4.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2023/730

tal-31 ta’ Marzu 2023

li jemenda r-Regolament (UE) 2023/194 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond, u r-Regolament(UE) 2022/109

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 (1) jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni. Il-qabdiet totali permissibbli (TACs) u l-miżuri marbuta mat-TACs b'mod funzjonali stabbiliti bir-Regolament (UE) 2023/194 jenħtieġ li jiġu emendati biex titqies il-pubblikazzjoni tal-parir xjentifiku kif ukoll l-eżiti tal-konsultazzjonijiet ma' pajjiżi terzi u l-laqgħat tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs).

(2)

Ir-Regolament (UE) 2023/194 jistabbilixxi TAC proviżorja għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fis-subżona 8 tal-ICES għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2023 sat-30 ta' Ġunju 2023, sakemm isir disponibbli parir xjentifiku għal dak l-istokk għall-2023. Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) ippubblika parir xjentifiku għal dak l-istokk għall-2023 fis-16 ta' Diċembru 2022. Jenħtieġ li t-TAC definittiva għal dak l-istokk għall-2023 tiġi stabbilita f'konformità ma' dak il-parir.

(3)

Bejn id-9 u t-13 ta' Marzu 2023, saru konsultazzjonijiet bilaterali bejn l-Unjoni u r-Renju Unit dwar il-livell tat-TAC għaċ-ċiċċirell u l-qabdiet aċċessorji assoċjati (Ammodytes spp.) fl-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni tas-subżona 4 tal-ICES, fl-ilmijiet tar-Renju Unit tad-diviżjoni 2a tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 3a. Dawk il-konsultazzjonijiet twettqu skont l-Artikolu 498(2), (4) u (6) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (2) (FKK) u abbażi tal-pożizzjoni tal-Unjoni approvata mill-Kunsill fit-2 ta' Marzu 2023. L-eżitu ta' dawk il-konsultazzjonijiet ġie ddokumentat f'Rekord bil-Miktub. Għaldaqstant, jenħtieġ li t-TAC rilevanti tiġi stabbilita fil-livell miftiehem mar-Renju Unit.

(4)

L-Unjoni u n-Norveġja kellhom konsultazzjonijiet bilaterali dwar: (i) stokkijiet kondiviżi u ġestiti b'mod konġunt fi Skagerrak, inkluż il-gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis) u l-merlangu (Merlangius merlangus) fid-diviżjoni 3a tal-ICES, bl-għan li jintlaħaq qbil dwar il-ġestjoni ta' dawk l-istokkijiet inkluż l-opportunitajiet tas-sajd; (ii) l-aċċess għall-ilmijiet; u (iii) skambji ta' opportunitajiet tas-sajd. Il-konsultazzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-istokkijiet fi Skagerrak saru bejn id-9 ta' Novembru u d-9 ta' Diċembru 2022, abbażi tal-pożizzjoni tal-Unjoni maqbula mill-Kunsill. Bejn id-9 ta' Novembru 2022 u s-16 ta' Marzu 2023, saru konsultazzjonijiet dwar l-aċċess għall-ilmijiet u dwar l-iskambji tal-opportunitajiet tas-sajd, anke abbażi tal-pożizzjoni tal-Unjoni maqbula mill-Kunsill. L-eżitu ta' dawk il-konsultazzjonijiet ġie ddokumentat f'żewġ Rekords Maqbula, iffirmati mill-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni u n-Norveġja fis-17 ta' Marzu 2023. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd rilevanti jiġu stabbiliti fil-livell stipulat f'dawk ir-Rekords Maqbula, u jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet l-oħra tar-Rekords Maqbula jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni. L-opportunitajiet tas-sajd rilevanti stabbiliti bir-Regolament (UE) 2023/194 u l-opportunitajiet tas-sajd għall-kapelin (Mallotus villosus) fl-ilmijiet ta' Greenland tas-subżoni 5 u 14 tal-ICES stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 (3) jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(5)

Fil-11-il laqgħa annwali tagħha fl-2023, l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO) adottat limiti ta' qbid għas-sawrell (Trachurus murphyi), żammet is-sajd esploratorju għall-pixxisinna (Dissostichus spp.) u neħħiet il-limitu tal-isforz tas-sajd għas-sajd pelaġiku. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni.

(6)

Fil-laqgħa annwali tagħha tal-2022, il-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) żammet il-limiti tal-qbid għat-tonna safra (Thunnus albacares) fiż-Żona ta' Kompetenza tal-IOTC skont il-pjan ta' bini mill-ġdid għal dak l-istokk. Ir-Regolament (UE) 2023/194 jistabbilixxi l-kwota tal-Unjoni għal dak l-istokk għall-2023 f'konformità ma' dik il-miżura adottata mill-IOTC. Wara reviżjoni tal-limitu ta' qbid annwali bażi tal-Unjoni skont il-pjan ta' bini mill-ġdid għat-tonna safra fiż-Żona ta' Kompetenza tal-IOTC, l-IOTC irrevediet il-kwota tal-Unjoni għal dak l-istokk għall-2023 f'konformità mal-pjan ta' bini mill-ġdid. Dik il-kwota riveduta tal-Unjoni jenħtieġ li tiġi implimentata fil-liġi tal-Unjoni.

(7)

Skont diversi rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), l-Unjoni tista', fuq talba, tittrasferixxi perċentwal tal-kwota mhux użata tagħha tal-istokkijiet fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT mis-sena ta' qabel tal-aħħar jew l-aħħar sena qabel sena partikolari, skont ir-regoli għal kull stokk kif stipulati mill-ICCAT. Jenħtieġ li dawk ir-rakkomandazzjonijiet jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni abbażi ta' proposta tal-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw il-kwoti tal-Unjoni għall-istokkijiet tal-ICCAT fit-totalità tagħhom kif previst mill-ICCAT għall-2024. Sakemm dawk ir-rakkomandazzjonijiet jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni, ir-Regolament (UE) 2023/194 jistabbilixxi l-kwoti għall-Istati Membri individwali għal ċerti stokkijiet abbażi ta' kwota totali tal-Unjoni għall-2023 kif miftiehma mill-ICCAT qabel kwalunkwe aġġustament minħabba sajd eċċessiv jew sajd insuffiċjenti mill-Istati Membri.

(8)

Il-kwoti tal-Unjoni għall-istokkijiet fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT għall-2023 ġew aġġustati matul il-laqgħa annwali tal-ICCAT f'Novembru 2022 f'konformità ma' diversi rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT li skonthom l-Unjoni tista', fuq talba, tittrasferixxi perċentwal stabbilit tal-kwota mhux użata tagħha tal-opportunitajiet tas-sajd mill-2021 għall-2023. Il-kwoti għall-Istati Membri individwali għal dawk l-istokkijiet għall-2023 jenħtieġ li jqisu r-riporti tal-kwoti tal-Unjoni mhux użati permessi mill-ICCAT qabel il-bidu tal-istaġuni tas-sajd għal dawk l-istokkijiet. Għalhekk, il-kwoti għall-istokk tat-tramuntana tal-alonga (Thunnus alalunga) (ALB/AN05N), għall-istokk tan-nofsinhar tal-alonga (ALB/AS05N), għat-tonn obeż (Thunnus obesus) fl-Oċean Atlantiku (BET/ATLANT), kif ukoll għall-pixxispad (Xiphias gladius) fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N (SWO/AN05N), u għall-pixxispad fl-Oċean Atlantiku, fin-Nofsinhar ta' 5° N (SWO/AS05N), jenħtieġ li jiġu emendati biex jirriflettu tali aġġustamenti, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-istabbiltà relattiva. Barra minn hekk, ċerti miżuri li huma funzjonalment marbuta mal-opportunitajiet tas-sajd jenħtieġ li jinżammu sabiex jiġu rispettati l-impenji internazzjonali tal-Unjoni.

(9)

Il-limiti tal-isforz tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni li jistadu għat-tonn (Thunnus thynnus) fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT u l-input u l-kapaċità massimi għall-farms tat-tonn fl-Unjoni, f'dik iż-żona, huma bbażati fuq l-informazzjoni pprovduta fil-pjanijiet annwali għas-sajd, fil-pjanijiet annwali għall-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd u fil-pjanijiet għall-ġestjoni tat-trobbija għat-tonn fl-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jgħaddu dawk il-pjanijiet lill-Kummissjoni sal-31 ta' Jannar kull sena, skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2016/1627 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Imbagħad, il-Kummissjoni tirrapporta dwar il-limiti tal-isforz tas-sajd u l-input u l-kapaċità massimi tas-sajd lis-Segretarjat tal-ICCAT, permezz tal-pjan tal-Unjoni għall-ġestjoni tas-sajd u tal-kapaċità, għad-diskussjoni u l-approvazzjoni mill-ICCAT skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2016/1627. Il-limiti tal-isforz tas-sajd tal-Unjoni u l-input u l-kapaċità massimi tat-trobbija għall-2023 jenħtieġ li jiġu stabbiliti f'konformità mal-pjan tal-Unjoni approvat mill-ICCAT fit-8 ta' Marzu 2023.

(10)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/194 jiġi emendat skont dan.

(11)

L-opportunitajiet tas-sajd previsti fir-Regolament (UE) 2023/194 japplikaw mill-1 ta' Jannar 2023. Id-dispożizzjonijiet introdotti b'dan ir-Regolament dwar l-opportunitajiet tas-sajd għalhekk jenħtieġ li japplikaw ukoll mill-1 ta' Jannar 2023, ħlief għall-opportunitajiet tas-sajd għall-kapelin fl-ilmijiet ta' Greenland tas-subżoni 5 u 14 tal-ICES li jenħtieġ li japplikaw mill-15 ta' Ottubru 2022 sal-15 ta' April 2023. Tali applikazzjoni retroattiva ma taffettwax il-prinċipji taċ-ċertezza ġuridika jew tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati żdiedu. Minħabba l-urġenza li tiġi evitata kwalunkwe interruzzjoni fl-attivitajiet tas-sajd, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendar tar-Regolament (UE) 2023/194

Ir-Regolament (UE) 2023/194 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 7 jitħassar;

(2)

il-paragrafu 2 tal-Artikolu 34 jitħassar;

(3)

l-Annessi IA, IB, ID, IH, IJ u VI huma emendati f'konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendar tar-Regolament (UE) 2022/109

Fl-Anness IB għar-Regolament (UE) 2022/109, it-tabella għall-kapelin (Mallotus villosus) fl-ilmijiet ta' Greenland tas-subżoni 5 u 14 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Kapelin

Mallotus villosus

Żona:

L-ilmijiet ta' Greenland taż-żoni 5 u 14

(CAP/514GRN)

Id-Danimarka

0

 

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Il-Ġermanja

0

 

L-Iżvezja

0

 

L-Istati Membri kollha

0

(1)

L-Unjoni

0

(2)

In-Norveġja

10 000

(2)

 

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

(1)

Id-Danimarka, il-Ġermanja u l-Iżvezja jista' jkollhom aċċess għall-kwota ta' “L-Istati Membri kollha” biss ladarba jkunu eżawrew il-kwota tagħhom stess. Madankollu, l-Istati Membri li jkollhom iktar minn 10 % mill-kwota tal-Unjoni ma għandu jkollhom aċċess għall-kwota ta' “L-Istati Membri kollha” bl-ebda mod. Il-qabdiet li jridu jinqatgħu minn din il-kwota kondiviża għandhom jiġu rrappurtati separatament (CAP/514GRN_AMS).

(2)

Għal perjodu tas-sajd mill-15 ta' Ottubru 2022 sal-15 ta' April 2023.

”.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2023, ħlief għad-dispożizzjonijiet dwar il-kapelin (Mallotus villosus) fl-ilmijiet ta' Greenland tas-subżoni 5 u 14 tal-ICES, li għandhom japplikaw mill-15 ta' Ottubru 2022 sal-15 ta' April 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 tat-30 ta' Jannar 2023 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 1).

(2)  Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra (ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 tas-27 ta' Jannar 2022 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 21, 31.1.2022, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2016/1627 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar pjan pluriennali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 1).


ANNESS

L-Annessi tar-Regolament (UE) 2023/194 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness IA,

(a)

fil-Parti A, l-ewwel tabella hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Inċova

Engraulis encrasicolus

Żona:

8

(ANE/08.)

Spanja

 

29 700

 

TAC analitika

Franza

 

3 300

 

L-Unjoni

 

33 000

 

 

 

 

 

TAC

 

33 000

 

”.

(b)

fil-Parti B, it-tabelli għall-istokkijiet elenkati hawn taħt huma sostitwiti b'dan li ġej:

(i)

it-tabella għaċ-ċiċċirell u l-qabdiet aċċessorji assoċjati (Ammodytes spp.) fl-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk tal-Unjoni taż-żona 4, l-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a u l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 3a hija sostitwita b'dan li ġej:

"

Speċi:

Ċiċċirell u l-qabdiet aċċessorji assoċjati

Ammodytes spp.

Żona:

L-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk tal-Unjoni taż-żona 4; L-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a; L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 3a

Id-Danimarka

 

181 637

(1)

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Il-Ġermanja

 

279

(1)

L-Iżvezja

 

6 678

(1)

L-Unjoni

 

188 594

 

Ir-Renju Unit

 

5 773

 

 

 

 

 

TAC

 

194 367

 

(1)

Sa 2 % tal-kwota tista' tkun tikkonsisti minn qabdiet aċċessorji tal-merlangu u tal-kavall (OT1/*2A3A4X). Flimkien, il-qabdiet aċċessorji tal-merlangu u tal-kavall li jingħaddu mal-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet li jingħaddu mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandhomx jaqbżu 9 % tal-kwota.

Kundizzjoni speċjali: fil-limiti ta' dawn il-kwoti, ma għandux jinqabad iktar mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt fiż-żoni li ġejjin ta' ġestjoni taċ-ċiċċirell, kif definit fl-Anness III:

 

1r

2r

3r

4

5r

6

7r

 

(SAN/234_1R) (1)

(SAN/234_2R) (1)

(SAN/234_3R) (1)

(SAN/234_4)(1)

(SAN/234_5R)(1)

(SAN/234_6)(1)

(SAN/234_7R) (1 )

Id-Danimarka

109 166

38 311

2 285

31 744

0

131

0

Il-Ġermanja

167

59

4

49

0

0

0

L-Iżvezja

4 013

1 409

84

1 167

0

5

0

L-Unjoni

113 346

39 779

2 373

32 960

0

136

0

Ir-Renju Unit

3 469

1 218

73

1 009

0

4

0

Total

116 815

40 997

2 446

33 969

0

140

0

(1)

Sa 10 % ta' din il-kwota tista' tinħażen u tintuża fis-sena ta' wara f'din iż-żona ta' ġestjoni biss.

”;

(ii)

it-tabella għall-brożmju (Brosme brosme) fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona 4 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Brożmju

Brosme brosme

Żona:

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona 4

(USK/04-N.)

Il-Belġju

 

0

 

TAC prekawzjonarja

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Id-Danimarka

 

50

 

Il-Ġermanja

 

0

 

Franza

 

0

 

In-Netherlands

 

0

 

L-Unjoni

 

50

 

 

 

 

 

TAC

 

Mhux rilevanti

 

”;

(iii)

it-tabella għall-aringa (Clupea harengus) fiż-żona 3a hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Aringa (1)

Clupea harengus

Żona:

3a

(HER/03A.)

Id-Danimarka

 

9 771

(1)(2)(3)

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Il-Ġermanja

 

156

(1)(2)(3)

L-Iżvezja

 

10 221

(1)(2)(3)

L-Unjoni

 

20 148

(1)(2)(3)

In-Norveġja

 

3 102

(2)

 

 

 

 

TAC

 

23 250

 

(1)

Il-qabdiet tal-aringi li jinqabdu fis-sajd bix-xbieki b'daqs tal-malja ta' 32 mm jew iktar.

(2)

L-ammonti li ġejjin biss tal-istokkijiet tal-aringa HER/03A. (HER/*03A.) u HER/03A-BC (HER/*03A-BC) jistgħu jinqabdu fiż-żona 3a:

Id-Danimarka

559

 

Il-Ġermanja

7

 

L-Iżvezja

403

 

L-Unjoni

969

 

In-Norveġja

310

 

(3)

Kundizzjoni speċjali: sa 50 % ta' dan l-ammont jista' jinqabad fl-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 4 (HER/*4-UK), u 50 % jistgħu jinqabdu fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 4b (HER/*4B-EU).

”;

(iv)

it-tabella għall-aringa (Clupea harengus) fl-ilmijiet tal-Unjoni, tar-Renju Unit u dawk Norveġiżi taż-żona 4 fit-Tramuntana ta' 53° 30' N hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Aringa (1)

Clupea harengus

Żona:

l-ilmijiet tal-Unjoni, tar-Renju Unit u dawk Norveġiżi taż-żona 4 fit-Tramuntana ta' 53° 30' N

(HER/4AB.)

Id-Danimarka

 

55 491

 

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 8(2) ta' dan ir-Regolament.

Il-Ġermanja

 

37 409

 

Franza

 

19 555

 

In-Netherlands

 

49 163

 

L-Iżvezja

 

3 753

 

L-Unjoni

 

165 371

 

Il-Gżejjer Faeroe

0

 

In-Norveġja

 

115 001

(2)

Ir-Renju Unit

72 563

 

 

 

 

 

TAC

 

396 556

 

(1)

Il-qabdiet tal-aringi li jinqabdu fis-sajd bix-xbieki b'daqs tal-malja ta' 32 mm jew iktar.

(2)

Il-qabdiet li jinqabdu fil-limiti ta' din il-kwota jridu jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC tan-Norveġja. Fil-limitu ta' din il-kwota, ma jistgħux jinqabdu iżjed mill-kwantità li ġejja fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 4b (HER/*4AB-C):

 

2 700

 

 

 

 

 

Kundizzjoni speċjali: fil-limiti ta' dawn il-kwoti, l-Unjoni ma tistax taqbad iktar mill-kwantità mniżżla hawn taħt fl-ilmijiet Norveġiżi li jinsabu fin-Nofsinhar ta' 62°N:

l-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta' 62o N (HER/*4N-S62)

 

 

 

 

L-Unjoni

 

2 700

 

 

 

 

 

”;

(v)

it-tabella għall-bakkaljaw (Gadus morhua) fiż-żona 4, fl-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a u f'dik il-parti taż-żona 3a li mhix koperta minn Skagerrak u Kattegat hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Bakkaljaw

Gadus morhua

Żona:

4; L-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a; dik il-parti taż-żona 3a li mhix koperta minn Skagerrak u Kattegat

(COD/2A3AX4)

Il-Belġju

 

542

(1)

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Id-Danimarka

 

3 118

 

Il-Ġermanja

 

1 977

 

Franza

 

670

(1)

In-Netherlands

 

1 761

(1)

L-Iżvezja

 

21

 

L-Unjoni

 

8 089

 

In-Norveġja

 

3 681

(2)

Ir-Renju Unit

9 882

(1)

 

 

 

 

TAC

 

21 652

 

(1)

Kundizzjoni speċjali: sa 5 % ta' din il-kwota jista' jinqabad: fiż-żona 7d (COD/*07D.).

 

(2)

Li minnhom 3 064 tunnellata jistgħu jinqabdu fl-ilmijiet tal-Unjoni. Il-qabdiet li jinqabdu fil-limiti ta' din il-kwota jridu jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC tan-Norveġja.

Kundizzjoni speċjali: fil-limiti ta' dawn il-kwoti, ma tistax tinqabad aktar mill-kwantità mogħtija hawn taħt f'din iż-żona:

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona 4 (COD/*04N-)

 

 

 

 

L-Unjoni

 

5 853

 

 

 

 

 

”;

(vi)

it-tabella għall-petriċi (Lophiidae) fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona 4 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Petriċi

Lophiidae

Żona:

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona 4

(ANF/04-N.)

Il-Belġju

 

33

 

TAC prekawzjonarja

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Id-Danimarka

 

842

 

Il-Ġermanja

 

13

 

In-Netherlands

 

12

 

L-Unjoni

 

900

 

 

 

 

 

TAC

 

Mhux rilevanti

 

”;

(vii)

it-tabella għall-merluzz (Melanogrammus aeglefinus) fiż-żona 4 u fl-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Merluzz tal-linja sewda

Melanogrammus aeglefinus

Żona:

4; L-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a

(HAD/2AC4.)

Il-Belġju

 

363

(1)

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 8(2) ta' dan ir-Regolament.

Id-Danimarka

 

2 495

(1)

Il-Ġermanja

 

1 588

(1)

Franza

 

2 768

(1)

In-Netherlands

 

272

(1)

L-Iżvezja

 

223

(1)

L-Unjoni

 

7 709

(1)

In-Norveġja

 

13 432

(2)

Ir-Renju Unit

 

37 261

 

 

 

 

 

TAC

 

58 402

 

(1)

Kundizzjoni speċjali: sa 10 % minn din il-kwota tista' tinqabad fl-ilmijiet tar-Renju Unit, f'dawk tal-Unjoni u f'dawk internazzjonali taż-żona 6a fit-Tramuntana ta' 58° 30' N (HAD/*6AN58).

(2)

Li minnhom 11 182 tunnellata jistgħu jinqabdu fl-ilmijiet tal-Unjoni. Il-qabdiet li jinqabdu fil-limiti ta' din il-kwota jridu jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC tan-Norveġja.

Kundizzjoni speċjali: fil-limiti ta' dawn il-kwoti, ma tistax tinqabad aktar mill-kwantità mogħtija hawn taħt f'din iż-żona:

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona 4 (HAD/*04N-)

 

 

 

 

L-Unjoni

 

4 774

 

 

 

 

 

”;

(viii)

it-tabella għall-merlangu (Merlangius merlangus) fiż-żona 3a hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Merlangu

Merlangius merlangus

Żona:

3a

(WHG/03A.)

Id-Danimarka

 

480

 

TAC prekawzjonarja

In-Netherlands

 

2

 

L-Iżvezja

 

52

 

L-Unjoni

 

534

 

 

 

 

 

TAC

 

676

 

”;

(ix)

it-tabella għall-merlangu (Merlangius merlangus) fiż-żona 4 u fl-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Merlangu

Merlangius merlangus

Żona:

4; L-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a

(WHG/2AC4.)

Il-Belġju

 

600

 

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 8(2) ta' dan ir-Regolament.

Id-Danimarka

 

2 596

 

Il-Ġermanja

 

675

 

Franza

 

3 900

 

In-Netherlands

 

1 500

 

L-Iżvezja

 

4

 

L-Unjoni

 

9 275

 

In-Norveġja

 

3 429

(1)

Ir-Renju Unit

 

21 410

 

 

 

 

 

TAC

 

34 294

 

(1)

Li minnhom 2 855 tunnellata jistgħu jinqabdu fl-ilmijiet tal-Unjoni. Il-qabdiet li jinqabdu fil-limiti ta' din il-kwota jridu jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC tan-Norveġja.

Kundizzjoni speċjali: fil-limiti ta' dawn il-kwoti, ma tistax tinqabad aktar mill-kwantità mogħtija hawn taħt f'din iż-żona:

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona 4 (WHG/*04N-)

 

 

 

 

L-Unjoni

 

5 333

 

 

 

 

 

”;

(x)

it-tabella għall-merluzz (Merluccius merluccius) fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona 4 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Merluzz

Merluccius merluccius

Żona:

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona 4

(HKE/04-N.)

Il-Belġju

 

16

 

TAC prekawzjonarja

Id-Danimarka

 

1 496

 

Il-Ġermanja

 

169

 

Franza

 

69

 

In-Netherlands

 

120

 

L-Iżvezja

 

Mhux rilevanti

 

L-Unjoni

 

1 870

 

 

 

 

 

TAC

 

Mhux rilevanti

 

”;

(xi)

it-tabella għall-istokkafixx (Micromesistius poutassou) fl-ilmijiet tar-Renju Unit, dawk tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Stokkafixx

Micromesistius poutassou

Żona:

L-ilmijiet tar-Renju Unit, dawk tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14

(WHB/1X14)

Id-Danimarka

 

62 968

(1)

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 8(2) ta' dan ir-Regolament.

Il-Ġermanja

 

24 483

(1)

Spanja

 

53 383

(1)(2)

Franza

 

43 821

(1)

L-Irlanda

 

48 761

(1)

In-Netherlands

 

76 784

(1)

Il-Portugall

 

4 959

(1)(2)

L-Iżvezja

 

15 576

(1)

L-Unjoni

 

330 735

(1)(3)

In-Norveġja

 

74 000

(4)(5)

Il-Gżejjer Faeroe

0

 

Ir-Renju Unit

106 036

 

 

 

 

 

TAC

 

Mhux rilevanti

 

(1)

Kundizzjoni speċjali: fil-limitu ta' kwantità totali tal-aċċess ta' 0 tunnellati għall-Unjoni, l-Istati Membri ma jistgħux jaqbdu iżjed mill-perċentwal li ġej tal-kwoti tagħhom fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe (WHB/*05-F.): 0 %

(2)

Jistgħu jsiru trasferimenti ta' din il-kwota lejn iż-żoni 8c, 9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1. Madankollu, il-Kummissjoni għandha tkun notifikata minn qabel bit-tali trasferimenti.

(3)

Kundizzjoni speċjali: mill-kwoti tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit, dawk tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14 (WHB/*NZJM1) u fiż-żoni 8c, 9 u 10; fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 (WHB/*NZJM2), tista' tinqabad il-kwantità li ġejja fiż-Żona Ekonomika tan-Norveġja jew fiż-żona tas-sajd ta' madwar Jan Mayen:

 

 

10 000

 

(4)

Jistgħu jinqabdu fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a, 4, 6a fit-Tramuntana ta' 56°30'N, 6b u 7 fil-Punent ta' 12°W.

(5)

Kundizzjoni speċjali: mill-kwota Norveġiża, tista' tinqabad il-kwantità li ġejja fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a, 4, 6a fit-Tramuntana ta' 56°30'N, 6b u 7 fil-Punent ta' 12°W:

 

 

150 000

 

”;

(xii)

it-tabella għall-istokkafixx (Micromesistius poutassou) fiż-żoni 8c, 9 u 10 u fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Stokkafixx

Micromesistius poutassou

Żona:

8c, 9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

(WHB/8C3411)

Spanja

 

41 910

 

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 8(2) ta' dan ir-Regolament.

Il-Portugall

 

10 477

 

L-Unjoni

 

52 387

(1)

 

 

 

 

TAC

 

Mhux rilevanti

 

(1)

Kundizzjoni speċjali: mill-kwoti tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14 (WHB/*NZJM1) u fiż-żoni 8c, 9 u 10; fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 (WHB/*NZJM2), tista' tinqabad il-kwantità li ġejja fiż-Żona Ekonomika tan-Norveġja jew fiż-żona tas-sajd ta' madwar Jan Mayen:

 

 

10 000

 

 

 

 

 

”;

(xiii)

it-tabella għal-lipp (Molva molva) fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona 4 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Lipp

Molva molva

Żona:

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona 4

(LIN/04-N.)

Il-Belġju

 

4

 

TAC prekawzjonarja

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Id-Danimarka

 

477

 

Il-Ġermanja

 

13

 

Franza

 

5

 

In-Netherlands

 

1

 

L-Unjoni

 

500

 

 

 

 

 

TAC

 

Mhux rilevanti

 

”;

(xiv)

it-tabella għall-iskampu (Nephrops norvegicus) fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona 4 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Skampu

Nephrops norvegicus

Żona:

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona 4

(NEP/04-N.)

Id-Danimarka

 

200

 

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Il-Ġermanja

 

0

 

L-Unjoni

 

200

 

 

 

 

 

TAC

 

Mhux rilevanti

 

”;

(xv)

it-tabella għall-gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis) fiż-żona 3a hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Gamblu tat-Tramuntana

Pandalus borealis

Żona:

3a

(PRA/03A.)

Id-Danimarka

 

1 429

 

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

L-Iżvezja

 

769

 

L-Unjoni

 

2 198

 

 

 

 

 

TAC

 

4 117

 

”;

(xvi)

it-tabella għall-gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis) fl-ilmijiet Norveġiżi li jinsabu fin-Nofsinhar ta' 62o N hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Gamblu tat-Tramuntana

Pandalus borealis

Żona:

L-ilmijiet Norveġiżi li jinsabu fin-Nofsinhar ta' 62o N

(PRA/4N-S62)

Id-Danimarka

 

200

 

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

L-Iżvezja

 

123

(1)

L-Unjoni

 

323

 

 

 

 

 

TAC

 

Mhux rilevanti

 

(1)

Il-qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-pollakkju, tal-merlangu u tal-pollakkju l-iswed iridu jinqatgħu mill-kwoti ta' dawk l-ispeċijiet.

”;

(xvii)

it-tabella għall-barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa) fiż-żona 4, fl-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a, f'dik il-parti taż-żona 3a li mhix koperta minn Skagerrak u Kattegat, hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Barbun tat-tbajja'

Pleuronectes platessa

Żona:

4; L-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a; dik il-parti taż-żona 3a li mhix koperta minn Skagerrak u Kattegat

(PLE/2A3AX4)

Il-Belġju

 

4 732

 

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 8(2) ta' dan ir-Regolament.

Id-Danimarka

 

15 378

 

Il-Ġermanja

 

4 436

 

Franza

 

887

 

In-Netherlands

 

29 572

 

L-Unjoni

 

55 005

 

In-Norveġja

 

9 305

(1)

Ir-Renju Unit

 

35 184

 

 

 

 

 

TAC

 

132 922

 

(1)

Li minnhom 7 746 tunnellata jistgħu jinqabdu fl-ilmijiet tal-Unjoni. Il-qabdiet li jinqabdu fil-limiti ta' din il-kwota jridu jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC tan-Norveġja.

Kundizzjoni speċjali: fil-limiti ta' dawn il-kwoti, ma tistax tinqabad aktar mill-kwantità mogħtija hawn taħt f'din iż-żona:

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona 4 (PLE/*04N-)

 

 

 

 

L-Unjoni

 

30 209

 

 

 

 

 

”;

(xviii)

it-tabella għall-pollakkju iswed (Pollachius virens) fiż-żoni 3a u 4 u fl-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Pollakkju iswed

Pollachius virens

Żona:

3a u 4; L-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a

(POK/2C3A4)

Il-Belġju

 

17

(1)

TAC analitika

Id-Danimarka

 

1 964

(1)

Il-Ġermanja

 

4 960

(1)

Franza

 

11 672

(1)

In-Netherlands

 

50

(1)

L-Iżvezja

 

270

(1)

L-Unjoni

 

18 933

(1)

In-Norveġja

 

28 255

(2)

Ir-Renju Unit

 

6 186

 

 

 

 

 

TAC

 

53 374

 

(1)

Kundizzjoni speċjali: sa 15 % minn din il-kwota tista' tinqabad fl-ilmijiet tar-Renju Unit, f'dawk tal-Unjoni u f'dawk internazzjonali taż-żona 6a fit-Tramuntana ta' 58° 30' N (POK/*6AN58).

(2)

Li minnhom 23 106 tunnellata tista' tinqabad fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 4 u fiż-żona 3a (POK/*3A4-C). Il-qabdiet li jinqabdu fil-limiti ta' din il-kwota jridu jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC tan-Norveġja.

Kundizzjoni speċjali: fil-limiti ta' dawn il-kwoti, ma tistax tinqabad aktar mill-kwantità mogħtija hawn taħt f'din iż-żona:

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona 4 (POK/*04N-)

 

 

 

 

 

L-Unjoni

 

16 178

 

 

 

 

 

”;

(xix)

it-tabella għal-lingwata komuni (Solea solea) fl-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk tal-Unjoni taż-żona 4 u fl-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Lingwata komuni

Solea solea

Żona:

L-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk tal-Unjoni taż-żona 4; L-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a

(SOL/24-C.)

Il-Belġju

 

681

 

TAC analitika

Id-Danimarka

 

311

 

Il-Ġermanja

 

545

 

Franza

 

136

 

In-Netherlands

 

6 151

 

L-Unjoni

 

7 824

 

In-Norveġja

 

5

(1)

Ir-Renju Unit

 

1 323

 

 

 

 

 

TAC

 

9 152

 

(1)

Din għandha tinqabad biss fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 4 (SOL/*04-EU).

”;

(xx)

it-tabella għal speċijiet oħra fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona 4 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Speċijiet oħra

Żona:

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona 4

(OTH/04-N.)

Il-Belġju

 

14

 

TAC prekawzjonarja

Id-Danimarka

 

1 320

 

Il-Ġermanja

 

149

 

Franza

 

61

 

In-Netherlands

 

106

 

L-Iżvezja

 

Mhux rilevanti

(1)

L-Unjoni

 

1 650

(2)

 

 

 

 

TAC

 

Mhux rilevanti

 

(1)

Kwota għal “speċijiet oħra” li n-Norveġja tradizzjonalment talloka lill-Iżvezja.

(2)

Speċijiet mhux koperti minn TACs oħra.

”;

(xxi)

it-tabella għal speċijiet oħra fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 4 u 6a li jinsabu fit-Tramuntana ta' 56° 30' N hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Speċijiet oħra

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 4 u 6a li jinsabu fit-Tramuntana ta' 56° 30' N

(OTH/46AN-EU)

L-Unjoni

 

Mhux rilevanti

 

TAC prekawzjonarja

In-Norveġja

 

500

(1)(2)

Il-Gżejjer Faeroe

 

0

 

 

 

 

 

TAC

 

Mhux rilevanti

 

(1)

Limitata għaż-żona 4 (OTH/*4-UE).

(2)

Speċijiet mhux koperti minn TACs oħra.

".

(2)

L-Anness IB:

(a)

it-tabella għall-aringa (Clupea harengus) fl-ilmijiet tar-Renju Unit, dawk tal-Gżejjer Faeroe, dawk Norveġiżi u dawk internazzjonali taż-żoni 1 u 2 hija sostitwita b'dan li ġej:

"

Speċi:

Aringa

Clupea harengus

Żona:

L-ilmijiet tar-Renju Unit, dawk tal-Gżejjer Faeroe, dawk Norveġiżi u dawk internazzjonali taż-żoni 1 u 2

(HER/1/2-)

Il-Belġju

10

 

TAC analitika

Id-Danimarka

10 220

 

Il-Ġermanja

1 790

 

Spanja

34

 

Franza

441

 

L-Irlanda

2 646

 

In-Netherlands

3 657

 

Il-Polonja

517

 

Il-Portugall

34

 

Il-Finlandja

158

 

L-Iżvezja

3 787

 

L-Unjoni

23 294

 

Ir-Renju Unit

9 983

 

 

 

 

TAC

511 171

 

Kundizzjoni speċjali: fil-limiti ta' dawn il-kwoti, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt fiż-żoni li ġejjin:

L-ilmijiet Norveġiżi li jinsabu fit-Tramuntana ta' 62° N u ż-żona tas-sajd ta' madwar Jan Mayen (HER/*2AJMN)

 

19 780

 

 

 

2, 5b fit-Tramuntana ta' 62° N (l-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe) (HER/*25B-F)

 

 

Il-Belġju

0

 

 

 

Id-Danimarka

0

 

 

 

Il-Ġermanja

0

 

 

 

Spanja

0

 

 

 

Franza

0

 

 

 

L-Irlanda

0

 

 

 

In-Netherlands

0

 

 

 

Il-Polonja

0

 

 

 

Il-Portugall

0

 

 

 

Il-Finlandja

0

 

 

 

L-Iżvezja

0

 

 

 

”;

(b)

it-tabella għall-bakkaljaw (Gadus morhua) fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Bakkaljaw

Gadus morhua

Żona:

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

(COD/1N2AB.)

Il-Ġermanja

2 081

 

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Il-Greċja

258

 

Spanja

2 321

 

L-Irlanda

258

 

Franza

1 911

 

Il-Portugall

2 321

 

L-Unjoni

9 150

 

 

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

”;

(c)

it-tabella għall-grenadieri (Macrourus spp.) fl-ilmijiet ta' Greenland taż-żoni 5 u 14 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Grenadieri

Macrourus spp.

Żona:

L-ilmijiet ta' Greenland taż-żoni 5 u 14

(GRV/514GRN)

L-Unjoni

60

(1)

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

 

 

 

TAC

Mhux rilevanti

(2)

(1)

Kundizzjoni speċjali: il-grenadier imnieħru tond (Coryphaenoides rupestris) (RNG/514GRN) u l-grenadier rasu raffa (Macrourus berglax) (RHG/514GRN) ma għandhomx ikunu fil-mira. Għandhom jinqabdu biss bħala qabdiet aċċessorji u għandhom jiġu rrapportati b'mod separat.

(2)

L-ammont ta' hawn taħt, f'tunnellati, huwa allokat lin-Norveġja. Kundizzjoni speċjali għal dan l-ammont: il-grenadier imnieħru tond (Coryphaenoides rupestris) (RNG/514GRN) u l-grenadier rasu raffa (Macrourus berglax) (RHG/514GRN) ma għandhomx ikunu fil-mira. Għandhom jinqabdu biss bħala qabdiet aċċessorji u għandhom jiġu rrapportati b'mod separat.

 

 

45

 

 

 

”;

(d)

it-tabella għall-grenadieri (Macrourus spp.) fl-ilmijiet ta' Greenland li jinsabu fin-NAFO 1 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Grenadieri

Macrourus spp.

Żona:

L-ilmijiet ta' Greenland li jinsabu fin-NAFO 1

(GRV/N1GRN.)

L-Unjoni

45

(1)

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

 

 

 

TAC

Mhux rilevanti

(2)

(1)

Kundizzjoni speċjali: il-grenadier imnieħru tond (Coryphaenoides rupestris) (RNG/N1GRN.) u l-grenadier rasu raffa (Macrourus berglax) (RHG/N1GRN.) ma għandhomx ikunu fil-mira. Għandhom jinqabdu biss bħala qabdiet aċċessorji u għandhom jiġu rrapportati b'mod separat.

(2)

L-ammont ta' hawn taħt, f'tunnellati, huwa allokat lin-Norveġja. Kundizzjoni speċjali għal dan l-ammont: il-grenadier imnieħru tond (Coryphaenoides rupestris) (RNG/N1GRN.) u l-grenadier rasu raffa (Macrourus berglax) (RHG/N1GRN.) ma għandhomx ikunu fil-mira. Għandhom jinqabdu biss bħala qabdiet aċċessorji u għandhom jiġu rrapportati b'mod separat.

 

 

55

 

 

 

”;

(e)

it-tabella għall-merluzz (Melanogrammus aeglefinus) fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Merluzz tal-linja sewda

Melanogrammus aeglefinus

Żona:

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

(HAD/1N2AB.)

Il-Ġermanja

250

 

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Franza

150

 

L-Unjoni

400

 

 

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

”;

(f)

it-tabella għall-gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis) fl-ilmijiet ta' Greenland taż-żoni 5 u 14 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Gamblu tat-Tramuntana

Pandalus borealis

Żona:

L-ilmijiet ta' Greenland taż-żoni 5 u 14

(PRA/514GRN)

Id-Danimarka

1 439

 

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Franza

1 438

 

L-Unjoni

2 877

 

In-Norveġja

2 123

 

 

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

”;

(g)

it-tabella għall-pollakkju iswed (Pollachius virens) fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Pollakkju iswed

Pollachius virens

Żona:

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

(POK/1N2AB.)

Il-Ġermanja

474

 

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Franza

76

 

L-Unjoni

550

 

 

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

”;

(h)

it-tabella għall-ħalibatt ta' Greenland (Reinhardtius hippoglossoides) fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Ħalibatt ta' Greenland

Reinhardtius hippoglossoides

Żona:

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

(GHL/1N2AB.)

Il-Ġermanja

125

(1)

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

L-Unjoni

125

(1)

 

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

(1)

Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta' din il-kwota.

”;

(i)

it-tabella għall-ħalibatt ta' Greenland (Reinhardtius hippoglossoides) fl-ilmijiet ta' Greenland li jinsabu fin-NAFO 1 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Ħalibatt ta' Greenland

Reinhardtius hippoglossoides

Żona:

L-ilmijiet ta' Greenland li jinsabu fin-NAFO 1

(GHL/N1G-S68)

Il-Ġermanja

1 700

(1)

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

L-Unjoni

1 700

(1)

In-Norveġja

325

(1)

 

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

(1)

Din il-kwota trid tinqabad fin-Nofsinhar ta' 68o N.

”;

(j)

it-tabella għall-ħalibatt ta' Greenland (Reinhardtius hippoglossoides) fl-ilmijiet ta' Greenland taż-żoni 5, 12 u 14 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Ħalibatt ta' Greenland

Reinhardtius hippoglossoides

Żona:

L-ilmijiet ta' Greenland taż-żoni 5, 12 u 14

(GHL/5-14GL)

Il-Ġermanja

4 300

 

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

L-Unjoni

4 300

(1)

In-Norveġja

850

 

 

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

(1)

Is-sajd għandu jsir minn mhux iktar minn sitt bastimenti jistadu fl-istess ħin.

”;

(k)

it-tabella għall-iskorfna tat-Tramuntana (Sebastes mentella) fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Skorfna tat-Tramuntana

Sebastes mentella

Zone:

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

(REB/1N2AB.)

Il-Ġermanja

851

 

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru. 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Spanja

106

 

Franza

93

 

Il-Portugall

450

 

Unjoni

1 500

 

 

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

”;

(l)

it-tabella għar-redfish (tal-qiegħ) (Sebastes spp.) fl-ilmijiet ta' Greenland tan-NAFO 1F u l-ilmijiet ta' Greenland taż-żoni 5 u 14 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Redfish (tal-qiegħ)

Sebastes spp.

Żona:

L-ilmijiet ta' Greenland tan-NAFO 1F u l-ilmijiet ta' Greenland taż-żoni 5 u 14

(RED/N1G14D)

Il-Ġermanja

969

(1)

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Franza

5

(1)

L-Unjoni

974

(1)

In-Norveġja

556

(1)

 

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

(1)

Din il-kwota tista' tinqabad biss bix-xbieki tat-tkarkir, u tista' tinqabad biss fit-tramuntana u fil-punent tal-linja ddefinita mill-koordinati li ġejjin:

Punt

Latitudni

Lonġitudni

 

1

59° 15' N

54° 26' W

 

2

59° 15' N

44° 00' W

 

3

59° 30' N

42° 45' W

 

4

60° 00' N

42° 00' W

 

5

62° 00' N

40° 30' W

 

6

62° 00' N

40° 00' W

 

7

62° 40' N

40° 15' W

 

8

63° 09' N

39° 40' W

 

9

63° 30' N

37° 15' W

 

10

64° 20' N

35° 00' W

 

11

65° 15' N

32° 30' W

 

12

65° 15' N

29° 50' W

 

”;

(m)

it-tabella għal speċijiet oħra fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Speċijiet oħra

Żona:

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

(OTH/1N2AB.)

Il-Ġermanja

89

(1)

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Franza

36

(1)

L-Unjoni

125

(1)

 

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

(1)

Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta' din il-kwota.

”.

(3)

Fl-Anness ID:

(a)

it-tabella għall-alonga tat-Tramuntana (Thunnus alalunga) fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Alonga tat-Tramuntana

Thunnus alalunga

Żona:

L-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N

(ALB/AN05N)

L-Irlanda

 

3 398,46

 

TAC analitika

Spanja

 

19 154,93

 

Franza

 

6 024,53

 

Il-Portugall

 

2 100,86

 

L-Unjoni

 

30 678,78

(1) (2)

 

 

 

 

TAC

 

37 801

 

(1)

F'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 520/2007, l-għadd ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu għall-alonga tat-Tramuntana bħala speċi fil-mira għandu jkun 1 241 .

(2)

Kundizzjoni speċjali: Fil-limitu ta' din il-kwota, fl-ilmijiet tar-Renju Unit (ALB/*AN05N-UK) ma tistax tinqabad kwantità akbar minn dik li ġejja: 280,00.

”;

(b)

it-tabella għall-alonga tan-Nofsinhar (Thunnus alalunga) fl-Oċean Atlantiku, fin-Nofsinhar ta' 5° N hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Alonga tan-Nofsinhar

Thunnus alalunga

Żona:

L-Oċean Atlantiku, fin-Nofsinhar ta' 5° N

(ALB/AS05N)

Spanja

 

1 051,29

 

TAC analitika

Franza

 

345,49

 

Il-Portugall

 

735,71

 

L-Unjoni

 

2 132,50

 

 

 

 

 

TAC

 

28 000

 

”;

(c)

it-tabella għat-tonn obeż (Thunnus obesus) fl-Oċean Atlantiku hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Tonn obeż

Thunnus obesus

Żona:

L-Oċean Atlantiku

(BET/ATLANT)

Spanja

 

8 181,90

(1)

TAC analitika

Franza

 

3 475,31

(1)

Il-Portugall

 

3 106,23

(1)

L-Unjoni

 

14 763,44

(1)

 

 

 

 

TAC

 

62 000

(1)

(1)

Il-qabdiet tat-tonn obeż minn bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża (BET/*ATLPS) u bil-konzijiet b'tul totali ta' 20 metru u aktar (BET/*ATLLL) għandhom jiġu rrapportati b'mod separat. Minn Ġunju 'l quddiem, meta l-qabdiet jilħqu 80 % tal-kwota, l-Istati Membri huma meħtieġa jibagħtu l-qabdiet għal dawn il-bastimenti kull ġimgħa.

”;

(d)

it-tabella għall-pixxispad (Xiphias gladius) fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Pixxispad

Xiphias gladius

Żona:

L-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N

(SWO/AN05N)

Spanja

 

6 359,36

(2)

TAC analitika

Il-Portugall

 

1 155,83

(2)

Stati Membri oħra

129,84

(1)(2)

L-Unjoni

 

7 645,03

 

 

 

 

 

TAC

 

13 200

 

(1)

Għall-qabdiet aċċessorji biss. Il-qabdiet li jridu jinqatgħu minn din il-kwota kondiviża għandhom jiġu rapportati separatament (SWO/AN05N_AMS).

(2)

Kundizzjoni speċjali: sa 2,39 % ta' din il-kwantità tista' tinqabad fl-Oċean Atlantiku, fin-Nofsinhar ta' 5 N (SWO/*AS05N). Il-qabdiet li jridu jinqatgħu minn din il-kwota kondiviża għandhom jiġu rrapportati b'mod separat (SWO/*AS05N_AMS).

”;

(e)

it-tabella għall-pixxispad (Xiphias gladius) fl-Oċean Atlantiku, fin-Nofsinhar ta' 5° N hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi:

Pixxispad

Xiphias gladius

Żona:

L-Oċean Atlantiku, fin-Nofsinhar ta' 5° N

(SWO/AS05N)

Spanja

 

5 002,72

(1)

TAC analitika

Il-Portugall

 

329,53

(1)

L-Unjoni

 

5 332,26

 

 

 

 

 

TAC

 

10 000

 

(1)

Kundizzjoni speċjali: sa 3,51 % ta' din il-kwantità tista' tinqabad fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5 N (SWO/*AN05N).

”.

(4)

L-Anness IH huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS IH

ŻONA TAL-KONVENZJONI TAL-SPRFMO

Speċi:

Pixxisinna

Dissostichus spp.

Żona:

Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO

(TOT/SPR-RB)

TAC

75

(1)

TAC prekawzjonarja

(1)

Din it-TAC annwali hija għal sajd esploratorju biss. Is-sajd għandu jkun limitat għal vjaġġ wieħed ta' durata massima ta' 60 jum konsekuttiv li jista' jseħħ fi kwalunkwe żmien bejn l-1 ta' Mejju u l-15 ta' Novembru 2023. Mill-1 sal-15 ta' Novembru 2023, il-konzijiet għandhom jiġu ssettjati bil-lejl biss u s-sajd kollu għandu jieqaf minnufih jekk isseħħ il-mewt ta' dan li ġej:

(a)

waħda minn kwalunkwe waħda mill-ispeċijiet li ġejjin: l-albatru li jgħajjat (Diomedea exulans), l-albatru ta' rasu griża (Thalassarche chrysostoma), l-albatru tal-ħuġbejn suwed (Thalassarche melanophris), il-kanġu griż (Procellaria cinerea), il-kanġu ta' rixu griż u abjad (Pterodroma mollis); jew

(b)

tliet individwi minn kwalunkwe waħda mill-ispeċijiet li ġejjin: l-albatru griż (Phoebetria palpebrata), il-kanġu kbir tan-nofsinhar (Macronectes giganteus) u l-kanġu kbir tat-tramuntana (Macronectes halli).

Is-sajd għandu jkun limitat ukoll għal għadd massimu ta' 5 000 sunnara għal kull sett, b'massimu ta' 120 sett. Il-konzijiet għandhom jiġu ssettjati mill-inqas 3 mili nawtiċi lil hinn minn xulxin, u ma għandhomx jiġu ssettjati f'postijiet tas-sajd bil-konz preċedenti fi żmien sena kalendarja. Is-sajd għandu jieqaf meta tintlaħaq it-TAC jew meta jkunu tniżżlu u nġabru 120 sett matul il-vjaġġ, skont liema minn dawn iseħħ l-ewwel. Is-sajd għandu jkun limitat għal fond ta' bejn 600 m u 2 500  m u jsir biss fi ħdan il-blokka ta' riċerka li ġejja:

 

NW

50° 30' S, 136° E

 

 

NE

50° 30' S, 140° 30' E

 

 

Angolu rientranti-E

52° 45' S, 140° 30' E

 

 

Angolu saljenti-E

52° 45' S, 145° 30' E

 

 

SE

54° 50' S, 145° 30' E

 

 

SW

54° 50' S, 136° E

 

 


Speċi:

Sawrella kaħla

Trachurus murphyi

Żona:

Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO

(CJM/SPRFMO)

Il-Ġermanja

15 280,63

 

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

In-Netherlands

16 562,63

 

Il-Litwanja

10 632,66

 

Il-Polonja

18 282,08

 

L-Unjoni

60 758,00

 

 

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

”.

(5)

L-Anness I huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS IJ

ŻONA TA' KOMPETENZA TAL-IOTC

Il-qabdiet tat-tonna safra (Thunnus albacares) mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ma għandhomx jaqbżu l-limiti ta' qbid stabbiliti f'dan l-Anness.

Speċi:

Tonna safra

Thunnus albacares

Żona:

Żona ta' Kompetenza tal-IOTC

(YFT/IOTC)

Franza

27 710

 

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

L-Italja

2 365

 

Spanja

42 903

 

Il-Portugall

100

(1)

L-Unjoni

73 078

 

 

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

(1)

Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta' din il-kwota.

”.

(6)

Fl-Anness VI:

(a)

Il-punt 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.

Għadd massimu ta' bastimenti tas-sajd ta' kull Stat Membru li jistgħu jkunu awtorizzati jistadu għat-tonn, iżommuh abbord, jittrażbordawh, jittrasportawh jew iħottuh l-art fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran

Tabella A

 

Għadd ta' bastimenti tas-sajd (1)

 

Il-Greċja (2)

Spanja

Franza

Il-Kroazja

L-Italja

Ċipru (3)

Malta (4)

Il-Portugall

Bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża (5)

0

6

22

18

21

1

2

0

Bastimenti tas-sajd bil-konz

0

41

23

0

40

20

63

0

Dgħajsa tas-sajd bil-lixka

0

66

8

0

0

0

0

0

Xlief

0

1

47

12

0

0

0

0

Bastiment tat-tkarkir

0

0

57

0

0

0

0

0

Fuq skala żgħira

38

850

140

0

0

0

0

76

Sajd artiġjanali ieħor (6)

65

0

0

0

60

0

236

0

";

(b)

Il-punt 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.

Il-kapaċità massima tat-trobbija u tat-tismin tat-tonn għal kull Stat Membru u l-input massimu tat-tonn maqbud fis-selvaġġ li kull Stat Membru jista' jalloka lill-farms tiegħu fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran

Tabella A

Kapaċità massima tat-trobbija u tat-tismin tat-tonn

 

Għadd ta' farms

Kapaċità (f'tunnellati)

Il-Greċja

2

2 100

Spanja

10

11 852

Il-Kroazja

4

7 880

L-Italja

13

10 220

Ċipru

3

1 034

Malta

7

14 679

Il-Portugall

2

500

Tabella B

Ammont massimu ta' tonn maqbud fis-selvaġġ (f'tunnellati)

Il-Greċja

785,0

Spanja

7 738,9

Il-Kroazja

2 947,0

L-Italja

2 064,0

Ċipru

756,6

Malta

10 486,0

Il-Portugall

350,0

”.


(1)  In-numri f'din it-tabella jistgħu jkomplu jiżdiedu, dment li jkun hemm konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

(2)  Bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża ta' daqs medju jkun ġie sostitwit minn mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konz jew minn bastiment tas-sajd wieħed bit-tartarun tal-borża żgħir u tliet bastimenti oħra tas-sajd artiġjanali.

(3)  Bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża ta'daqs medju jista' jiġi sostitwit minn mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konz jew minn bastiment tas-sajd wieħed bit-tartarun tal-borża żgħir u mhux aktar minn tliet bastimenti tas-sajd bil-konz.

(4)  Bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża ta' daqs medju jista' jiġi sostitwit minn mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konz.

(5)  L-għadd individwali ta' bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża f'din it-tabella huwa r-riżultat ta' trasferimenti bejn l-Istati Membri u ma jikkostitwix drittijiet storiċi għall-futur.

(6)  Bastimenti polivalenti, li jużaw tagħmir b'aktar minn irkaptu wieħed (konz, xlief, xlief bir-rixa).