|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5977 |
14.10.2024 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2024 – Trotsenko vs Il-Kunsill
(Kawża T-459/24)
(C/2024/5977)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Roman Trotsenko (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: C. Zatschler, SC, u A. Beauchemin, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara, skont l-Artikolu 277 TFUE, li l-Artikolu 2(1)(g) tal-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u l-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014, ma japplikawx għar-rikorrent sa fejn il-Kunsill isostni li japplikaw għalih; |
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1738 tal-24 ta’ Ġunju 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, sa fejn tapplika għar-rikorrent; |
|
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1746 tal-24 ta’ Ġunju 2024 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, sa fejn dan japplika għar-rikorrent; |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż rispettivi tiegħu u għal dawk sostnuti mir-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża. |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tad-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv u tal-obbligu ta’ motivazzjoni. |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq allegazzjoni tal-illegalità tal-kriterju mmodifikat (g). |
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq allegazzjoni ta’ żbalji ta’ evalwazzjoni. |
|
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tad-drittijiet fundamentali. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5977/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)