31999R0045



Official Journal L 006 , 12/01/1999 P. 0003 - 0003


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 45/1999

tal-11 ta' Jannar 1999

li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE dwar l-addittivi fl-għalf rigward l-irtirar ta' l-awtorizzazzjoni ta' ċerti addittivi li jappartjenu għall-grupp tal-koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 dwar l-addittivi fil-għalf [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 2821/98 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9g(3)(a) tiegħu,

Billi l-koċċidjostati u s-sustanzi mediċinali l-oħra inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 70/524/KEE qabel l-1 ta' Jannar 1998 huma awtorizzati proviżorjament mill-1 ta' April 1998 u ttrasferiti għall-Kapitolu I ta' l-Anness B bl-għan li jiġu evalwati mill-ġdid bħala addittivi marbuta ma' persuna responsabbli li tqegħedhom fiċ-ċirkolazzjoni;

Billi l-Kummissjoni għandha tirtira l-awtorizzazzjonijiet proviżorji għall-koċċidjostati u s-sustanzi mediċinali l-oħra li għalihom ma kien hemm l-ebda applikazzjoni ġdida għall-awtorizzazzjoni qabel l-1 ta' Ottubru 1998 akkumpanjati minn monografija u nota ta' identifikazzjoni indirizzati mill-persuna responsabbli mid-dossier li fuq il-bażi tiegħu kienet ingħatat l-ewwel awtorizzazzjoni jew mis-suċċessur jew is-suċċessuri tiegħu, permezz ta' l-Istat Membru li jaġixxi bħala rapporteur, lill-Kummissjoni;

Billi ma ġiet indirizzata l-ebda applikazzjoni bħal din lill-Kummissjoni għall-koċċidjostati u s-sustanzi mediċinali l-oħra l-arprinoċid, id-dinitolmid u l-ipronidazol; billi l-ħtiġiet tad-Direttiva 70/524/KEE għalhekk ma ntlaħqux u l-awtorizzazzjonijiet mogħtija lil dawn l-adittivi għandhom jiġu rtirati u d-dħul tagħhom imħassar mill-Kapitolu I ta' l-Anness B ta' din id-Direttiva;

Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti ta' l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-iskrizzjonijiet fil-Kapitolu I ta' l-Anness B mad-Direttiva 70/524/KEE dwar is-sustanzi li ġejjin li jappartjenu għall-grupp tal-koċċidjostati u s-sustanzi mediċinali l-oħra huma hawnhekk imħassra:

- l-arprinoċid,

- id-dinitolmid,

- l-ipronidazol.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta' Settembru 1999.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, il-11 ta' Jannar 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 270, ta’ l-14. 12. 1970, pġ. 1.

[2] ĠU L 351, tad-29. 12. 1998, pġ. 4.

--------------------------------------------------