4.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 2/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/7
tat-30 ta' Ottubru 2018
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1031/2010 fir-rigward tal-irkantar ta' 50 miljun kwota mhux allokati mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-fond ta' innovazzjoni u li jelenka pjattaforma tal-irkant li għandha tinħatar mill-Ġermanja
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 3d(3), 10(4) u 10a(8) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2003/87/KE tistabbilixxi fond li jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-innovazzjoni fit-teknoloġiji b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fit-territorju tal-Unjoni billi tagħmel 400 miljun kwota disponibbli mill-volum totali ta' kwoti għall-perjodu 2021 sa 2030 bħala parti mis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (“fond ta' innovazzjoni”). Barra minn hekk, 50 miljun kwota mhux allokati mir-riżerva għall-istabbiltà tas-suq jenħtieġ li jissupplimentaw kwalunkwe dħul li jifdal mit-300 miljun kwota disponibbli fil-perjodu 2013 sa 2020 taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/670/UE (2), u jenħtieġ li jintużaw b'mod f'waqtu għall-fond ta' innovazzjoni qabel l-2021. |
(2) |
Sabiex jiġi żgurat li l-fond ta' innovazzjoni jinsab f'pożizzjoni li jipprovdi appoġġ qabel l-2021, huwa neċessarju li jiġu monetizzati 50 miljun kwota għall-fond ta' innovazzjoni permezz ta' rkanti b'konformità mar-regoli u l-modalitajiet għall-irkanti fuq il-Pjattaforma Komuni tal-Irkanti, stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 (3). |
(3) |
Bil-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u titjieb l-effiċjenza ġenerali, il-volum ta' 50 miljun kwota mill-fond ta' innovazzjoni jenħtieġ li jiżdied mal-volumi tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati fuq il-Pjattaforma Komuni tal-Irkanti fl-2020 mill-Istati Membri li fl-1 ta' Jannar 2018 kienu jipparteċipaw fl-azzjoni konġunta skont l-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010. |
(4) |
L-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li jirkantaw is-sehem tagħhom ta' 50 miljun kwota għall-fond ta' innovazzjoni permezz tal-irkantaturi tagħhom. Sabiex jirċievi r-rikavati rispettivi tal-fond ta' innovazzjoni, kull irkantatur jenħtieġ li jagħżel, sal-1 ta' Ottubru 2019, kont bankarju tal-irkantatur innominat għar-riċevuta ta' dawn ir-rikavati tal-irkant. L-irkantaturi jistgħu jagħżlu l-kont bankarju nnominat tal-irkantatur eżistenti tagħhom għar-rikavati tal-irkant dovuti lill-Istat Membru tagħhom, kont bankarju nnominat tal-irkantatur separat iddedikat għar-rikavati tal-irkant għall-fond ta' innovazzjoni, jew il-kont bankarju nnominat tal-irkantatur ta' irkantatur ieħor ta' Stat Membru li se jirkanta l-kwoti għall-fond ta' innovazzjoni. |
(5) |
L-irkantaturi maħtura biex imexxu l-irkant ta' 50 miljun kwota għall-fond ta' innovazzjoni jenħtieġ li jiżguraw li r-rikavati tal-irkant għall-fond ta' innovazzjoni jiġu żborżati fil-kont innotifikat lilhom mill-Kummissjoni għall-finijiet ta' dak il-fond, mill-inqas 15-il jum wara tmiem ix-xahar li fih ir-rikavati tal-irkant ġew iġġenerati. |
(6) |
Kwalunkwe tariffi addizzjonali li jirriżultaw miż-żamma ta' dawn ir-rikavati tal-irkant fil-kont bankarju nnominat tal-irkantatur u mill-iżborż tagħhom jistgħu jitnaqqsu mill-irkantatur mir-rikavati tal-irkant qabel l-iżborż tagħhom. Qabel l-ewwel tnaqqis u qabel kwalunkwe tibdil f'tali tariffi, l-irkantatur rispettiv tal-Istat Membru jenħtieġ li jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kollha dwar l-ammont u l-għan tat-tariffi addizzjonali li l-irkantatur jkollu l-intenzjoni li jnaqqas. |
(7) |
L-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010 attwalment jipprovdi għat-tħabbir simultanju mill-pjattaforma tal-irkant tar-riżultati dettaljati ta' kull irkant u n-notifika lill-offerenti rebbieħa tar-riżultati individwali. Madankollu, il-livell ta' dettall tar-riżultati tal-irkant li għandhom jitħabbru ma jippermettix il-pubblikazzjoni simultanja tagħhom man-notifika tar-riżultati individwali lill-offerenti rebbieħa. Sabiex din id-dispożizzjoni tiġi allinjata mal-prattika tas-suq u sabiex tissalvagwardja kontra l-abbuż tas-suq, il-pjattaforma tal-irkant tista' tippubblika, qabel it-tħabbir tal-bqija tad-dettalji tar-riżultat tal-irkant, il-volum ta' kwoti rkantati u l-prezz tal-ikklirjar tal-irkant, sabiex dawn jiġu ppubblikati b'mod simultanju filwaqt li l-pjattaforma tinnotifika r-riżultati tal-irkant lill-offerenti rebbieħa. Il-bqija tar-riżultati tal-irkant jenħtieġ li jitħabbru mhux aktar tard minn 15-il minuta wara l-għeluq tal-perjodu għall-offerti. |
(8) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010 jippermetti lill-Istati Membri li mhux jipparteċipaw fl-azzjoni konġunta kif stipulat f'paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 26 ta' dak ir-Regolament li jaħtru l-pjattaforma tal-irkant tagħhom stess għall-irkantar tas-sehem tagħhom tal-volum ta' kwoti koperti mill-Kapitoli II u III tad-Direttiva 2003/87/KE. Il-ħatra ta' pjattaformi tal-irkant bħal dawn hija soġġetta għall-elenkar tal-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata fl-Anness III, b'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 30(5) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010. |
(9) |
Skont l-Artikolu 30(4) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, il-Ġermanja informat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li ma tipparteċipax fl-azzjoni konġunta kif stipulat f'paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 26 ta' dak ir-Regolament, u li taħtar il-pjattaforma tal-irkant tagħha stess. |
(10) |
Fit-12 ta' April 2018, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħha li taħtar lill-European Energy Exchange AG bħala l-pjattaforma tal-irkant imsemmija fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010 għal perjodu massimu ta' ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. It-terminu tal-ħatra, il-bażi legali tal-ħatra u l-kundizzjonijiet u l-obbligi applikabbli għall-European Energy Exchange AG bħala l-pjattaforma tal-irkant tal-Ġermanja għal dak il-perjodu jenħtieġ li jiġu elenkati fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010. |
(11) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(12) |
Sabiex ikunu żgurati rkanti prevedibbli u f'waqthom mill-pjattaforma tal-irkant li għandha tinħatar mill-Ġermanja, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni urġenti. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 10, jiżdied il-paragrafu 5 li ġej: “5. Il-volum tal-kwoti koperti mill-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE li għandhom jiġu rkantati fl-2020 għandhom jinkludu wkoll il-volum ta' 50 miljun kwota mhux allokati mir-riżerva ta' stabbiltà tas-suq imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10a(8) ta' dik id-Direttiva. Dawk il-kwoti għandhom jinqasmu f'ammonti ugwali bejn l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fl-azzjoni konġunta skont l-Artikolu 26(1) ta' dan ir-Regolament fl-1 ta' Jannar 2018 u għandhom jiżdiedu mal-volum ta' kwoti li għandhom jiġu rkantati għal kull wieħed minnhom. Il-volum ta' 50 miljun kwota għandu fil-prinċipju jitqassam b'mod ugwali bejn l-irkanti li jsiru fl-2020.” |
(2) |
L-Artikolu 23 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 23 Il-funzjonijiet tal-irkantatur 1. L-irkantatur għandu jwettaq il-funzjonijiet li ġejjin:
2. L-irkantatur ta' kull Stat Membru li jirkanta l-kwoti skont l-Artikolu 10(5) għandu jirċievi r-rikavati tal-irkant minn dawk il-kwoti fuq il-kont bankarju nnominat tal-irkantatur magħżul minnu mhux aktar tard mill-1 ta' Ottubru 2019 għar-riċevuta tal-pagamenti dovuti skont l-Artikolu 10(5). L-irkantatur għandu jiżgura li dawn ir-rikavati mill-irkant jiġu żborżati fil-kont innotifikat lilu mill-Kummissjoni għall-finijiet tal-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE, mhux aktar tard minn 15-il jum wara tmiem ix-xahar li fih ir-rikavati tal-irkant ġew iġġenerati. L-irkantatur jista' jnaqqas qabel l-iżborż kwalunkwe tariffi addizzjonali għaż-żamma jew l-iżborż tagħhom, soġġett għan-notifika minn qabel tal-ammont u r-raġuni għal dawn it-tariffi mill-Istat Membru tiegħu lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra kollha.”; |
(3) |
Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 61 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Skont il-paragrafu 1, il-pjattaforma tal-irkant għandha tħabbar mill-inqas ir-riżultati li ġejjin għal kull irkant:
|
(4) |
Il-paragrafu 3 tal-Artikolu 61 huwa sostitwit b'dan li ġej: “3. Fl-istess ħin li l-pjattaforma tal-irkant tħabbar ir-riżultati ta' kull irkant skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2, il-pjattaforma tal-irkant għandha tinnotifika lil kull offerent rebbieħ li jissottometti l-offerti permezz tas-sistemi tagħha:
|
(5) |
L-Anness III huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/670/UE tat-3 ta' Novembru 2010 li tistabbilixxi l-kriterji u l-miżuri għall-finanzjament ta' proġetti kummerċjali ta' dimostrazzjoni li l-għan tagħhom huwa l-qbid u l-ħżin ġeoloġiku ta' CO2, f'kundizzjonijiet ta' sigurtà għall-ambjent, kif ukoll ta' proġetti ta' dimostrazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi ta' enerġija rinnovabbli, fl-ambitu tal-iskema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità, stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 290, 6.11.2010, p. 39).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta' Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta' rkantar ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità (ĠU L 302, 18.11.2010, p. 1).
ANNESS
Fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, tiżdied il-parti 5 li ġejja:
“Pjattaformi ta' rkant maħtura mill-Ġermanja |
||||||
5 |
Pjattaforma ta' rkant |
European Energy Exchange AG (EEX) |
||||
|
Bażi ġuridika |
L-Artikolu 30(1) |
||||
|
Terminu tal-ħatra |
L-iktar kmieni mill-5 ta' Jannar 2019 għal perjodu massimu ta' ħames snin sal-4 ta' Jannar 2024, mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(5). |
||||
|
Kundizzjonijiet |
Id-dħul għall-irkanti ma għandux jiddependi fuq li wieħed isir membru jew parteċipant fis-suq sekondarju organizzat mill-EEX jew ta' kwalunkwe post tan-negozjar operat mill-EEX jew minn kwalunkwe parti terza. |
||||
|
Obbligi |
|