21999D0722(16)



Official Journal L 189 , 22/07/1999 P. 0071 - 0071


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 97/98

tal-25 ta' Settembru 1998

li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness XX għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/98 tal-31 ta' Lulju 1998 [1];

Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/101/KE tas-27 ta' Jannar 1997 li tistabbilixxi skambju reċiproku ta' informazzjoni u ta' data minn networks u stazzjonijiet individwali li jkejlu t-tniġġiż ta' l-arja ambjentali fl-Istati Memebri [2] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 14a (Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE) fl-Anness XX għall-Ftehim:

"14b. 397 D 0101: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/101/KE tas-27 ta' Jannar 1997 li tistabbilixxi skambju reċiproku ta' informazzjoni u data minn networks u stazzjonijiet individwali li jkejlu t-tniġġiż ta' l-arja ambjentali fl-Istati Membri (ĠU L 35, tal-5.2.1997, p. 14)."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/101/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet rispettivi tal-lingwa għal din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta' Settembru 1998, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Settembru 1998.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

N. v. Liechtenstein

[1] ĠU L 172, tat-8.7.1999, p. 55.

[2] ĠU L 35, tal-5.2.1997, p. 14.

--------------------------------------------------