![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
C/2024/2382 |
27.3.2024 |
Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
(C/2024/2382)
Skont l-Artikolu 9(1), il-punt (a), tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:
fil-paġna 376,
il-punt 2 tan-Noti ta’ Spjegazzjoni tal-intestatura 8703 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. |
Tat-tip vann: Il-vettura tat-tip vann b’aktar minn ringiela waħda ta’ sits għandha tissodisfa l-indikazzjonijiet mogħtija fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8703. Madankollu, vetturi bħal dawn għandhom ikunu kklassifikati fl-intestatura 8704 jekk it-tul massimu intern tal-art tal-parti maħsuba għat-trasport tal-oġġetti jkun aktar minn 50 % tat-tul tal-bażi tar-roti tal-vettura jew jekk ikollhom aktar minn żewġ fusijiet. Il-vetturi tat-tip vann b’ringiela waħda ta’ sits, u mingħajr punti u fittings permanenti ta’ ankraġġ għall-installazzjoni ta’ sits u tagħmir ta’ sikurezza fil-parti ta’ wara tal-vettura, kemm jekk ikollhom pannell jew barriera permanenti bejn il-parti għall-persuni u l-parti għat-tagħbija jew twieqi fil-pannelli tal-ġnub u kemm jekk le, għandhom ikunu kklassifikati fl-intestatura 8704.”. |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj ).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2382/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)