8.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 155/24 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/893
tas-7 ta’ Ġunju 2022
li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 rigward il-metodi ta’ analiżi għad-detezzjoni tal-kostitwenti ta’ invertebrati terrestri għall-kontroll uffiċjali tal-għalf
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 34(6), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (2) jistabbilixxi l-metodi ta’ ttestjar użati bħala appoġġ għall-kontrolli uffiċjali biex jinfurzaw il-projbizzjoni tal-użu tal-proteini pproċessati tal-annimali fl-għalf għall-annimali li jipproduċu l-ikel. Huma inklużi metodi ta’ analiżi għad-determinazzjoni tal-kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali għall-kontroll uffiċjali tal-għalf, li huma deskritti fl-Anness VI ta’ dak ir-Regolament u mwettqa permezz ta’ mikroskopija ottika jew ta’ reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR). |
(2) |
L-użu tal-proteini pproċessati tal-annimali dderivata mill-insetti mrobbija ġie awtorizzat fl-għalf tal-annimali tal-akkwakultura bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/893 (3), u fl-għalf tal-annimali porċini u tat-tjur bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1372 (4), iżda għadu pprojbit skont ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) f’ċertu għalf, b’mod partikolari fl-għalf tar-ruminanti. |
(3) |
Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-proteini tal-annimali fl-għalf żviluppa u vvalida protokoll speċjali, inkluż pass doppju ta’ sedimentazzjoni, li jiżgura d-detezzjoni ta’ partikoli minn invertebrati terrestri, inkluż l-insetti, jekk huma preżenti fil-materjali tal-għalf, fl-għalf kompost u fit-taħlitiet lesti minn qabel għall-ittestjar fil-laboratorju. B’dan il-pass addizzjonali, jenħtieġ li dak il-protokoll jintuża fil-qafas tal-kontrolli uffiċjali biex jiġi vverifikat l-infurzar korrett tal-projbizzjoni fuq l-użu tal-proteini pproċessati tal-annimali tal-insetti f’ċertu għalf għall-annimali li jipproduċu l-ikel. |
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li d-deskrizzjoni tal-metodu tal-mikroskopija ottika stipulat fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 tiġi aġġustata sabiex tinkludi pass doppju tas-sedimentazzjoni fil-protokoll għat-tħejjija tal-kampjuni li jridu jiġu ttestjati għad-detezzjoni tal-kostitwenti tal-invertebrati terrestri. |
(5) |
Jenħtieġ li l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 huwa emendat b’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/893 tal-24 ta’ Mejju 2017 li jemenda l-Annessi I u IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi X, XIV u XV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 rigward id-dispożizzjonijiet dwar il-proteina pproċessata tal-annimali (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 92).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1372 tas-17 ta’ Awwissu 2021 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-projbizzjoni fuq it-tagħlif ta’ annimali mrobbija li mhumiex ruminanti, għajr l-annimali bil-pil, bi proteina dderivata mill-annimali (ĠU L 295, 18.8.2021, p. 1).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).
ANNESS
L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. GĦAN U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI Id-determinazzjoni tal-kostitwenti tal-oriġini mill-annimali fl-għalf għandha ssir permezz ta’ mikroskopija ottika jew permezz ta’ reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR) f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Anness. Dawn iż-żewġ metodi jagħmluha possibbli li tinstab il-preżenza ta’ kostitwenti tal-oriġini mill-annimali fit-taħlitiet lesti minn qabel, fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost. Madankollu, dawn ma jagħmluhiex possibbli li jiġi kkalkolat l-ammont ta’ dawn il-kostitwenti fit-taħlitiet lesti minn qabel, fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost. Iż-żewġ metodi għandhom limitu ta’ detezzjoni ta’ inqas minn 0,1 % (w/w). Il-metodu PCR jagħmilha possibbli li jiġi identifikat il-grupp tassonomiku tal-kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali preżenti fit-taħlitiet lesti minn qabel, fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost. Dawn il-metodi għandhom japplikaw għall-kontroll tal-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), l-Anness IV ta’ dak ir-Regolament u l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**). Skont it-tip ta’ għalf li qed jiġi ttestjat, dawn il-metodi jistgħu jintużaw, fi protokoll operazzjonali uniku wieħed, jew waħedhom jew flimkien f’konformità mal-proċeduri operazzjonali standard (“SOPs”) stabbiliti mil-laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-proteini tal-annimali fl-għalf (EURL-AP) u ppubblikati fuq is-sit web tiegħu (***). (*) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1)." (**) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1)." (***) https://www.eurl.craw.eu/legal-sources-and-sops/method-of-reference-and-sops/.”;" |
(2) |
il-punt 2.1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2.1. Mikroskopija ottika 2.1.1. Prinċipju Il-kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali li jistgħu jkunu preżenti fit-taħlitiet lesti minn qabel, fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost mibgħuta għall-analiżi huma identifikati fuq il-bażi tal-karatteristiċi tipiċi u identifikabbli mikroskopikament bħall-fibri tal-muskoli u partikoli oħra tal-laħam, il-qarquċa, l-għadam, il-qrun, ix-xagħar, il-lanżit, frammenti tas-saff ta’ barra tal-ġilda tal-invertebrati, l-istrutturi trakeali tal-insetti, il-prodotti mid-demm, il-globuli tal-ħalib, il-kristalli tal-lattożju, ir-rix, il-qxur tal-bajd, ix-xewk u l-qxur tal-ħut. Għandhom isiru eżamijiet mikroskopiċi wara t-tħejjija tal-kampjuni bis-sedimentazzjoni. Il-kampjuni għandhom ikunu soġġetti għal stadju ta’ sedimentazzjoni kif ġej:
2.1.2. Reaġenti u tagħmir 2.1.2.1. Reaġenti 2.1.2.1.1. Aġent ta’ konċentrazzjoni
2.1.2.1.2. Reaġent għat-tilwin
2.1.2.1.3. Mezzi tal-immuntar
2.1.2.1.4. Mezzi tal-immuntar bi proprjetajiet tat-tilwin
2.1.2.1.5. Aġenti tat-tlaħliħ
2.1.2.1.6. Reaġent għall-ibbliċjar
2.1.2.2. Tagħmir
2.1.3. Kampjunar u tħejjija tal-kampjun 2.1.3.1. Kampjunar Għandu jintuża kampjun rappreżentattiv, meħud f’konformità mal-Anness I. 2.1.3.1.1. Tnixxif tal-kampjun Il-kampjuni b’kontenut tal-umdità ta’ > 14 % għandhom jitnixxfu qabel ma jiġu trattati f’konformità mal-Anness III. 2.1.3.1.2. Tgħarbil minn qabel tal-kampjun Sabiex tinġabar informazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni ambjentali tal-għalf, huwa rakkomandat it-tgħarbil minn qabel f’1 mm ta’ għalf f’forma ta’ pellets u qlub u biex sussegwentement iż-żewġ frazzjonijiet li jirriżultaw li jridu jitqiesu bħala kampjuni distinti, jiġu ppreparati, analizzati u rrapportati separatament. 2.1.3.2. Prekawzjonijiet li jridu jittieħdu Sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata tal-laboratorju, it-tagħmir kollu li jista’ jerġa’ jintuża għandu jitnaddaf bir-reqqa qabel ma jintuża. Il-biċċiet tal-lembut separatorju għandhom jiġu żarmati qabel it-tindif. Il-biċċiet tal-lembut separatorju u l-oġġetti tal-ħġieġ għandhom jinħaslu minn qabel bl-idejn u mbagħad jinħaslu fil-magna tal-ħasil. L-għarbiela għandhom jitnaddfu permezz ta’ xkupilja b’xagħar sintetiku u iebes. Huwa rakkomandat tindif finali tal-għarbiela bl-aċeton u bl-arja kkompressata wara t-tgħarbil tal-materjal xaħmi bħall-frakass tal-fdal tal-ħut. 2.1.3.3. Preparazzjoni ta’ kampjuni li jikkonsistu f’xaħam jew żejt Il-protokoll li ġej għandu jiġi segwit għall-preparazzjoni ta’ kampjuni li jikkonsistu f’xaħam:
Għandu jiġi applikat l-istess protokoll, bl-eċċezzjoni tal-ewwel u tar-raba’ inċiż, għall-preparazzjoni tal-kampjuni li jikkonsistu f’żejt. 2.1.3.4. Preparazzjoni tal-kampjuni għajr ix-xaħam jew iż-żejt
2.1.4. Eżami mikroskopiku 2.1.4.1. Preparazzjoni tas-slajd Għandhom jiġu ppreparati slajds mikroskopiċi mis-sediment u, skont l-għażla tal-operatur, jew mill-flottat jew mill-materja prima. Fejn xieraq, għad-detezzjoni ta’ kostitwenti ta’ invertebrati terrestri biss, għandhom jiġu ppreparati wkoll slajds mill-flottat finali miksub kif deskritt fil-punt 2.1.3.4.4. Għandhom jiġu ppreparati ż-żewġ frazzjonijiet li jirriżultaw (dik fina u dik ħarxa). Il-porzjonijiet tat-test tal-frazzjonijiet mifruxa fuq is-slajds għandhom ikunu rappreżentattivi tal-frazzjoni sħiħa. Għandu jiġi ppreparat numru suffiċjenti ta’ slajds sabiex jiġi żgurat li jista’ jitwettaq il-protokoll ta’ eżami komplut kif stabbilit fil-punt 2.1.4.2. Is-slajds mikroskopiċi għandhom jiġu mmuntati bil-mezz tal-immuntar adegwat f’konformità mal-SOP stabbilita mill-EURL-AP u ppubblikati fuq is-sit web tiegħu. Is-slajds għandhom ikunu mgħottija b’coverslips. 2.1.4.2. Id-dijagramma sekwenzjali ta’ osservazzjoni għad-detezzjoni ta’ partikoli tal-annimali fl-għalf kompost, fil-materjal tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel. Is-slajds mikroskopiċi ppreparati għandhom jiġu osservati f’konformità mad-dijagrammi sekwenzjali ta’ osservazzjoni fid-Dijagrammi 1 u 2. L-osservazzjonijiet mikroskopiċi għandhom jitwettqu billi jintuża mikroskopju kompost fuq is-sediment u, skont l-għażla tal-operatur, jew fuq il-flottat jew fuq il-materja prima. Barra minn hekk, għad-detezzjoni tal-kostitwenti ta’ invertebrati terrestri, għandhom jitwettqu wkoll osservazzjonijiet fuq il-flottat finali miksub kif deskritt fil-punt 2.1.3.4.4 f’konformità mad-Dijagramma 3. L-isterjomikroskopju jista’ jintuża flimkien mal-mikroskopju kompost għall-frazzjonijiet ħarxa. Kull slajd għandha tiġi skrinjata kompletament f’diversi tkabbiriet. L-ispjegazzjonijiet preċiżi dwar kif għandhom jintużaw id-dijagrammi sekwenzjali huma ddettaljati minn SOP stabbilita mill-EURL-AP u ppubblikati fuq is-sit web tiegħu. L-għadd minimu ta’ slajds li għandhom jiġu osservati ma’ kull pass tad-dijagrammi sekwenzjali ta’ osservazzjoni għandu jitħares b’mod strett sakemm il-materjal kollu tal-frazzjoni ma jippermettix li jintlaħaq in-numru ta’ slajds stipulat, pereżempju meta ma jinkiseb l-ebda sediment. Ma għandhomx jintużaw aktar minn sitt slajds għal kull determinazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-għadd ta’ partikoli. Meta jiġu ppreparati slajds addizzjonali bl-użu ta’ mezz tal-immuntar aktar speċifiku bi proprjetajiet tat-tilwin, kif deskritt fil-punt 2.1.2.1.4, fuq il-flottat jew fuq il-materja prima biex jiġu kkaratterizzati aktar l-istrutturi (eż ir-rix, ix-xagħar, il-partikoli tal-muskoli jew tad-demm), li jkunu nstabu fuq slajds ippreparati minn mezzi oħra tal-immuntar, kif deskritt fil-punt 2.1.2.1.3, l-għadd ta’ partikoli għandu jingħadd abbażi tal-għadd ta’ slajds għal kull determinazzjoni li ma taqbiżx sitt slajds, inklużi s-slajds addizzjonali b’mezz tal-immuntar aktar speċifiku. Is-islajds addizzjonali mħejjija mill-flottat finali miksub, kif deskritt fil-punt 2.1.3.4.4, għad-detezzjoni tal-kostitwenti ta’ invertebrati terrestri ma għandhomx jitqiesu għall-identifikazzjoni ta’ naturi oħra (annimali vertebrati terrestri u ħut). Sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni tan-natura u tal-oriġini tal-partikoli, l-operatur jista’ juża għodod ta’ appoġġ bħal sistemi ta’ appoġġ għad-deċiżjonijiet, libreriji tal-immaġnijiet u kampjuni ta’ referenza. Dijagramma 1 Dijagramma sekwenzjali ta’ osservazzjoni wara sedimentazzjoni tat-TCE unika għad-detezzjoni ta’ partikoli tal-annimali għajr invertebrati terrestri fl-għalf kompost, fil-materjali tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel għall-ewwel determinazzjoni
Dijagramma 2 Dijagramma sekwenzjali ta’ osservazzjoni wara sedimentazzjoni tat-TCE unika għad-detezzjoni ta’ partikoli tal-annimali għajr invertebrati terrestri fl-għalf kompost, fil-materjali tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel għat-tieni determinazzjoni
Dijagramma 3 Dijagramma sekwenzjali ta’ osservazzjoni wara sedimentazzjoni doppja tal-PE/tat-TCE għad-detezzjoni ta’ kostitwenti ta’ invertebrati terrestri fl-għalf kompost, fil-materjali tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel
2.1.4.3. Numru ta’ determinazzjonijiet Id-determinazzjonijiet għandhom jitwettqu fuq sottokampjuni differenti ta’ 50 g kull wieħed. Jekk wara l-ewwel determinazzjoni mwettqa f’konformità mad-dijagramma sekwenzjali ta’ osservazzjoni fid-Dijagramma 1, jew fid-Dijagramma 3 fejn xieraq, ma tinstab l-ebda partikola tal-annimali, ma għandha tkun meħtieġa l-ebda determinazzjoni addizzjonali u r-riżultat tal-analiżi għandu jiġi rrapportat billi jintuża l-kliem stabbilit fil-punt 2.1.5.1. Jekk wara l-ewwel determinazzjoni mwettqa f’konformità mad-dijagramma sekwenzjali ta’ osservazzjoni fid-Dijagramma 1, tinstab partikola waħda tal-annimali jew aktar ta’ natura partikolari (jiġifieri ta’ annimali vertebrati terrestri jew tal-ħut) u n-natura tal-partikoli misjuba tikkonferma l-kontenut dikjarat tal-kampjun, ma għandhiex tkun meħtieġa t-tieni determinazzjoni. Jekk l-għadd ta’ partikoli tal-annimali ta’ natura partikolari misjuba matul din l-ewwel determinazzjoni jkun ikbar minn ħamsa, ir-riżultat tal-analiżi għandu jiġi rrapportat għal kull natura tal-annimali billi jintuża l-kliem stabbilit fil-punt 2.1.5.3. Inkella, ir-riżultat tal-analiżi għandu jiġi rrappurtat għal kull natura tal-annimali billi jintuża l-kliem stabbilit fil-punt 2.1.5.2. Jekk wara l-ewwel determinazzjoni mwettqa f’konformità mad-dijagramma sekwenzjali ta’ osservazzjoni fid-Dijagramma 3, jinstabu aktar minn ħames partikoli ta’ invertebrati terrestri, ma għandhiex tkun meħtieġa t-tieni determinazzjoni u r-riżultat tal-analiżi għandu jiġi rrapportat billi jintuża l-kliem stabbilit fil-punt 2.1.5.3 għal din in-natura. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, inkluż meta ma tkun ġiet ipprovduta l-ebda dikjarazzjoni tal-kontenut lil-laboratorju, għandha titwettaq it-tieni determinazzjoni minn sottokampjun ġdid. Jekk, wara t-tieni determinazzjoni mwettqa f’konformità mad-dijagramma sekwenzjali ta’ osservazzjoni fid-Dijagramma 2, jew fid-Dijagramma 3 fejn xieraq, it-total ta’ partikoli tal-annimali ta’ natura partikolari identifikat matul iż-żewġ determinazzjonijiet ikun ikbar minn 10, ir-riżultat tal-analiżi għandu jiġi rrappurtat skont in-natura tal-annimali billi jintuża l-kliem stabbilit fil-punt 2.1.5.3. Inkella, ir-riżultat tal-analiżi għandu jiġi rrappurtat għal kull natura tal-annimali billi jintuża l-kliem stabbilit fil-punt 2.1.5.2. 2.1.5. Espressjoni tar-riżultati Meta jirrapporta r-riżultati, il-laboratorju għandu jindika fuq liema tip ta’ materjal twettqet l-analiżi (sediment, flottat, flottat finali jew materja prima). Ir-rapportar għandu jindika b’mod ċar kemm ikunu twettqu determinazzjonijiet u jekk ikunx twettaq it-tgħarbil tal-frazzjonijiet qabel il-preparazzjoni, f’konformità mal-punt 2.1.3.4.3, l-ewwel inċiż, it-tielet paragrafu jew il-punt 2.1.3.4.4, it-tielet inċiż. Ir-rapport tal-laboratorju għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni dwar il-preżenza tal-kostitwenti miksuba mill-annimali vertebrati terrestri u mill-ħut. Is-sitwazzjonijiet differenti għandhom jiġu rrappurtati b’dawn il-modi.
|
(*) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).
(**) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
(***) https://www.eurl.craw.eu/legal-sources-and-sops/method-of-reference-and-sops/.”;”