Official Journal L 124 , 23/05/1996 P. 0017 - 0018
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 15/96 ta' l-4 ta' Marzu 1996 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi l-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 46/95 tat-22 ta' Ġunju 1995 [1]; Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 95/35/KE ta' l-14 ta' Lulju 1995 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim; Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 95/36/KE ta' l-14 ta' Lulju 1995 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti [3] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-inċiżi li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 12a (Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE) fil-Kapitolu XV ta' l-Anness II għall-Ftehim: "- 395 L 0035: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/35/KE ta' l-14 ta' Lulju 1995 (ĠU L 172, tat-22.7.1995, p. 6), - 395 L 0036: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/36/KE ta' l-14 ta' Lulju 1995 (ĠU L 172, tat-22.7.1995, p. 8)." Artikolu 2 It-testi tad-Direttivi tal-Kummissjoni 95/36/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' April 1996, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmul fi Brussel, fl-4 ta' Marzu 1996. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Benavides [1] Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. [2] ĠU L 172, tat-22.7.1995, p. 6. [3] ĠU L 172, tat-22.7.1995, p. 8. --------------------------------------------------