu għajr għal fjammabiltà u irritazzjoni tal-ġilda jew ta’ l-għajnejn. Iż-żieda ta’ żjut, xaħmijiet, xama’ u aċidi xaħmin fl-Anness V tikkorrispondi mat-tħassir ta’ ċerti sustanzi individwali ta’ dawn il-gruppi elenkati fl-Anness IV.

(6)

L-emendi stipulati f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-kompost u l-bijogass, huma mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-iskart.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jinbidel bl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jinbidel bl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-[tielet] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1, kif emendat bil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.

(2)   ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.


ANNESS I

“ANNESS IV

EŻENZJONIJIET MILL-OBBLIGU TA’ REĠISTRAZZJONI SKOND L-ARTIKOLU 2(7)(a)

Nru EINECS

Isem/Grupp

Nru CAS

200-061-5

D-gluċitol C6H14O6

50-70-4

200-066-2

Aċidu askorbiku C6H8O6

50-81-7

200-075-1

Glukożju C6H12O6

50-99-7

200-233-3

Fruttożju C6H12O6

57-48-7

200-294-2

L-liżina C6H14N2O2

56-87-1

200-334-9

Sukrożju, pur C12H22O11

57-50-1

200-405-4

Aċetat ta' l-α-tokoferil C31H52O3

58-95-7

200-416-4

Galattożju C6H12O6

59-23-4

200-432-1

DL-metijonina C5H11NO2S

59-51-8

200-559-2

Lattożju C12H22O11

63-42-3

200-711-8

D-mannitol C6H14O6

69-65-8

201-771-8

L-sorbożju C6H12O6

87-79-6

204-664-4

Stearat tal-gliċerol, pur C21H42O4

123-94-4

204-696-9

Diossidu tal-karbonju CO2

124-38-9

205-278-9

Panotenat tal-kalċju, forma-D C9H17NO5.1/2Ca

137-08-6

205-756-7

DL-fenilalanina C9H11NO2

150-30-1

208-407-7

Glukonat tas-sodju C6H12O7.Na

527-07-1

215-665-4

Oleat tas-sorbitan C24H44O6

1338-43-8

231-098-5

Kripton Kr

7439-90-9

231-110-9

Neon Ne

7440-01-9

231-147-0

Argon Ar

7440-37-1

231-168-5

Elju He

7440-59-7

231-172-7

Kżenu Xe

7440-63-3

231-783-9

Nitroġenu N2

7727-37-9

231-791-2

Ilma, distillat, għal testijiet ta' konduttività jew ta' purità simili H2O

7732-18-5

232-307-2

Leċitini

Il-kombinazzjoni komplessa ta' digliċeridi ta' aċidi xaħmin marbuta ma’ l-ester tal-kolina ta' l-aċidu fosforiku.

8002-43-5

232-436-4

Ġuleppi, lamtu idrolizzat

Taħlita kumplessa miksuba bl-idrolożi ta' lamtu tal-qamħirrun bl-azzjoni ta' aċidi u enżimi. Tikkonsisti primarjament f'd-glukożju, maltożju u maltodestrini.

8029-43-4

232-442-7

Xaħam, idroġenat

8030-12-4

232-675-4

Destrina

9004-53-9

232-679-6

Lamtu

Materjal karboidrat b'livell għoli ta' polimerizzazzjoni ġeneralment derivat minn żerriegħa ta' ċereali bħal qamħirrun, qamħ u sorghum, u minn għeruq u tuberi bħal patata u tapjoka. Jinkludi lamtu li ġie preġelatinizzat bis-sħana fil-preżenza ta' l-ilma.

9005-25-8

232-940-4

Maltodestrina

9050-36-6

238-976-7

Glukonat-D tas-sodju C6H12O7.xNa

14906-97-9

248-027-9

Monostearat tal-gluċitol-D C24H48O7

26836-47-5

262-988-1

Aċidi xaħmin, coco, esteri Me

61788-59-8

265-995-8

Polpa taċ-ċelluloża

65996-61-4

266-948-4

Gliċeridi, C16-18 u C18-mhux saturati.

Din is-sustanza hi identifikata minn Isem tas-Sustanza SDA: gliċeride trialkil mhux saturat C16-C18 u C18 u Numru ta' Rapportar SDA: 11-001-00.

67701-30-8

268-616-4

Ġuleppi, tal-qamħirrun, deidratat

68131-37-3

269-658-6

Gliċeridi, xaħam mono-, di- u tri-, idroġenati

68308-54-3

270-312-1

Gliċeridi, C16-18 u C18-mhux saturati. mono- u di-

Din is-sustanza hi identifikata minn Isem tas-Sustanza SDA: alkil C16-C18 u C18 mhux saturat u gliċerid dialkil C16-C18 u C18 mhux saturat u Numru ta' Rapportar SDA: 11-002-00.

68424-61-3

288-123-8

Gliċeridi, C10-18

85665-33-4”


ANNESS II

“ANNESS V

EŻENZJONIJIET MILL-OBBLIGU TA’ REĠISTRAZZJONI SKOND L-ARTIKOLU 2(7)(b)

1.

Sustanzi li jirriżultaw minn reazzjoni kimika li sseħħ inċidentalment għal espożizzjoni ta' xi sustanza oħra jew xi oġġett ieħor għal fatturi ambjentali bħal arja, imdewwa, organiżmi mikrobjali jew dawl tax-xemx.

2.

Sustanzi li jirriżultaw minn reazzjoni kimika li sseħħ inċidentalment lil ħażna ta' xi sustanza oħra, preparat jew oġġett.

3.

Sustanzi li jirriżultaw minn reazzjoni kimika li sseħħ ma' l-użu finali ta' sustanzi oħra, preparati jew oġġetti u li, huma stess, mhumiex manifatturati, importati jew imqegħdin fis-suq.

4.

Sustanzi li, huma stess, mhumiex manifatturati, importati jew imqegħdin fis-suq u li jirriżultaw minn reazzjoni kimika li sseħħ meta:

(a)

stabilizzatur, kolorant, aġent li jagħti t-togħma, anti-ossidant, filler, solvent, carrier, tensjoattiv, plastifikant, inibitur tal-korruzjoni, aġent kontra r-ragħwa, aġent dispersiv, inibitur tal-preċipitazzjoni, dessikant, aġent li jgħaqqad, emulsifikatur, diemulsifikatur, diżidratant, agglomerant, promotur ta' l-adeżjoni, modifikatur tal-fluss, newtralizzatur tal-pH, sekwestrant, koagulant, flokkulant, ritardant tan-nar, lubrikant, aġent kelant, jew reaġent għall-kontroll ta' kwalità jaħdem adegwatament; jew

(b)

sustanza maħsuba biss sabiex tipprovdi karatteristika fiżikokimika speċifika tiffunzjona adegwatament.

5.

Prodotti sekondarji, għajr jekk huma stess ikunu importati jew imqegħdin fis-suq.

6.

Idrati ta' sustanza jew joni idratati, iffurmati b'assoċjazzjoni ta' sustanza ma' l-ilma, sakemm is-sustanza tkun ġiet reġistrata mill-manifattur jew importatur bl-użu ta' din l-eżenzjoni.

7.

Is-sustanzi li ġejjin li jinsabu fin-natura, jekk mhumiex modifikati kimikament:

Minerali, metalli mhux maħduma, konċentrati ta' metalli mhux maħduma, u gass naturali proċessat, żejt mhux raffinat, faħam.

8.

Sustanzi li jinsabu fin-natura għajr dawk elenkati taħt il-paragrafu 7, jekk mhumiex modifikati kimikament, għajr jekk jissodisfaw il-kriterji għal klassifikazzjoni bħala perikolużi skond id-Direttiva 67/548/KEE jew għajr jekk huma persistenti, bijoakkumulattivi skond il-kriterji definiti fl-Anness XIII jew għajr jekk ġew identifikati skond l-Artikolu 59(1) talanqas sentejn qabel bħala sustanzi li joħolqu livell ekwivalenti ta’ tħassib kif stipulat fl-Artikolu 57(f).

9.

Is-sustanzi li ġejjin li jinkisbu minn sorsi naturali, jekk mhumiex modifikati kimikament, għajr jekk jissodisfaw il-kriterji għal klassifikazzjoni bħala perikolużi skond id-Direttiva 67/548/KEE bl-eċċezzjoni ta’ dawk klassifikati biss bħala fjammabbli [R10], bħala irritant tal-ġilda [R38] jew bħala irritant għall-għajnejn [R36] jew għajr jekk huma persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi jew persistenti ħafna jew bijoakkumulattivi ħafna skond il-kriterji definiti fl-Anness XIII jew għajr jekk ġew identifikati skond l-Artikolu 59(1) talanqas sentejn qabel bħala sustanzi li joħolqu livell ekwivalenti ta’ tħassib kif stipulat fl-Artikolu 57(f):

Xaħmijiet veġetali, żjut veġetali, xama’ veġetali; xaħmijiet ta’ l-annimali, żjut ta’ l-annimali, xama’ ta’ l-annimali; aċidi xaħmin minn C6 sa C24 u l-imluħ tagħhom tal-potassju, tas-sodju, tal-kalċju u tal-manjeżju; gliċerol.

10.

Is-sustanzi li ġejjin jekk mhumiex modifikati kimikament:

Gass ta' pitrolju likwifikat, gass naturali kondensat, gassijiet proċessati u komponenti tagħhom, kokk, cement clinker, manjeżja.

11.

Is-sustanzi li ġejjin għajr jekk huma stess ikunu jissodisfaw il-kriterji għal klassifikazzjoni bħala perikolużi skond id-Direttiva 67/548/KEE u sakemm ma jkunx fihom konstitwenti li jissodisfaw il-kriterji bħala perikolużi skond id-Direttiva 67/548/KEE preżenti f’konċentrazzjonijiet ogħla mil-limiti ta’ konċentrazzjoni l-aktar baxxi applikabbli definiti fid-Direttiva 1999/45/KE jew il-limiti ta’ konċentrazzjoni definiti fl-Anness I għad-Direttiva 67/548/KEE, għajr jekk data xjentifika sperimentali konklużiva turi li dawn il-konstitwenti mhumiex disponibbli matul iċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza u dik id-data ġiet aċċertata bħala adegwata u ta’ min joqgħod fuqha:

Ħġieġ, frits taċ-ċeramika.

12.

Kompost u bijogass.

13.

Idroġenu u ossiġnu. ”