li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 33 u 36 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1)
Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.
(2)
F'konformità mal-Artikolu 36(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, il-Kunsill irrieżamina l-listi ta' persuni u entitajiet iddeżinjati li jinsabu fl-Annessi II, III, V u VI għal dik id-Deċiżjoni.
(3)
Jenħtieġ li jinżammu l-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet kollha fil-listi li jinsabu fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, bl-eċċezzjoni ta' persuna deċeduta waħda deżinjata fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni, li l-entrata tagħha jenħtieġ li titneħħa. Jenħtieġ li l-entrati għal 16-il persuna u erba' entitajiet f’dawk l-Annessi jiġu aġġornati.
(4)
Fid-29 ta' Ġunju 2023 u fis-16 ta' Awwissu 2023, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ("KSNU") stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU aġġorna l-informazzjoni relatata ma' 23 persuna u entità waħda fil-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849. Jenħtieġ għalhekk li l-entrati għal 23 persuna u entità waħda fl-Anness I jiġu aġġornati.
(5)
Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 tiġi emendata skont dan,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I, II u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huma emendati f'konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa emendat kif ġej:
(a)
taħt l-intestatura “Lista ta’ persuni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 23(1) u ta’ persuni u entitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 27(1)”, is-subintestatura "A. Persuni", l-entrati 2, 3, 4, 8, 12, 19, 20, 25, 26, 36, 43, 50, 51, 53, 55, 58, 63, 64, 65, 68, 74, 77 u 79 huma sostitwiti b'dan li ġej:
Isem
Psewdonimu
Data tat-twelid
Data tad-deżinjazzjoni min-NU
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet
"2.
Ri Je-son
Isem bil-Korean:
;
Isem biċ-Ċiniż:
magħruf ukoll bħala Ri Che Son
Data tat-twelid: 1938
16.7.2009
Eks Ministru għall-Industrija tal-Enerġija Atomika. Ex-Direttur tal-General Bureau of Atomic Energy (GBAE), l-aġenzija ewlenija li tmexxi l-programm nukleari tar-RDPK; iffaċilita diversi inizjattivi nukleari, inkluż il-ġestjoni mill-GBAE tal-Yongbyon Nuclear Research Centre u n-Namchongang Trading Corporation.
3.
Hwang Sok-hwa
Hwang Sok Ha
Data tat-twelid: 26.9.1943
16.7.2009
Direttur fil-General Bureau of Atomic Energy (GBAE); involut fil-programm nukleari tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea; bħala Kap tas-Scientific Guidance Bureau fil-GBAE, serva fil-Kumitat Xjentifiku ġewwa l-Joint Institute for Nuclear Research.
4.
Ri Hong-sop
Data tat-twelid: 26.2.1940
Nazzjonalità: RDPK
Indirizz: Pyongyang, DPRK
16.7.2009
Eks direttur tal-Yongbyon Nuclear Research Centre, u Kap tan-Nuclear Weapons Institute, ħa ħsieb tliet faċilitajiet prinċipali li jassistu fil-produzzjoni ta' plutonju għal użu militari: il-Fuel Fabrication Facility, in-Nuclear Reactor, u r-Reprocessing Plant.
8.
Ra Ky'ong-Su
Ra Kyung-Su;
Chang, Myong Ho;
Chang Myo'ng-Ho;
Chang, Myong-Ho;
Ra Kyong-Su
Data tat-twelid: 4.6.1954
Numru tal-passaport: 645120196
Nazzjonalità: RDPK
22.1.2013
Ra Ky'ong-Su huwa uffiċjal tat-Tanchon Commercial Bank (TCB). F'din il-kapaċità ffaċilita tranżazzjonijiet għat-TCB. It-Tanchon ġie ddeżinjat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 bħala l-entità finanzjarja ewlenija tar-RDPK responsabbli għall-bejgħ ta' armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta' armi bħal dawn.
12.
Mun Cho'ng- Ch'o'l
Mun Chong-Chol
Data tat-twelid: 23.12.1964
Nazzjonalità: RDPK
Indirizz: C/O Tanchon Commercial Bank, Pyongyang, DPRK, Saemaeul 1-Dong, Pyongchon District
7.3.2013
Mun Cho'ng-Ch'o'l huwa uffiċjal tat-Tanchon Commercial Bank (TCB). F'din il-kapaċità ffaċilita tranżazzjonijiet għat-TCB. It-Tanchon ġie ddeżinjat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u huwa l-entità finanzjarja prinċipali tar-RDPK għall-bejgħ ta' armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta' armi bħal dawn.
19.
Kang Mun Kil
Jiang Wen-ji;
Jian Wenji
Data tat-twelid: 9.2.1963
Numru tal-passaport: PS 472330208
(jiskadi fl-4.7.2017)
Nazzjonalità: RDPK
Indirizz: DPRK
2.3.2016
Kang Mun Kil wettaq attivitajiet ta' akkwist nukleari bħala rappreżentant ta' Namchongang, magħruf ukoll bħala Namhung.
20.
Kang Ryong
Data tat-twelid: 21.8.1969
Nazzjonalità: RDPK
2.3.2016
Eks Rappreżentant fis-Sirja tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID).
25.
Ko Tae Hun
Kim Myong Gi
Data tat-twelid: 25.5.1972;
Numru tal-passaport: 563120630;
Data ta' skadenza tal-passaport:
20.3.2018;
Nazzjonalità: RDPK
2.3.2016
Uffiċjal tat-Tanchon Commercial Bank.
26.
Ri Man Gon
Data tat-twelid: 29.10.1945;
Numru tal-passaport: P0381230469;
Data ta' skadenza tal-passaport: 6.4.2016;
Nazzjonalità: RDPK
2.3.2016
Eks Ministru tal-Munitions Industry Department (id-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjon).
36.
Kim Sok Chol
Data tat-twelid: 8.5.1955
Nazzjonalità: RDPK
Indirizz: Myanmar
Numru tal-passaport: 472310082
30.11.2016
Eks Ambaxxatur tar-RDPK għall-Myanmar. Huwa jopera bħala faċilitatur tal-KOMID. Tħallas mill-KOMID għall-assistenza tiegħu u jorganizza laqgħat f'isem il-KOMID, inkluż laqgħa bejn il-persuni relatati mad-difiża tal-KOMID u tal-Myanmar biex jiġu diskussi kwistjonijiet finanzjarji.
43.
Jo Yong-Won
Cho Yongwon
Data tat-twelid: 24.10.1957
Numru tal-passaport: 108210124 (Skadenza: 4 ta' Ġunju 2023)
Nazzjonalità: RDPK
Sess: raġel
Indirizz: DPRK
2.6.2017
Segretarju u Kap tad-Dipartiment għall-Organizzazzjoni u l-Gwida tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u eks Viċi Direttur tad-Dipartiment għall-Organizzazzjoni u l-Gwida tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li jmexxi l-ħatriet ewlenin tal-persunal għall-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u l-militar tar-RDPK.
50.
Pak To Chun
Pak Do Chun;
Pak To'-Ch'un
Data tat-twelid: 9.3.1944
Nazzjonalità: RDPK
2.6.2017
Pak To Chun huwa eks Segretarju tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjon (MID) u attwalment jagħti pariri dwar affarijiet marbuta mal-programmi nukleari u tal-missili. Kien membru tal-Kummissjoni għall-Affarijiet tal-Istat u huwa membru tal-Bureau Politiku tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Miet fis-27 ta' Lulju 2022.
51.
Ri Jae Il
Ri, Chae-Il
Sena tat-twelid: 1934
Nazzjonalità: RDPK
2.6.2017
Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Propaganda u l-Aġitazzjoni għall-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li jikkontrolla l-media kollha tar-RDPK u li jintuża mill-gvern biex jikkontrolla l-pubbliku. Miet fl-4 ta' Frar 2021.
53.
Ri Yong Mu
Ri Yong-Mu
Data tat-twelid: 25.1.1925
Nazzjonalità: RDPK
Indirizz: DPRK
Viċi President tal-Kummissjoni għall-Affarijiet tal-Istat, li tmexxi u tiggwida l-affarijiet kollha tar-RDPK marbuta mal-militar, id-difiża u s-sigurtà, inkluż l-akkwisti. Miet fis-27 ta' Jannar 2022.
Rappreżentant għall-Korea Kwangson Banking Corporation u eks Viċi Rappreżentant għall-Korea Kwangson Banking Corporation, li tipprovdi servizzi finanzjarji b'appoġġ għat-Tanchon Commercial Bank u l-Korea Hyoksin Trading, entità li taqa' taħt il-Korea Ryonbong General Corporation.
63.
Pak Yong Sik
Pak Yo'ng-sik
Data tat-twelid: 1950
Nazzjonalità: RDPK
Indirizz: DPRK
11.9.2017
Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija responsabbli għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki militari tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, tikkmanda u tikkontrolla l-militar tar-RDPK, u tgħin tidderieġi l-industriji tad-difiża militari tal-pajjiż.
64.
Ch'oe So'k Min
Choe Sok Min
Data tat-twelid: 25.7.1978
Nazzjonalità: RDPK
Sess: raġel
22.12.2017
Eks rappreżentant barrani tal-Foreign Trade Bank. Fl-2016, Ch'oe So'k-min kien il-viċi rappreżentant tal-uffiċċju tal-fergħa tal-Foreign Trade Bank f'dik il-lokalità barranija. Huwa kien assoċjat ma' trasferimenti ta' flus kontanti minn dak l-uffiċċju barrani tal-Foreign Trade Bank lejn banek affiljati ma' organizzazzjonijiet speċjali tal-Korea ta' Fuq u operattivi tar-Reconnaissance General Bureau f'lokalitajiet barranin fi sforz sabiex jiġu evitati s-sanzjonijiet.
Segretarju tal-Partit tal-Ħaddiema u Membru tal-Bureau Politiku. Eks Membru supplenti tal-Bureau Politiku tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u l-Ewwel Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjon.
79.
Ri U’n So’ng
Ri Eun Song;
Ri Un Song
Data tat-twelid: 23.7.1969
Nazzjonalità: RDPK
Sess: raġel
22.12.2017
Eks rappreżentant barrani tal-Korea Unification Development Bank."
(b)
taħt l-intestatura Lista ta’ persuni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 23(1) u ta’ persuni u entitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 27(1)”, subintestatura "B. Entitajiet", l-entrata 28 hija sostitwita b'dan li ġej:
Isem
Psewdonimu
Lokalità
Data tad-deżinjazzjoni min-NU
Informazzjoni oħra
"28.
Munitions Industry Department (Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjon)
Military Supplies Industry Department (Dipartiment tal-Industrija tal-Provvisti Militari);
MID;
Machine Industry Department (Dipartiment tal-Industrija tal-Makkinarju)
Pyongyang, DPRK
2.3.2016
Id-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjon (MID) huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm ta' missili tar-RDPK. L-MID huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluż it-Taepo Dong-2. L-MID jissorvelja l-programmi tal-produzzjoni tal-armi u ta' R&Ż tar-RDPK, inkluż il-programm tal-missili ballistiċi tar-RDPK. Is-Second Economic Committee (it-Tieni Kumitat Ekonomiku) u s-Second Academy of Natural Sciences (it-Tieni Akkademja ta' Xjenzi Naturali) — iddeżinjati wkoll f'Awwissu 2010 — huma jaqgħu taħt l-MID. Fis-snin reċenti l-MID ħadem biex jiżviluppa l-KN08 road-mobile ICBM. L-MID jissorvelja l-programm nukleari tar-RDPK. In-Nuclear Weapons Institute jaqa’ taħt l-MID."
(2)
L-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa emendat kif ġej:
(a)
taħt l-intestatura "I. Persuni u entitajiet responsabbli għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew fuq id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom", is-subintestatura "A. Persuni", l-entrata 3 titħassar u l-entrati 4, 7, 10, 11, 17, 28, 29 u 31 huma sostitwiti b'dan li ġej:
Isem
Psewdonimu
Informazzjoni ta' identifikazzjoni
Data tad-deżinjazzjoni
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet
"4.
PAK Jae-gyong
박재경
PAK Chae-Kyong
PAK Jae Gyong
Data tat-twelid: 10.6.1933
Numru tal-passaport: 554410661
Sess: raġel
22.12.2009
Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Poplu u eks Viċi Direttur tal-Uffiċċju tal-Loġistika tal-Forzi Armati tal-Poplu (konsulent militari tal-mejjet Kim Jong-Il). Kien preżenti waqt l-ispezzjoni tal-Kmand tal-Forzi Ballistiċi Strateġiċi minn Kim Jong Un fl-2012. Eks membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. President tal-Kumitat Korean tal-Veterani kontra l-Imperjaliżmu. Pak Jae Gyong ġie deskritt bħala membru tal-veteran cadres mistieden għal ikliet ma' Kim Jong Un fi Pyongyang fid-9 ta' Settembru 2022 fl-okkażjoni tal-74 anniversarju mit-twaqqif tar-RDPK.
7.
KIM Yong Chol
김영철
KIM Yong-Chol; KIM Young-Chol; KIM Young-Cheol; KIM Young-Chul
Data tat-twelid: 1946
Post tat-Twelid: Pyongan-Pukto, DPRK
Sess: raġel
19.12.2011
Membru supplenti tal-Bureau Politiku u Membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, Membru tal-Kummissjoni għall-Affarijiet tal-Istat tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u, minn Ġunju 2023, Konsulent tad-Dipartiment tal-Front Magħqud. Eks Kmandant tal-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni (Reconnaissance General Bureau (RGB)), entità sanzjonata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.
10.
HONG Sung-Mu
홍승무
HONG Sung Mu
Data tat-twelid: 1.1.1942
Sess: raġel
20.5.2016
Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjon (Munitions Industry Department (MID)). Il-MID – iddeżinjat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fit-2 ta' Marzu 2016 – huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm tal-missili tar-RDPK. Il-MID huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluż il-programmi ta' riċerka u żvilupp. Bħala tali, Hong huwa responsabbli għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. Kien xhud għall-illanċjar tal-missila ballistika interkontinentali Hwasong-15 fit-28 ta' Novembru 2017. F'Lulju 2020 ipparteċipa f'laqgħa tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea ddedikata għad-"deterrenza mill-gwerra", ewfemiżmu użat biex jirreferi għall-programm nukleari tar-RDPK. Rielett għall-Kumitat Ċentrali tal-Partit f'Jannar 2021. F'Marzu 2023, deher f'ritratti ma' Kim Jong Un jispezzjona l-allegati testati nukleari lesti biex jiġu mmuntati fuq missili ballistiċi.
11.
JO Kyongchol
조경철
JO Kyong Chol
Sess: raġel
20.5.2016
Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Maħtur bħala Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea f'Ġunju 2022, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tal-Kmand Militari tas-Sigurtà. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. Akkumpanja lil Kim Jong Un għall-akbar taħriġ li qatt sar tal-artillerija li twassal fit-tul. Rielett għall-Kumitat Ċentrali tal-Partit f'Jannar 2021.
17.
PAK Jong-chon
박정천
PAK Jong Chon
Sess: raġel
20.5.2016
Eks Membru tal-Presidju tal-Bureau Politiku tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema, eks Viċi President tal-Kummissjoni Militari Ċentrali, eks Segretarju tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Membru tal-Kummissjoni għall-Affarijiet tal-Istat, Marixxall u eks Kap tal-Persunal Ġenerali. Wettaq ir-rieżami formali fil-parata militari tal-25 ta' April 2022, li jindika r-rwol tiegħu fl-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva u r-responsabbiltà tiegħu għalihom.
28.
Kim Su Gil
김수길
Kim Su-gil
Data tat-twelid: 1950
21.4.2022
Fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur tal-Bureau Politiku Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean bejn l-2018 u l-2021 u Membru tal-Kummissjoni għall-Affarijiet tal-Istat bejn l-2019 u l-2021, u l-pożizzjoni tiegħu fl-2023 bħala l-Kap Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tal-Belt ta' Pyongyang u Membru Supplenti tal-Bureau Politiku, huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, relatati mal-iżvilupp ta' programmi nukleari u ballistiċi bi ksur tar-Riżoluzzjonijiet 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017), 2371 (2017), 2375 (2017), u 2397 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.
29.
JON Il Ho
전일호
JON Il-Ho
Data tat-twelid: 1955 jew 1956
Nazzjonalità: RDPK
Sess: raġel
21.4.2022
Fil-kapaċità tiegħu bħala President tal-Kumitat tal-Akkademja għar-Riċerka dwar id-Difiża tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea (Workers’ Party of Korea (WPK)) u membru tal-Kumitat Ċentrali tad-WPK, huwa għandu rwol ewlieni fl-iżvilupp tal-programmi tar-RDPK dwar l-armi ta' qerda massiva u huwa responsabbli għalih. Promoss għal Kurunell Ġenerali f'Awwissu 2019, irċieva l-Premju għax-Xjenza u t-Teknoloġija tas-16 ta' Frar, Direttur tal-Istitut tar-Riċerka tal-Awtomatizzazzjoni u Direttur tal-Istitut tal-Università tat-Teknoloġija Kim Chaek, u Viċi Direttur ta' Dipartiment tal-Kumitat Ċentrali tad-WPK, huwa pparteċipa fl-illanċjar tal-missila ballistika interkontinentali (ICBM) Hwasong-14 fl-4 ta' Lulju 2017 u t-28 ta' Lulju 2017, kif ukoll il-biċċa l-kbira ta' llanċjar ieħor ta' missili fl-2017, l-2019 u f'Marzu 2020.
31.
YU Jin
유진
YU Jin
Data tat-twelid: 1960
Nazzjonalità: RDPK
Sess: raġel
21.4.2022
Fil-kapaċità tiegħu bħala eks Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjon u, mill-1 ta' Jannar 2023, Membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, huwa responsabbli talli kellu rwol ewlieni fl-iżvilupp tal-programmi tar-RDPK dwar l-armi ta' qerda massiva kemm fl-oqsma nukleari kif ukoll f'dawk ballistiċi. Huwa akkumpanja lil Kim Jong Un fl-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Iżvilupp tal-Ajruspazju qabel l-illanċjar ta' missili ballistiċi interkontinentali (ICBM) ta' Marzu 2022 u ħa sehem fil-Wirja tad-Difiża Nazzjonali tal-2021, li apparentement uriet sistemi ta' armi ġodda. Bħala Viċi Direttur, huwa kien preżenti waqt it-testijiet tal-ICBM Hwasong-14 tal-4 ta' Lulju 2017 u t-28 ta' Lulju 2017, kif ukoll waqt l-ispezzjoni minn Kim Jong Un ta' tip ġdid ta' sottomarin, li r-RDPK indikat li kien intiż għall-iskop "strateġiku" li jiġu skjerati missili ballistiċi llanċjati minn sottomarini, li possibbilment kapaċi jġorru testati nukleari, fit-22 ta' Lulju 2019 u l-illanċjar ta' missili ballistiċi fil-25 ta' Lulju u t-30 ta' Lulju 2019, u fit-2 ta' Awwissu 2019."
(b)
taħt l-intestatura "I. Persuni u entitajiet responsabbli għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew fuq id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom", is-subintestatura "B. Entitajiet", l-entrata 4 hija sostitwita b'dan li ġej:
Isem
Psewdonimu
Lokalità
Data tad-deżinjazzjoni
Informazzjoni oħra
"4.
Ċentru ta' Riċerka Xjentifika Nukleari ta' Yongbyon
녕변 원자력 연구소
영변 원자력 연구소
22.12.2009
Faċilitajiet li kapaċi jipproduċu materjal fissili għal użi militari, inkluż reattur ta' 5MW (e), faċilità ta' riproċessar tal-plutonju (laboratorju radjukimiku), u faċilità rappurtata għall-arrikkiment tal-uranju. Iċ-Ċentru jiddependi mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità ddeżinjata mill-KSNU, 16.7.2009). Fir-rapport finali tiegħu ta' Marzu 2023, il-Bord ta' Esperti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1874 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU nnota indikazzjonijiet ta' testijiet possibbli tas-sistema tat-tkessiħ bl-ilma fir-Reattur tal-Ilma Ħafif, immaġnijiet bis-satellita li juru li r-reattur ta' 5MW kien kompla jopera u sinjali intermittenti ta' duħħan miċ-ċumnija tal-impjant termali tal-laboratorju radjukimiku. Traċċi ta' fwar mill-bini tal-produzzjoni tad-diossidu tal-uranju probabbilment indikaw li r-RDPK kienet ser tkompli l-produzzjoni ta' materjal fissili."
(3)
L-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa emendat kif ġej:
(a)
taħt l-intestatura "Lista ta' persuni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1) u l-punt (c) tal-Artikolu 27(1)", is-subintestatura "A. Persuni", l-entrati 8, 10, 11, 12, 13, 14, 15 u 31 huma sostitwiti b'dan li ġej:
Isem
Informazzjoni ta' identifikazzjoni
Data tad-deżinjazzjoni
Raġunijiet
"8.
KIM Chang Hyok
magħruf ukoll bħala: James Kim
김창혁
Data tat-twelid: 29.4.1963
Post tat-twelid: N. Hamgyong
Numru tal-passaport: 472130058
22.1.2018
Kim Chang Hyok ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala r-rappreżentant tal-Pan Systems Pyongyang fil-Malasja. Il-Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Il-Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mill-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti, u taħdem f'ismu.
Huwa stabbilixxa diversi kontijiet fil-Malasja f'isem il-kumpaniji faċċata "Glocom", hija stess kumpanija faċċata tal-entità ddeżinjata Pan Systems Pyongyang.
Ir-Rapport Finali ta' Marzu 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU jippreżenta informazzjoni li l-Pan Systems qed tkompli tinvolvi ruħha f'tentattivi ta' esportazzjoni ta' armi.
10.
RYANG Su Nyo
량수니오
Data tat-twelid: 11.8.1959
Post tat-twelid: Ġappun
22.1.2018
Direttur tal-Pan Systems Pyongyang. Il-Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Il-Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mill-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti, u taħdem f'ismu. Ir-Rapport Finali ta' Marzu 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU jippreżenta informazzjoni li l-Pan Systems qed tkompli tinvolvi ruħha f'tentattivi ta' esportazzjoni ta' armi.
11.
PYON Won Gun
변원군
Data tat-twelid: 13.3.1968
Post tat-twelid: S. Phyongan
Numru tal-passaport tas-servizz: 836220035
Numru tal-passaport: 290220142
22.1.2018
Direttur ta’ Glocom, kumpanija faċċata tal-Pan Systems Pyongyang. Il-Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Il-Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mill-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti, u taħdem f'ismu,.
Il-Glocom tirreklama tagħmir tal-komunikazzjoni bir-radju għal organizzazzjonijiet militari u paramilitari.
Pyon Won Gun ġie identifikat ukoll mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala ċittadin tar-RDPK li jħaddem il-Pan Systems Pyongyang. Ir-Rapport Finali ta' Marzu 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU jippreżenta informazzjoni li l-Pan Systems qed tkompli tinvolvi ruħha f'tentattivi ta' esportazzjoni ta' armi.
12.
PAE Won Chol
배원철
Data tat-twelid: 30.8.1969
Post tat-twelid: Pyongyang
Numru tal-Passaport Diplomatiku: 654310150
22.1.2018
Pae Won Chol ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala ċittadin tar-RDPK li jħaddem il-Pan Systems Pyongyang. Il-Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Il-Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mill-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti, u taħdem f'ismu,. Ir-Rapport Finali ta' Marzu 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU jippreżenta informazzjoni li l-Pan Systems qed tkompli tinvolvi ruħha f'tentattivi ta' esportazzjoni ta' armi.
13.
RI Sin Song
리신송
22.1.2018
Ri Sin Song ġiet identifikata mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala ċittadin tar-RDPK li jħaddem il-Pan Systems Pyongyang. Il-Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Il-Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mill-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti, u taħdem f'ismu. Ir-Rapport Finali ta' Marzu 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU jippreżenta informazzjoni li l-Pan Systems qed tkompli tinvolvi ruħha f'tentattivi ta' esportazzjoni ta' armi.
14.
KIM Sung Su
김성수
22.1.2018
Kim Sung Su ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala r-rappreżentant ta' Pan Systems Pyongyang fiċ-Ċina. Il-Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Il-Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mill-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti, u taħdem f'ismu. Ir-Rapport Finali ta' Marzu 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU jippreżenta informazzjoni li l-Pan Systems qed tkompli tinvolvi ruħha f'tentattivi ta' esportazzjoni ta' armi.
15.
KIM Pyong Chol
김병철
22.1.2018
Kim Pyong Chol ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala ċittadin tar-RDPK li jħaddem il-Pan Systems Pyongyang. Il-Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Il-Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mill-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti, u taħdem f'ismu. Ir-Rapport Finali ta' Marzu 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU jippreżenta informazzjoni li l-Pan Systems qed tkompli tinvolvi ruħha f'tentattivi ta' esportazzjoni ta' armi.
31.
O Yong Ho
Data tat-twelid: 25.12.1961
Numru tal-passaport: 108410041
Nazzjonalità: RDPK
Sess: raġel
12.12.2022
Fil-kapaċità tiegħu bħala rappreżentant f'Moska, il-Federazzjoni Russa, b'rabtiet diretti mas-Second Academy of Natural Sciences, O Yong Ho, bi status diplomatiku, jieħu sehem f'attivitajiet għal entità sanzjonata kif jinsab fil-UNSCR 2094 (2013). Din l-entità hija magħrufa għall-attivitajiet ta' proliferazzjoni tagħha li huma ta' benefiċċju għall-programmi tar-RDPK marbuta mal-armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. Huwa fittex li jakkwista oġġetti applikabbli għall-missili minn pajjiżi terzi f'isem il-programm tal-missili tar-RDPK, inkluż fibra tal-aramid, tubi tal-azzar inossidabbli, u ball bearings. Huwa fittex ukoll li jakkwista diversi oġġetti kkontrollati min-Nuclear Suppliers Group b'applikazzjonijiet ta' missili ballistiċi, inkluż ħajt ta' Kevlar, fibra tal-aramid, żejt tal-avjazzjoni, ball bearings, u magni tal-maċinazzjoni bi preċiżjoni. Għalhekk, huwa direttament involut fil-forniment ta' fondi u provvisti għall-programmi tar-RDPK marbuta mal-armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew armi oħrajn ta' qerda massiva."
(b)
taħt l-intestatura "Lista ta' persuni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1) u l-punt (c) tal-Artikolu 27(1)", is-subintestatura "B. Entitajiet", l-entrati 4, 5 u 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:
Isem
(u prewdonimi possibbli)
Informazzjoni ta' identifikazzjoni
Data tad-deżinjazzjoni
Raġunijiet
"4.
Pan Systems Pyongyang
magħrufa wkoll bħala Wonbang Trading Co.; Glocom; International Golden Services; International Global System
Il-Pan Systems assistiet fl-evażjoni ta' sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi jew materjal relatat lill-Eritrea.
Il-Pan Systems hija wkoll ikkontrollata minn, u taħdem f'isem, l-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni, entità li ġiet iddeżinjata min-Nazzjonijiet Uniti. Ir-Rapport Finali ta' Marzu 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU jippreżenta informazzjoni li l-Pan Systems qed tkompli tinvolvi ruħha f'tentattivi ta' esportazzjoni ta' armi.
5.
Eritech Computer Assembly & Communication Technology PLC
Indirizz: Denden Street N028, Asmara, 257, Eritrea
21.4.2022
L-Eritech Computer Assembly & Communication technology PLC tqiegħdet taħt l-awtorità jew taħt id-direzzjoni tal-Forzi ta' Difiżi tal-Eritrea u hija domiċiljata fil-kumpless tagħhom tal-Asha Golgol Military Technical Center, użat għall-produzzjoni, il-modifika jew it-tiswija ta' apparat ċivili u militari u paramilitari. Hija involuta fl-evażjoni ta' sanzjonijiet u responsabbli għall-appoġġ tal-programmi nukleari u ballistiċi tar-RDPK billi ġiet identifikata bħala r-riċevitur intiż f'Lulju 2016 ta' kunsinna miċ-Ċina ta' tagħmir ta' komunikazzjonijiet militari li oriġina mir-RDPK. Il-biċċa l-kbira tat-tagħmir ikkonċernat ġie mill-GLOCOM, kumpanija tar-RDPK speċjalizzata fil-forniment ta' tagħmir ta' trażmissjoni militari, marbuta mas-servizzi ta' intelligence tar-RDPK bi ksur, b'mod partikolari, tar-Riżoluzzjoni tal-KSNU 2270 (2016). Ir-Rapport Finali ta' Marzu 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU jippreżenta informazzjoni li l-Pan Systems qed tkompli tinvolvi ruħha f'tentattivi ta' esportazzjoni ta' armi.
6.
Korea General Corporation for External Construction (Psewdonomi: KOGEN, GENCO)
조선대외건설총회사
Indirizz: Taedonggang District, Pyongyang, Democratic People's Republic of Korea
21.4.2022
Il-Korea General Corporation for External Construction (KOGEN) irreklamat lilha nnifisha bħala li qed tuża impjegati tar-RDPK għal proġetti f'pajjiżi oħra, inkluż permezz tal-portal tal-internet uffiċjali tar-RDPK Naenara. Il-KOGEN hija, b'hekk, involuta fl-evażjoni tas-sanzjonijiet billi tikser ir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 2397 (2017), li tipprojbixxi l-istazzjonament ta' ħaddiema barranin li l-pagi tagħhom jitħallsu lill-gvern tar-RDPK u li jistgħu jintużaw biex jappoġġaw il-programmi nukleari u ta' missili ballistiċi, u hija responsabbli għall-appoġġ finanzjarju tal-programmi nukleari u ballistiċi tar-RDPK peress li tittrasferixxi l-pagi kollha jew parti minnhom tal-ħaddiema li tibgħat barra mill-pajjiż lir-reġim, prattika pprojbita mir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 2397 (2017)."