![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2023/2297 |
27.10.2023 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2297
tas-26 ta’ Ottubru 2023
li jidentifika portijiet ġirien tat-trażbord tal-kontejners skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3ga(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2003/87/KE ġiet emendata mid-Direttiva (UE) 2023/959 (2) biex tinkludi l-emissjonijiet tat-trasport marittimu fis-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni (l-“EU ETS”). |
(2) |
Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ waqfiet evażivi fil-portijiet minn bastimenti tal-kontejners lejn portijiet barra mill-Unjoni u r-rilokazzjoni tal-attivitajiet tat-trażbord tal-kontejners lejn portijiet barra mill-Unjoni, id-Direttiva 2003/87/KE tipprevedi esklużjoni mid-definizzjoni ta’ “port tal-waqfa” ta’ waqfiet ta’ bastimenti tal-kontejners f’port ġar tat-trażbord tal-kontejners identifikat fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 3ga(2) ta’ dik id-Direttiva. |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 3ga(2), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2003/87/KE, biex port jiġi identifikat bħala port ġar tat-trażbord tal-kontejners, dan jeħtieġ li jkun jissodisfa diversi kriterji. Is-sehem tal-port mit-trażbord tal-kontejners irid jaqbeż il-65 % tat-traffiku totali tal-kontejners ta’ dak il-port matul il-perjodu ta’ 12-il xahar l-aktar reċenti li għalih tkun disponibbli data rilevanti. Il-port irid ikun jinsab barra mill-Unjoni iżda inqas minn 300 mil nawtiku minn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru. Madankollu, l-att ta’ implimentazzjoni ma għandux jidentifika portijiet li jinsabu f’pajjiż terz li għalih dak il-pajjiż terz effettivament japplika miżuri ekwivalenti għad-Direttiva 2003/87/KE. |
(4) |
East Port Said jinsab inqas minn 300 mil nawtiku minn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru. Is-sehem ta’ East Port Said mit-trażbord tal-kontejners jaqbeż il-65 % tat-traffiku totali tal-kontejners ta’ dak il-port matul il-perjodu ta’ 12-il xahar l-aktar reċenti li għalih tkun disponibbli data rilevanti. L-Eġittu ma japplikax miżuri ekwivalenti għad-Direttiva 2003/87/KE għal East Port Said. Għaldaqstant, East Port Said jenħtieġ li jiġi identifikat bħala port ġar tat-trażbord tal-kontejners. |
(5) |
Tanger Med jinsab inqas minn 300 mil nawtiku minn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru. Is-sehem ta’ Tanger Med mit-trażbord tal-kontejners jaqbeż il-65 % tat-traffiku totali tal-kontejners ta’ dak il-port matul il-perjodu ta’ 12-il xahar l-aktar reċenti li għalih tkun disponibbli data rilevanti. Il-Marokk ma japplikax miżuri ekwivalenti għad-Direttiva 2003/87/KE għal Tanger Med. Għaldaqstant, Tanger Med jenħtieġ li jiġi identifikat bħala port ġar tat-trażbord tal-kontejners. |
(6) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja l-implimentazzjoni tal-EU ETS fir-rigward tat-trasport marittimu, b’mod partikolari biex tiġi identifikata mġiba evażiva sabiex din l-imġiba tiġi indirizzata fi stadju bikri. Fejn xieraq, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproponi miżuri biex tiġi indirizzata l-imġiba evażiva. |
(7) |
Biex jiġi żgurat il-funzjonament effettiv tal-EU ETS, li għandha tkun tinkludi l-emissjonijiet mit-trasport marittimu rilaxxati mill-1 ta’ Jannar 2024, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika minn dik id-data. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-portijiet ġirien tat-trażbord tal-kontejners imsemmija fl-Artikolu 3ga(2) tad-Direttiva 2003/87/KE huma identifikati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(2) Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta' kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 134).
ANNESS
Il-portijiet ġirien tat-trażbord tal-kontejners imsemmija fl-Artikolu 3ga(2) tad-Direttiva 2003/87/KE
Nru |
Isem il-port |
Pajjiż |
1. |
EAST PORT SAID |
L-EĠITTU |
2. |
TANGER MED |
IL-MAROKK |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2297/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)