Id-Direttiva tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 1986 li temenda d-Direttiva 80/232/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward il-meded ta' kwantitajiet nominali u kapaċitajiet nominali permessi għal ċerti prodotti imballati minn qabel
Official Journal L 080 , 25/03/1986 P. 0055 - 0056
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 7 P. 0118
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 7 P. 0118
CS.ES Chapter 13 Volume 008 P. 129 - 130
ET.ES Chapter 13 Volume 008 P. 129 - 130
HU.ES Chapter 13 Volume 008 P. 129 - 130
LT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 129 - 130
LV.ES Chapter 13 Volume 008 P. 129 - 130
MT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 129 - 130
PL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 129 - 130
SK.ES Chapter 13 Volume 008 P. 129 - 130
SL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 129 - 130
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 1986 li temenda d-Direttiva 80/232/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward il-meded ta' kwantitajiet nominali u kapaċitajiet nominali permessi għal ċerti prodotti imballati minn qabel (86/96/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100 ta' dan, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi, minħabba l-adozzjoni fil-15 ta' Jannar 1980 tad-Direttiva 80/232/KEE [4], inħolqu diffikultajiet, partikolarment fir-rigward ta' l-isem ta' ċerti prodotti fl-Anness I u l-interpretazzjoni tal-paragrafu introduttorju ta' l-Anness III; Billi bħala riżultat l-imsemmija l-Annessi għandhom ikunu emendati, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 L-Annessi I u III mad-Direttiva 80/232KEE huma hawnhekk emendati bi qbil ma' l-Anness ta' din id-Direttiva. L-Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifika tagħha [5]. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mill-ewwel b'dan. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, it-18 ta' Marzu, 1986. Għall-Kunsill Il-President W. F. Eekelen [1] ĠU C 18, tal-25.1.1984, p. 7. [2] ĠU C 46, tat-18.2.1985, p. 92. [3] ĠU C 206, tas-6.8.1984, p. 17. [4] ĠU L 51, tal-25.2.1980, p. 1. [5] Din id-Direttiva kienet innotifikata lill-Istati Membri fit-18 ta' Marzu, 1986. -------------------------------------------------- L-ANNESS 1. "1.5.4. Ikel imħejji minn qabel miksub l-istess bħall-infiħ jew ix-xiwi ta' ċereali jew prodotti taċ-ċereali (ross minfuħ, corn flakes u prodotti simili) (Tariffa Komuni Doganali titolu Nru 19.05) 250 — 375 — 500 — 750 — 1000 — 1500 — 2000.'. 4. ŻEBGĦA LESTA GĦALL-UŻU U LOSTRU (bi jew mingħajr solventi miżjuda, Tariffa Komuni Doganali subtitolu 32.09 A II teskludi pigmenti jew soluzzjonijiet imxerrda) (kwantitajiet f'ml) 25 — 50 — 125 — 250 — 375 — 500 — 750 — 1000 — 2000 — 2500 — 4000 — 5000 — 10000." . 2. "Permezz ta' deroga mill-Artikolu 8(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE ta' l-20 ta' Mejju, 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri marbuta ma' l-aerosol dispensers, prodotti mibjugħa f'aerosols li jikkonformaw mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva m'hemmx bżonn ikunu mmarkati bil-piż nominali tal-kontenuti tagħhom." . --------------------------------------------------