02005L0035 — MT — 05.01.2025 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
►M2 DIRETTIVA 2005/35/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar l-infurzar ta’ standards internazzjonali dwar it-tniġġis mill-vapuri u dwar l-introduzzjoni ta’ penali amministrattivi għal reati ta’ tniġġis ◄ ►C2 (Test b' relevanza għaż-ŻEE) ◄ (ĠU L 255 30.9.2005, p. 11) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DIRETTIVA 2009/123/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-21 ta’ Ottubru 2009 |
L 280 |
52 |
27.10.2009 |
|
|
DIRETTIVA (UE) 2024/3101 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-27 ta’ Novembru 2024 |
L 3101 |
1 |
16.12.2024 |
|
Ikkoreġuta bi:
|
Rettifika, ĠU L 033, 4.2.2006, p. 87 (għad-Direttiva 2005/35/KE) |
|
|
Rettifika, ĠU L 105, 13.4.2006, p. 65 (għad-Direttiva 2005/35/KE) |
DIRETTIVA 2005/35/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ Settembru 2005
dwar l-infurzar ta’ standards internazzjonali dwar it-tniġġis mill-vapuri u dwar l-introduzzjoni ta’ penali amministrattivi għal reati ta’ tniġġis
(Test b' relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Skop
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“Marpol 73/78” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali tal-1973 għall-prevenzjoni tat-tniġġis mill-Vapuri, inklużi l-Protokolli tagħha tal-1978 u l-1997, fil-verżjoni aġġornata tagħha;
“sustanzi niġġiesa” tfisser sustanzi soġġetti għar-regolamentazzjoni mill-Anness I (żejt), l-Anness II (sustanzi likwidi noċivi bl-ingrossa), l-Anness III (sustanzi ta’ ħsara li jinġarru bil-baħar f’forma imballata), l-Anness IV (drenaġġ mill-vapuri) u l-Anness V (żibel mill-vapuri) mill-Marpol 73/78 u residwu tas-Sistema ta’ Tindif tal-Gass tal-Egżost;
“residwu tas-Sistema ta’ Tindif tal-Gass tal-Egżost” tfisser kwalunkwe materjal li jitneħħa mill-ilma tal-ħasil jew mill-ilma tal-iskariki permezz ta’ sistema ta’ trattament jew ilma skarikat li ma jissodisfax il-kriterju tal-iskariku, jew materjal ieħor ta’ residwu li jitneħħa mis-sistemi tat-tindif tal-gass tal-egżost (EGCS) b’riżultat tat-tħaddim ta’ metodu ta’ konformità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, definit fir-Regolament 4 tal-Anness VI tal-Marpol 73/78, użat bħala alternattiva, f’termini ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet, għall-istandards stabbiliti fir-Regolament 14 tal-Anness VI tal-Marpol 73/78, filwaqt li jitqiesu l-linji gwida żviluppati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO);
“skariku” tfisser kwalunkwe skariku kkawżat bi kwalunkwe mod minn vapur, kif imsemmi fl-Artikolu 2 tal-Marpol 73/78;
“vapur” tfisser bastiment marittimu, irrispettivament mill-bandiera tiegħu, ta’ kwalunkwe xorta, li jopera fl-ambjent tal-baħar u għandu jinkludi aliskafi, vetturi bl-imħadda tal-arja, sommerġibbli u opri tal-baħar li jżommu fil-wiċċ;
“persuna ġuridika” tfisser kwalunkwe entità legali li għandha tali status skont il-liġi nazzjonali applikabbli, barra minn Stati nnifishom, korpi pubbliċi fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat jew organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi;
“kumpanija” tfisser is-sid ta’ vapur jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra, bħall-maniġer jew il-bareboat charterer, li jkunu assumu r-responsabbiltà għall-operat tal-vapur minn sid il-vapur.
L-Artikolu 3
Kamp ta' applikazzjoni
Din id-Direttiva għandha tapplika, bi qbil mal-liġi internazzjonali, għal rimi ta' sustanzi li jniġġżu:
fl-ilmijiet interni, inklużi portijiet, ta' Stat Membru, sakemm ir-reġim Marpol huwa applikabbli;
fil-baħar territorjali ta' Stat Membru;
fl-istretti użati għan-navigazzjoni internazzjonali li huma suġġetti għar-reġim ta' passaġġ bi transitu, kif stipulat fil-Parti III, sezzjoni 2, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar, sakemm Stat Membru jeżerċita ġurisdizzjoni fuq tali stretti;
fiż-żona esklussiva ekonomika jew żona ekwivalenti ta' Stat Membru, stabbilita skond il-liġi internazzjonali; u
bejn sema u ilma.
Artikolu 4
Ksur u eċċezzjonijiet
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskariki ta’ sustanzi niġġiesa fi kwalunkwe waħda miż-żoni stabbiliti fl-Artikolu 3(1) jitqiesu bħala ksur, sakemm:
għal sustanzi niġġiesa soġġetti għar-regolamentazzjoni mill-Anness I tal-Marpol 73/78, dawk l-iskariki jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, Regolamenti 15, 34, 4.1, 4.2 jew 4.3 tal-Marpol 73/78 u t-taqsima 1.1.1 tal-parti II-A tal-Kodiċi Internazzjonali għall-Vapuri li Joperaw f’Ilmijiet Polari (“Kodiċi Polari”);
għal sustanzi niġġiesa soġġetti għar-regolamentazzjoni mill-Anness II tal-Marpol 73/78, dawk l-iskariki jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II Regolamenti 13, 3.1.1, 3.1.2 jew 3.1.3 tal-Marpol 73/78 u t-taqsima 2.1 tal-parti II-A tal-Kodiċi Polari;
għal sustanzi niġġiesa soġġetti għar-regolamentazzjoni mill-Anness III tal-Marpol 73/78, dawk l-iskariki jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III Regolament 8.1 tal-Marpol 73/78;
għal sustanzi niġġiesa soġġetti għar-regolamentazzjoni mill-Anness IV tal-Marpol 73/78, dawk l-iskariki jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV Regolamenti 3, 11.1 u 11.3 tal-Marpol 73/78 u t-taqsima 4.2 tal-parti II-A tal-Kodiċi Polari;
għal sustanzi niġġiesa soġġetti għar-regolamentazzjoni mill-Anness V tal-Marpol 73/78, dawk l-iskariki jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness V Regolamenti 4.1, 4.2, 5, 6.1, 6.2 u 7 tal-Marpol 73/78 u t-taqsima 5.2 tal-parti II-A tal-Kodiċi Polari; u
għar-residwu tas-Sistema ta’ Tindif tal-Gass tal-Egżost, dawk l-iskariki jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness VI Regolamenti 4, 14.1, 14.4, 14.6, 3.1.1 u 3.1.2 tal-Marpol 73/78, filwaqt li jqisu l-Linji Gwida żviluppati mill-IMO, inkluża r-Riżoluzzjoni MEPC.340(77) fil-verżjoni aġġornata tagħha.
▼M2 —————
Artikolu 6
Miżuri ta’ infurzar fir-rigward ta’ vapuri f’port ta’ Stat Membru
L-Artikolu 7
Miżuri ta' infurzar minn Stati mal-kosta fir-rigward ta' vapuri fi transitu
Jekk ir-rimi suspettat ta' sustanzi li jniġġżu jseħħ fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 3(1)(b), (ċ), (d) jew (e) u l-vapur li hu suspettat bir-rimi ma jidħolx f'port ta' l-Istat Membru li għandu l-informazzjoni li tikkonċerna r-rimi suspettat, għandu japplika s-segwenti:
Jekk il-port ta' waqfien suċċessiv tal-vapur huwa fi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkoperaw mill-qrib fl-ispezzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1) u fit-teħid tad-deċiżjoni dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu fir-rigward ta' tali rimi;
Jekk il-port ta' waqfien suċċessiv tal-vapur huwa port ta' Stat li hu barra mill-Komunità, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-port ta' waqfien suċċessiv tal-vapur hu infurmat dwar ir-rimi suspettuż u għandu jitlob lill-Istat tal-port ta' waqfien suċċessiv biex jieħu l-miżuri xierqa fir-rigward ta' tali rimi.
Artikolu 8
Penali amministrattivi
▼M2 —————
Artikolu 8d
Applikazzjoni effettiva tal-penali
Sabiex jiżguraw li l-penali huma effettivi, proporzjonati u dissważivi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiddeterminaw u japplikaw it-tip u l-livell ta’ penali amministrattiva lil kumpanija jew persuna ġuridika jew fiżika oħra misjuba mill-awtoritajiet kompetenti li tkun responsabbli, f’konformità mal-Artikolu 8, għal ksur skont it-tifsira tal-Artikolu 4, l-awtoritajiet kompetenti jqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tal-ksur, b’mod partikolari:
in-natura, is-serjetà u d-dewmien tal-iskariku;
il-grad ta’ ħtija jew tort tal-persuna responsabbli, skont it-tifsira tas-sistema legali tal-Istat Membru kkonċernat;
il-ħsara kkawżata mill-iskariku lill-ambjent jew lis-saħħa tal-bniedem, inkluż, meta rilevanti, l-impatt tiegħu fuq is-sajd, it-turiżmu u l-komunitajiet kostali;
il-kapaċità finanzjarja tal-kumpanija jew ta’ persuna ġuridika jew fiżika oħra responsabbli;
il-benefiċċji ekonomiċi ġġenerati jew mistennija li jiġu ġġenerati għall-kumpanija jew għall-persuna ġuridika jew fiżika responsabbli mill-ksur, meta applikabbli;
miżuri meħuda mill-kumpanija jew mill-persuna ġuridika jew fiżika responsabbli għall-prevenzjoni tal-iskariku jew għall-mitigazzjoni tal-impatt tiegħu;
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-kumpanija jew ta’ persuna ġuridika jew fiżika responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti, inkluża kwalunkwe azzjoni li għandha l-għan li tevita jew tfixkel spezzjoni xierqa jew investigazzjoni oħra minn awtorità kompetenti; u
kwalunkwe ksur preċedenti ta’ tniġġis ikkawżat mill-vapuri mill-kumpanija jew minn persuna ġuridika jew fiżika oħra responsabbli.
L-Artikolu 9
L-osservanza tal-liġi internazzjonali
L-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva mingħajr l-ebda diskriminazzjoni fil-forma jew fil-fatt kontra vapuri barranin u bi qbil mal-liġi internazzjonali applikabbli, inkluż is-Sezzjoni 7 tal-Parti XII tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar, u għandhom jgħarrfu fil-pront l-Istat tal-bandiera tal-vapur u kwalunkwe Stat ieħor ikkonċernat bil-miżuri meħuda skond din id-Direttiva.
Artikolu 10
Skambju ta’ informazzjoni u esperjenza
Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri u l-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA), għandhom jikkooperaw fl-iskambju ta’ informazzjoni, filwaqt li jibnu fuq is-Sistema tal-Unjoni għall-Iskambju ta’ Informazzjoni Marittima stabbilita fl-Artikolu 22a(3) u fl-Anness III tad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) (SafeSeaNet), sabiex:
itejbu l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari kif previst mis-servizz Ewropew għall-individwazzjoni tat-tniġġis ibbażat fuq is-satelliti stabbilit minn din id-Direttiva (CleanSeaNet) u minn mekkaniżmi oħra rilevanti ta’ rapportar, bil-ħsieb li jiġu żviluppati metodi affidabbli tal-intraċċar ta’ sustanzi niġġiesa fil-baħar;
jiżviluppaw u jimplimentaw sistema xierqa ta’ kontroll u monitoraġġ, li tintegra l-informazzjoni pprovduta f’konformità mal-paragrafu (a) mal-informazzjoni magħmula disponibbli mill-Kummissjoni lill-Istati Membri f’SafeSeaNet, THETIS-EU u f’bażijiet tad-data u għodod ta’ informazzjoni oħra tal-Unjoni, sabiex jiġu ffaċilitati l-identifikazzjoni bikrija u l-monitoraġġ ta’ vapuri li jiskarikaw sustanzi niġġiesa, bil-ħsieb li jiġu ottimizzati l-azzjonijiet ta’ infurzar imwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali;
jagħmlu l-aħjar użu mill-informazzjoni pprovduta f’konformità mal-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu, kif ukoll l-informazzjoni rrapportata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10a, bil-ħsieb li jiffaċilitaw l-aċċess għal u l-iskambju ta’ tali informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u mal-awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra u l-Kummissjoni; u
sas-6 ta’ Lulju 2030, jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti janalizzaw b’mod diġitali l-allerti kollha ta’ fiduċja għolja u jindikaw jekk jivverifikawx jew le dawk l-allerti ta’ fiduċja għolja mibgħuta minn CleanSeaNet kull sena, filwaqt li jistinkaw biex jivverifikaw mill-inqas 25 % ta’ dawk l-allerti ta’ fiduċja għolja, fejn “jivverifikaw” tfisser kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu mill-awtoritajiet kompetenti ta’ allert mibgħut minn CleanSeaNet biex jiddeterminaw jekk l-allert inkwistjoni jikkorrispondix għal skariku illegali. Jekk Stat Membru ma jivverifikax allert, jenħtieġ li jindika r-raġunijiet għaliex ma għamilx dan.
Artikolu 10a
Rapportar
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li ġejja relatata mal-azzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom tiġi rrapportata permezz tal-għodda elettronika ta’ rapportar imsemmija fil-paragrafu 1:
informazzjoni relatata mas-segwitu mill-awtoritajiet kompetenti ta’ allert mibgħut minn CleanSeaNet jew ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ segwitu ta’ tali allert, malajr kemm jista’ jkun wara li jitlestew l-attivitajiet ta’ segwitu jew tittieħed deċiżjoni li ma jkunx hemm segwitu;
informazzjoni relatata mal-ispezzjonijiet jew azzjonijiet xierqa oħra mwettqa f’konformità mal-Artikolu 6, malajr kemm jista’ jkun wara li jitlestew l-ispezzjoni jew azzjonijiet xierqa oħra;
informazzjoni relatata mal-azzjonijiet imwettqa f’konformità mal-Artikolu 7, malajr kemm jista’ jkun wara li jitlestew tali azzjonijiet; u
informazzjoni relatata mal-penali imposti f’konformità ma’ din id-Direttiva, ladarba jiġu konklużi l-proċedimenti amministrattivi u, meta applikabbli, dawk legali, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ, sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena għall-penali imposti matul is-sena kalendarja preċedenti. Sa fejn l-informazzjoni relatata mal-penali tinkludi data personali, tali informazzjoni għandha tiġi anonimizzata.
Artikolu 10b
Taħriġ
Il-Kummissjoni għandha, bl-għajnuna tal-EMSA u f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tiffaċilita l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri billi tipprovdi, kif xieraq, taħriġ lill-awtoritajiet responsabbli għall-identifikazzjoni u l-verifika ta’ ksur skont il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u l-infurzar ta’ pieni jew kwalunkwe miżura oħra li tirriżulta minn tali ksur.
Artikolu 10c
Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni
Artikolu 10d
Protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw skariki illegali potenzjali u protezzjoni tad-data personali tagħhom
▼M2 —————
Artikolu 12a
Evalwazzjoni u rieżami
Sas-6 ta’ Lulju 2032, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dik l-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq mill-inqas dan li ġej:
l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva;
l-informazzjoni rrapportata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10a u l-ħarsa ġenerali lejn l-Unjoni kollha pprovduta f’konformità mal-Artikolu 10c;
l-interazzjoni ta’ din id-Direttiva ma’ liġijiet internazzjonali u tal-Unjoni rilevanti oħra dwar il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar u s-sikurezza marittima; u
l-aħħar data u sejbiet xjentifiċi.
Artikolu 13
Proċedura ta’ kumitat
▼M2 —————
Artikolu 16
Traspożizzjoni
L-Artikolu 17
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak li fih tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 18
Destinatarji
Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Lista mhux eżawrjenti ta’ irregolaritajiet jew informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6
1. Kwalunkwe irregolarità fir-rigward ta’ reġistri taż-żejt u reġistri rilevanti oħra jew fir-rigward ta’ nuqqasijiet oħra relatati ma’ skariki potenzjali, skoperti waqt l-ispezzjonijiet imwettqa skont id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *2 ) mill-Istat Membru kkonċernat, minn Stat Membru ieħor jew minn Stat firmatarju għall-Memorandum ta’ Qbil ta’ Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port fil-portijiet preċedenti tal-waqfa tal-vapur;
2. Kwalunkwe irregolarità fir-rigward tal-konsenja ta’ skart iġġenerat mill-vapuri, jew in-notifika tagħha, kif meħtieġ skont id-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *3 ) li tkun saret fl-Istat Membru kkonċernat jew fl-Istat Membru tal-portijiet preċedenti tal-waqfa tal-vapur;
3. Kwalunkwe irregolarità fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità mal-kriterji għall-użu tal-EGCS imħaddma bħala metodi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II għad-Direttiva (UE) 2016/802 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *4 ), li tirreferi għal-Linji Gwida tal-2009 għal EGCS stabbiliti fir-Riżoluzzjoni MEPC.184(59) kif sostitwiti mil-Linji Gwida tal-2021 għal EGCS stabbiliti fir-riżoluzzjoni MEPC.340(77).
4. Kwalunkwe informazzjoni miksuba minn Stat Membru ieħor relatata ma’ skariku illegali potenzjali tal-vapur miksuba permezz tal-proċeduri previsti fid-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *5 ), inkluż kwalunkwe prova jew evidenza preżuntiva dwar skariki intenzjonati ta’ żejt jew ksur ieħor ta’ Marpol 73/78 ikkomunikati minn stazzjonijiet kostali ta’ Stat Membru lill-istazzjonijiet kostali fl-Istat Membru kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 16 ta’ dik id-Direttiva jew inċidenti jew aċċidenti rrappurtati mill-kaptan tal-vapur lill-istazzjon kostali tal-Istat Membru kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 17 ta’ dik id-Direttiva.
5. Kwalunkwe informazzjoni oħra minn persuni involuti fit-tħaddim tal-vapur, inkluż piloti, li tissuġġerixxi irregolaritajiet relatati ma’ ksur potenzjali tal-obbligi skont din id-Direttiva.
ANNESS II
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-ħarsa ġenerali lejn l-Unjoni kollha ppubblikata mill-Kummissjoni, imsemmija fl-Artikolu 10c
1. Għal kull inċident ta’ tniġġis ivverifikat u kkonfermat minn Stat Membru, l-informazzjoni fil-ħarsa ġenerali lejn l-Unjoni kollha ppubblikata mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10c għandha tinkludi:
id-data tal-inċident;
l-identifikazzjoni tal-vapur involut fl-inċident;
il-pożizzjoni (latitudni u lonġitudni) tal-inċident ta’ tniġġis;
il-firxa tal-inċident ta’ tniġġis (żona u tul), jekk applikabbli;
it-tip ta’ sustanza niġġiesa;
l-Istat(i) Membru/i involut(i);
deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ verifika tal-inċident ta’ tniġġis;
id-data u l-ħin tal-attivitajiet ta’ verifika u l-assi li ntużaw għall-attivitajiet ta’ verifika;
dettalji tal-penali amministrattiva imposta.
2. Għal kull Stat Membru, l-informazzjoni aggregata li tinsab fil-ħarsa ġenerali lejn l-Unjoni kollha ppubblikata mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10c għandha tinkludi:
l-għadd ta’ inċidenti possibbli ta’ tniġġis tal-CleanSeaNet identifikati;
l-għadd ta’ inċidenti possibbli ta’ tniġġis tal-CleanSeaNet ivverifikati fuq il-post mill-Istat Membru;
l-għadd ta’ inċidenti possibbli ta’ tniġġis tal-CleanSeaNet ivverifikati b’mezzi oħra mill-Istat Membru;
l-għadd ta’ inċidenti kkonfermati ta’ tniġġis wara verifika (iddettaljat għal kull żona: ibħra territorjali, ŻEE, ibħra internazzjonali);
l-għadd ta’ trasgressuri identifikati;
l-għadd ta’ każijiet meta ġiet imposta penali.
3. Sommarju, għall-finijiet ta’ referenza biss, tal-partijiet rilevanti tal-Marpol 73/78, li għandu jiġi aġġornat kull meta jkun hemm bidliet fil-Marpol 73/78 rilevanti għal din id-Direttiva.
( 1 ) Id-Direttiva (UE) 2024/1203 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali u li tissostitwixxi d-Direttivi 2008/99/KE u 2009/123/KE (ĠU L, 2024/1203, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1203/oj).
( 2 ) Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10).
( 3 ) Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
( 4 ) Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).
( 5 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
( 6 ) Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta’ tniġġis minn bastimenti (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1).
( *1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
( *2 ) Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57).
( *3 ) Id-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta’ skart minn bastimenti, li temenda d-Direttiva 2010/65/UE u li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 116).
( *4 ) Id-Direttiva (UE) 2016/802 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 58).
( *5 ) Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10).