22003D0006



Official Journal L 094 , 10/04/2003 P. 0053 - 0054


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 6/2003

tal-31 ta' Jannar 2003

li temenda l-Anness II (Regolazzjonijiet tekniċi, standard ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra il-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emend mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawn aktar 'il quddiem imsejjaħ bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II tal-Ftehim kien emend mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 161/2002 tas-6 ta' Diċembru 2002 [1]

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/2002 tat-28 ta' Ġunju 2002 li jemenda ir-Regolament (KEE) Nru 94/92 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġu mplimentati l-arranġamenti għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 [2] għandu jiġi nkorporat ġol-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-vers li ġej li jibda 'l ġewwa għandu jiġi miżjud f'punt 54b (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91) ta' Kapitolu XII t' l-Anness II tal-Ftehim:

"— 32002 R 1162: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/2002 tat-28 ta' Ġunju 2002 (ĠU L 170, tad-29.6.2002, p. 44)."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1162/2002 bil-lingwi Islandika u Norveġika, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2003, bil-kondizzjoni li n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lil Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-, u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-, Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fil-31 ta' Jannar 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 38, tat-13.2.2003, p. 16.

[2] ĠU L 170, tad-29.6.2002, p. 44.

[3] Il-kondizzjonijiet kostituzzjonali meħtieġa m'humiex indikati.

--------------------------------------------------